Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0408

    408/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 408/2006 tad- 9 ta' Marzu 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 936/97 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għaċ-ċanga friska ta' kwalità għolja, imkessħa u ffriżata u għal-laħam tal-buflu ffriżat

    ĠU L 71, 10.3.2006, p. 3–4 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 274–275 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 23/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0810

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/408/oj

    9.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    274


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 408/2006

    tad-9 ta' Marzu 2006

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 936/97 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għaċ-ċanga friska ta' kwalità għolja, imkessħa u ffriżata u għal-laħam tal-buflu ffriżat

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill (KE) Nru 2006/106/KE tat-30 ta’ Jannar 2006 dwar il-Konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 li għandu x’jaqsam mal-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja, matul l-adeżjoni tagħhom mal-Komunità Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 936/97 (2) jipprovdi għall-ftuħ u l-amministrazzjoni, fuq bażi multi-annwali, ta’ numru ta’ kwoti ta’ ċanga ta’ kwalità għolja.

    (2)

    B'riżultat tan-negozjati li wasslu għall-Ftehim approvat bid-Deċiżjoni (KE) Nru 2006/106/KE, il-Komunità kkommettiet ruħha li tinkorpora fl-iskeda tagħha għall-Istati Membri kollha żieda ta’ 150 tunnellata tal-kwota tariffarja annwali ta’ importazzjoni ta’ ċanga ta’ kwalità għolja.

    (3)

    Barra minn dan, il-kwalifika għall-kwota ta’ ċanga ta’ kwalità għolja allokata lill-Awstralja hi soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 936/97. Sabiex tirreferi għal parametri li huma verifikabbli, id-definizzjoni ta' ċanga ta' kwalità għolja fl-Artikolu 2(b) ta’ dan ir-Regolament għandha tkun modifikata u għandha tirreferi għal kategoriji uffiċjali definiti fil-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament mill-awtoritajiet kompetenti Awstraljani.

    (4)

    Huwa xieraq ukoll li jkun speċifikat li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem bovini u jistipula dispożizzjonijiet dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga, ikunu applikabbli għall-importazzjoni ta’ ċanga ta’ kwalità għolja msemmija fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 936/97.

    (5)

    Ir-Regolament (KE) Nru 936/97 għandu jkun emendat skont dan.

    (6)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għaċ-Ċanga u l-Vitella,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 936/97 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 1(1) huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fl-ewwel inċiż tal-ewwel subparagrafu, “60 100 tunnellata” huma mibdula b’ “60 250 tunnellata”;

    (b)

    it-tieni subparagrafu hu mibdul b’li ġej:

    “Madankollu, il-volum totali ta' kwoti ta' tariffi għandu jkun ta' 59 675 tunnellata fis-sena ta' importazzjoni 2005/2006.”

    (2)

    Fl-Artikolu 2, il-punt (b) hu emendat kif ġej:

    (a)

    fl-ewwel subparagrafu, “7 000 tunnellata” hu mibdul b’ “7 150 tunnellata”;

    (b)

    it-tieni sub-paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

    “Qatgħat magħżulin minn karkassi ta’ għoġiela jew erieħ li ġew ikklassifikati taħt waħda mill-kategoriji uffiċjali li ġejjin ‘Y’, ‘YS’, ‘YG’, ‘YGS’, ‘YP’ u ‘YPS’ kif iddefinit mill-AUS-MEAT Australia. Il-kulur taċ-ċanga għandu jkun konformi mal-istandards ta’ referenza tal-kulur tal-laħam tal-AUS-MEAT bin-numri 1B sa 4, il-kulur tax-xaħam mal-istandards ta’ referenza tal-kulur tax-xaħam tal-AUS-MEAT bin-numri 0 sa 4, u l-ħxuna tax-xaħam (imkejla fil-post P8) mal-klassijiet tax-xaħam bin-numri 2 sa 5 ta’ l-‘AUS-MEAT.’

    Il-qatgħat għandhom ikunu ttikkettjati skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

    L-indikazzjoni ‘Ċanga ta’ Kwalità Għolja’ tista’ tiġi miżjuda mal-informazzjoni fuq it-tikketta;

    Madankollu, għas-sena ta’ importazzjoni 2005/2006 il-kwota tat-tariffa għandha tkun ta’ 800 tunnellata piż tal-prodott għal laħam li jikkorrispondi mal-kodiċi NM imsemmija fl-ewwel subparagrafu u li jikkonformaw mar-rekwiżiti previsti fit-tieni u r-raba’ subparagrafi;

    (*)  ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1.”"

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Marzu 2006.

    Għall-Kummissjoni,

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 47, 17.2.2006, p. 52

    (2)  ĠU L 137, 28.5.1997, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2186/2005 (ĠU L 347, 30.12.2005, p. 74).

    (3)  ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bl-Att tal-Adeżjoni tal-2003.


    Top