Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0315

    315/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 315/2006 tat- 22 ta’ Frar 2006 li jimplimenta r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1177/2003 dwar l-istatistika Komunitarja dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet ta' l-għajxien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira li għandhom x'jaqsmu mal-kundizzjonijiet tad-djar

    ĠU L 52, 23.2.2006, p. 16–21 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 193–198 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/315/oj

    28.11.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    193


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 315/2006

    tat-22 ta’ Frar 2006

    li jimplimenta r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1177/2003 dwar l-istatistika Komunitarja dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet ta' l-għajxien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira li għandhom x'jaqsmu mal-kundizzjonijiet tad-djar

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 dwar l-istatistika tal-Komunità dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet ta' l-għajxien (UE-SILC) (1) u b' mod partikolari l-Artikolu 15(2)(f) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta' l-istatistika Komunitarja dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet ta' l-għajxien, li jinkorporaw informazzjoni rappreżentattiva u lonġitudinali, komparabbli u fil-ħin dwar id-dħul u l-livell u l-kompożizzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fuq livelli nazzjonali u ta' l-Unjoni Ewropea.

    (2)

    Taħt l-Artikolu 15(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003, miżuri ta' implimentazzjoni huma meħtieġa għal-lista ta' oqsma sekondarji fil-mira u fatturi varjabbli li għandhom jiġu inklużi kull sena fil-komponent rappreżentattiv ta' l-UE-SILC. Għas-sena 2007, għandha tkun stipulata l-lista tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira inkluża fit-taqsima dwar il-kundizzjonijiet tad-djar. Din għandha tkun akkumpanjata bid-dispożizzjoni tal-kodiċi u tad-definizzjonijiet varjabbli.

    (3)

    Il-miżuri li hemm previst f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm ta’ l-Istatistika,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-lista ta' fatturi varjabbli sekondarji fil-mira, il-kodiċi varjabbli u d-definizzjonijiet għat-Taqsima 2007 dwar il-kundizzjonijiet tad-djar li għandhom jiġu inklużi fil-komponent rappreżentattiv ta' l-istatistika Komunitarji dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet ta' l-għajxien (UE-SILC), għandhom ikunu hekk kif stipulat fl-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, nhar it-22 ta’ Frar 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Joaquin ALMUNIA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 165, tat-3.7.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1553/2005 (ĠU L 225, tat-30.9.2005, p. 6).


    ANNESS

    Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, l-unitajiet li ġejjin, metodi ta' ġbir tad-data, perjodi ta' referenza u definizzjonijiet għandhom japplikaw.

    1.   Unitajiet

    Il-fatturi varjabbli fil-mira għandhom x’jaqsmu ma’ żewġ tipi ta’ unitajiet:

    tad-Dar (Il-fatturi varjabbli kollha ħlief Bidla ta’ residenza)

    is-suġġett tad-dar (Bidla ta’ residenza)

    2.   Metodi tal-ġbir tad-data

    Għall-fatturi varjabbli kollha fil-mira, il-ġbir ta’ data hija intervista personali mas-suġġett jew ir-reġistru tad-dar.

    3.   Perjodi ta' Referenza

    Il-fatturi varjabbli fil-mira għandhom x’jaqsmu ma’ tliet tipi ta’ perjodi ta’ referenza:

    Tas-soltu: sajf/xitwa normali, fiż-żona fejn tinsab id-dar. (Dar li hija kennija matul ix-xhur tax-xitwa Dar li hija friska matul ix-xhur tas-sajf)

    L-aħħar sentejn (bidla ta’ residenza)

    Attwalment (il-fatturi varjabbli l-oħrajn kollha)

    4.   Definizzjonijiet

    (1)   Nuqqas ta’ spazju fid-dar

    (a)

    Nuqqas ta’ spazju fid-dar: il-fatturi varjabbli jirreferu għall-opinjoni/kif iħossu s-suġġett dwar in-nuqqas ta’ spazju fid-dar.

    (2)   Installazzjonijiet u faċilitajiet fid-dar

    (a)

    Installazzjonijiet ta' l-elettriku: kejbils, punti ta’ kuntatt, sokits u installazzjonijiet permanenti ta' l-elettriku oħrjan fid-dar.

    (b)

    Installazzjonijiet ta' l-ilma/drenaġġ: pajpijiet, vitijiet, drenaġġ u żbokkaturi.

    (c)

    Tisħin ċentrali jew simili: unità tad-dar titqies li għandha t-tisħin ċentrali jekk is-sħana hija jew ipprovduta minn ċentru ta’ sħana tal-komunità jew minn installazzjoni fil-bini jew fl-unità tad-dar, stabblita għall-għanijiet ta' tisħin, mingħajr referenza għas-sors ta' l-enerġija. Redjejters ta’ l-elettriku mwaħħla fil-post, hijters tal-gass imwaħħla fil-post u ħwejjeġ simili huma inklużi. It-tisħin għandu jkun disponibbli f’bosta mill-kmamar.

    (d)

    Tisħin ieħor fil-post: Unità tad-djar hija kkunsidrata msaħħna minn “tisħin ieħor fil-post” meta t-tisħin ma jkunx meqjus bħala “tisħin ċentrali/jew simili”. Dan jinkludi, fran, hijters, fuklari u ħwejjeġ simili.

    (e)

    L-ebda tisħin fil-post: L-ebda sistema ta' tisħin jew mezzi ta' tisħin. Tisin mobbli.

    (f)

    Faċilitajiet ta’ arja kundizzjonata: sistemi għall-kontroll, speċjalment biex titbaxxa, it-temperatura u l-umdità ta’ spazju magħluq; sistemi li jżommu l-arja friska u mhux umduża. Fannijiet sempliċi mhux meqjusa bħala arja kundizzjonata.

    (g)

    Adegwata: biżżejjed biex tissodisfa r-rekwiżiti/il-bżonnijiet ġenerali tad-dar. Installazzjoni li permanentament ma taħdimx titqies bħala li m’hemm l-ebda installazzjoni. Installazzjonijiet li mhux adegwati jistgħu jkunu: installazzjonijiet f’qagħda ħażina, installazzjonijiet perikolużi, installazzjonijiet li ta' spiss ma jaħdmux, fejn m'hemmx biżżejjed kurrent/pressjoni elettrika biex ikun jista' jintuża l-ilma, l-ilma mhux tajjeb għax-xorb, jew huwa disponibbli b'mod limitat. Problemi minuri temporanji, bħal pereżempju żbukkatura bblukkata, ma jfissrux li l-installazzjoni mhix adegwata.

    (3)   Aċċessibilità tal-bżonnijiet bażiċi

    (a)

    Aċċessibilità: din għandha x’taqsam mas-servizzi użati mid-dar li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet finanzjarji, fiżiċi, tekniċi u ta' saħħa. L-aċċessibilità tas-servizzi għandha tkun stmata f' termini ta' aċċess fiżiku u tekniku, u s-sigħat tal-ftuħ, iżda mhux f'termini ta' kwalità, prezz u aspetti simili.

    (b)

    Servizzi tal-growser: servizzi li jistgħu jipprovdu ħafna mill-bżonnijiet ta’ kuljum.

    (c)

    Servizzi bankarji: ġbid ta’ flus, transfer ta’ flus u ħlas ta’ kontijiet.

    (d)

    Servizzi postali: servizzi li bihom wieħed jista’ jibgħat u jirċievi pakketti u posta normali.

    (e)

    Trasport pubbliku: xarabank, metro, tram u trasport simili.

    (f)

    Servizzi ta’ kura primarja tas-saħħa: tabib tal-familja, ċentru ta’ kura primarja tas-saħħa jew servizzi simili.

    (g)

    Skejjel obbligatorji. Jekk aktar minn tifel/tifla wieħed/a fid-dar imur/tmur fi skola obbligatorja, is-suġġett għandu jirreferi għal dak/dik li għandu/għandha l-aktar diffikultajiet.

    (4)   Sodisfazzjoni b’mod ġenerali dwar id-dar

    (a)

    Sodisfazzjoni b’mod ġenerali dwar id-dar: il-fattur varjabbli jirreferi għall-opinjoni/kif iħossu s-suġġett dwar l-ammont ta’ sodisfazzjoni bid-dar fit-termini ta’ kemm jintlaħqu l-bżonnijiet/l-opinjoni dwar il-prezz, spazju, viċinat, distanza lejn ix-xogħol, kwalità u aspetti oħrajn.

    (5)   Bidla ta’ residenza

    (a)

    Raġunijiet relatati mal-familja: bidla fl-istat ċivili/partnership. Biex persuna tistabbilixxi d-dar għaliha nnifisha. biex timixi wara s-sieħeb/ġenituri. Biex tikseb skejjel aħjar jew faċilitajiet aħjar għat-tfal u dipendenti oħrajn.

    (b)

    Raġunijiet relatati ma’ l-impjieg: bidu ta’ xogħol ġdid jew transfer ta’ xogħol eżistenti. Tfittxija ta’ xogħol jew tmiem ta’ l-impjieg. Tkun viċin ix-xogħol/aktar faċli biex tivjaġġa ta’ kuljum. Irtirar mix-xogħol.

    (c)

    Raġunijiet relatati mad-dar: Xewqa li tbiddel l-akkomodazzjoni jew l-istatus taż-żamma. Xewqa ta’ dar/appartament ġdid jew aħjar. Tfittxija ta’ viċinat aħjar/anqas kriminalità.

    (d)

    Tkeċċija/żgombru: il-persuna tkun sfurzat tiċċaqlaq minħabba raġunijiet legali.

    (e)

    Is-sid ma ġeddidx il-kuntratt: il-kuntratt ma ġġeddidx, kuntratt fit-terminu qasir.

    (f)

    Raġunijiet finanzjarji: problemi bil-ħlas tal-kera/ipoteka.

    (g)

    Raġunijiet oħrajn: tmur jew tħalli l-kulleġġ/l-università, saħħa u raġunijiet oħrajn.

    (h)

    Il-perjodu ta’ referenza huwa “l-aħħar sentejn”. Jekk kien hemm bosta tibdil fid-dar, għandha tingħata r-raġuni prinċipali ta’ l-aktar bidla riċenti.

    5.   It-trasmissjoni tad-data lill-EUROSTAT

    Il-fatturi varjabbli mmirati f'“il-kundizzjonijiet tad-djar” se jintbgħatu lill-EUROSTAT fil-fajl tad-data tad-djar (H) wara l-fatturi varjabbli primarji mmirati.

    OQSMA U LISTA TA' FATTURI VARJABBLI MMIRATI

    Taqsima 2007 Kundizzjonijiet tad-djar

    Isem tal-fattur varjabbli

    Kodiċi

    Fattur varjabbli fil-mira

    Nuqqas ta’ spazju fid-dar

    MH010

     

    Nuqqas ta’ spazju fid-dar

    1

    Iva

    2

    Le

    MH010_F

    1

    Il-fattur varjabbli tniżżel

    -1

    Nieqes

    Installazzjonijiet u faċilitajiet fid-dar

    MH020

     

    Installazzjonijiet adegwati ta' l-elettriku:

    1

    Iva

    2

    Le

    MH020_F

    1

    Il-fattur varjabbli tniżżel

    -1

    Nieqes

    -2

    na (L-ebda elettriku/installazzjonijiet)

    MH030

     

    Installazzjonijiet ta' l-ilma/drenaġġ:

    1

    Iva

    2

    Le

    MH030_F

    1

    Il-fattur varjabbli tniżżel

    -1

    Nieqes

    -2

    ma (M’hemmx ilma/installazzjonijiet)

    MH040

     

    Dar mgħammra b' faċilitajiet ta' tisħin

    1

    Iva - Tisħin ċentrali jew simili

    2

    Iva - Tisħin ieħor fil-post

    3

    Le - L-ebda tisħin fil-post

    MH040_F

    1

    Il-fattur varjabbli tniżżel

    -1

    Nieqes

    MH050

     

    Id-dar hija kennija matul ix-xhur tax-xitwa.

    1

    Iva

    2

    Le

    MH050_F

    1

    Il-fattur varjabbli tniżżel

    -1

    Nieqes

    MH060

     

    Id-dar mgħammra b' faċilitajiet ta' arja kundizzjonata

    1

    Iva

    2

    Le

    MH060_F

    1

    Il-fattur varjabbli tniżżel

    -1

    Nieqes

    MH070

     

    Id-dar hija friska matul ix-xhur tas-sajf

    1

    Iva

    2

    Le

    MH070_F

    1

    Il-fattur varjabbli tniżżel

    -1

    Nieqes

    Sodisfazzjoni globali bid-dar

    MH080

     

    Sodisfazzjoni globali bid-dar

    1

    Tassew insodisfatta

    2

    Insodisfatta mhux ħażin

    3

    Sodisfatta

    4

    Sodisfatta ħafna

    MH080_F

    1

    Il-fattur varjabbli tniżżel

    -1

    Nieqes

    Aċċessibilità tas-Servizzi Bażiċi

    MH090

     

    Aċċessibilità tas-servizzi tal-growser

    1

    B’diffikulta kbira

    2

    B’xi diffikulta

    3

    Faċli

    4

    Faċli ħafna

    MH090_F

    1

    Il-fattur varjabbli tniżżel

    -1

    Nieqes

    -2

    na (Ma jintużax mid-dar)

    MH100

     

    Aċċessibilità tas-servizzi bankarji

    1

    B’diffikultà kbira

    2

    B’xi diffikultà

    3

    Faċli

    4

    Faċli ħafna

    MH100_F

    1

    Il-fattur varjabbli tniżżel

    -1

    Nieqes

    -2

    ma (Ma jintużax mid-dar)

    MH110

     

    Aċċessibilità tas-servizzi postali

    1

    B’diffikultà kbira

    2

    B’xi diffikultà

    3

    Faċli

    4

    Faċli ħafna

    MH110_F

    1

    Il-fattur varjabbli tniżżel

    -1

    Nieqes

    -2

    ma (Ma jintużax mid-dar)

    MH120

     

    Aċċessibilità tat-trasport pubbliku

    1

    B’diffikultà kbira

    2

    B’xi diffikultà

    3

    Faċli

    4

    Faċli ħafna

    MH120_F

    1

    Il-fattur varjabbli tniżżel

    -1

    Nieqes

    -2

    nma (Ma jintużax mid-dar)

    Aċċessibilità tas-Servizzi Bażiċi

    MH130

     

    Aċċessibilità tas-servizzi tal-kura primarja tas-saħħa

    1

    B’diffikultà kbira

    2

    B’xi diffikultà

    3

    Faċli

    4

    Faċli ħafna

    MH130_F

    1

    Il-fattur varjabbli tniżżel

    -1

    Nieqes

    -2

    ma (Ma jintużax mid-dar)

    MH140

     

    Aċċessibilità ta’ l-iskola obbligatorja

    1

    B’diffikultà kbira

    2

    B’xi diffikultà

    3

    Faċli

    4

    Faċli ħafna

    MH140_F

    1

    Il-fattur varjabbli tniżżel

    -1

    Nieqes

    -2

    ma (L-ebda tifel/tifla fl-iskola)

    Bidla ta’ residenza

    MH150

     

    Bidla ta’ residenza

    1

    Iva

    2

    Le

    MH150_F

    1

    Il-fattur varjabbli tniżżel

    -1

    Nieqes

    MH160

     

    Raġuni prinċipali għal bidla tar-residenza

    1

    Raġunijiet relatati mal-familja

    2

    Raġunijiet relatati ma’ l-impjieg

    3

    Raġunijiet relatati mad-dar

    4

    Tkeċċija/żgombru

    5

    Is-sid ma ġeddidx il-kuntratt

    6

    Raġunijiet finanzjarji

    7

    Oħrajn

    MH160_F

    1

    Il-fattur varjabbli tniżżel

    -1

    Nieqes

    -2

    ma (MH150 mhux = 1)


    Top