Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006E0095

    Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/95/PESK ta' l- 14 ta' Frar 2006 li jġedded il-miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrjan tar-Repubblika ta' Moldova

    ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 201–201 (MT)
    ĠU L 44, 15.2.2006, p. 31–31 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/02/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2006/95/oj

    29.9.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    201


    POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2006/95/PESK

    ta'l-14 ta' Frar 2006

    li jġedded il-miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrjan tar-Repubblika ta' Moldova

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-23 ta' Frar 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK (1) dwar miżuri restrittivi, fil-forma ta' restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni għad-dħul, kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrjan tar-Repubblika ta' Moldova. Dawn il-miżuri kienu mġedda mill-Pożizzjoni Komuni 2005/147/PESK (2), u sejrin jiskadu fis-27 ta' Frar 2006.

    (2)

    Abbażi ta' eżami ġdid tal-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġu mġedda għal perjodu ulterjuri ta' 12-il xahar,

    ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

    Artikolu 1

    Il-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK għandha tiġi estiża sas-27 ta' Frar 2007.

    Artikolu 2

    Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tibda jkollha effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 3

    Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Maghmul fi Brussell, nhar il-14 ta' Frar 2006

    Ghall-Kunsill

    Il-President

    K.-H. GRASSER


    (1)  ĠU L 55, 24.2.2004, p. 68. Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/96/PESK (ara l-paġna 32 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  ĠU L 49, 22.2.2005, p. 31.


    Top