Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D1005

    2006/1005/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta' Diċembru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ l-ittikkettar ta’ l-użu effiċjenti ta’ l-enerġija għat-tagħmir ta’ l-uffiċċji

    ĠU L 381, 28.12.2006, p. 24–25 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/1005/oj

    Related international agreement

    28.12.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 381/24


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-18 ta' Diċembru 2006

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ l-ittikkettar ta’ l-użu effiċjenti ta’ l-enerġija għat-tagħmir ta’ l-uffiċċji

    (2006/1005/EC)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien ma’ l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, u l-Artikolu 300(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati għal Ftehim bejn il-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ l-ittikkettar dwar l-użu effiċjenti ta’ l-enerġija għat-tagħmir ta’ l-uffiċċju kienet adottata fil-5 ta’ Mejju 2006.

    (2)

    In-negozjati ġew konklużi u l-Ftehim bejn il-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-koordinazzjoni tal-programmi ta’ l-ittikkettar dwar l-użu effiċjenti ta’ l-enerġija għat-tagħmir ta’ l-uffiċċju (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) ġie inizjalat miż-żewġ Partijiet fis-7 ta’ Ġunju 2006.

    (3)

    Il-proċeduri interni Komunitarji xierqa għandhom ikunu stabbiliti biex ikun żgurat it-tħaddim tajjeb tal-Ftehim.

    (4)

    Is-suq għat-tagħmir ta’ l-uffiċċju qed jevolvi malajr ħafna. Huwa essenzjali li ta’ spiss jiġi stmat mill-ġdid il-potenzjal biex jiġu massimizzati l-iffrankar ta’ l-enerġija u l-benefiċċji ambjentali bl-istimolu tal-provvista ta’ u tad-domanda għal prodotti li huma effiċjenti fl-enerġija. Għalhekk huwa meħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa, assistita minn bord Komunitarju ta’ konsulenza kompost minn rappreżentanti nazzjonali u mill-partijiet interessati kollha, li jerġa’ jistma u jtejjeb l-Ispeċifikazzjonijiet Komuni għat-tagħmir ta’ l-uffiċċju stabbiliti fl-Anness C tal-Ftehim b’mod regolari u li jieħu ċerti deċiżjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Ftehim, bħalma huma id-dehra tal-logo ta’ l-“ENERGY STAR” u l-linji gwida għall-użu tal-logo li jinsabu fl-Annessi A u B rispettivament.

    (5)

    L-implimentazzjoni tal-Ftehim għandha tkun eżaminata mill-Kummissjoni Teknika stabbilita mill-Ftehim.

    (6)

    Kull parti tal-Ftehim għandha taħtar entità tal-ġestjoni u għandha tiġi ddefinita l-proċedura biex jiġi emendat il-Ftehim.

    (7)

    Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn il-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ l-ittikkettar dwar l-użu effiċjenti ta’ l-enerġija għat-tagħmir ta’ l-uffiċċju, inkluż l-Annessi tiegħu, huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

    It-test tal-Ftehim u l-Annessi tiegħu huma mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar lill-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex tintrabat il-Komunità.

    Artikolu 3

    Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem il-Komunità, jagħti n-notifika bil-miktub prevista fl-Artikolu XIV(1) tal-Ftehim.

    Artikolu 4

    1.   Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Komunità fil-Kummissjoni Teknika prevista fl-Artikolu VII tal-Ftehim, wara li tkun semgħet il-fehmiet tal-membri tal-Bord ta' l-ENERGY STAR tal-Komunità Ewropea stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2422/2001 (1). Wara li tikkonsulta ’l-Bord ta' l-ENERGY STAR tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni għandha twettaq il-funzjonijiet imsemmija fl-Artikoli VI(5), VII(1) u (2), u IX(4), tal-Ftehim.

    2.   Bil-għan li tiġi ppreparata l-pożizzjoni tal-Komunità fir-rigward ta’ l-emendi tal-lista tat-tagħmir ta’ l-uffiċċju fl-Anness C tal-Ftehim, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe opinjoni mogħtija mill-Bord ta’ l-ENERGY STAR tal-Komunità Ewropea.

    3.   Il-pożizzjoni tal-Komunità fir-rigward ta’ deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-entitajiet tal-ġestjoni għandha tkun determinata, fir-rigward ta’ l-emendi ta’ l-Anness A (l-isem u l-logo komuni ta’ l-ENERGY STAR), l-Anness B (Linji Gwida għall-użu xieraq ta’ l-isem u l-logo komuni ta’ l-ENERGY STAR), u l-Anness C (L-Ispeċifikazzjonijiet Komuni) għall-Ftehim, mill-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Bord ta’ l-ENERGY STAR tal-Komunità Ewropea.

    4.   Fil-każijiet l-oħrajn kollha, il-pożizzjoni tal-Komunità fir-rigward ta’ deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Partijiet tal-Ftehim għandha tkun determinata mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 300 tat-Trattat.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussel, ta'18 ta' Diċembru 2006

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J.-E. ENESTAM


    (1)  ĠU L 332, tas-15.12.2001, p. 1.


    FTEHIM BEJN

    il-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ l-ittikkettar ta’ l-użu Effiċjenti ta’ l-Enerġija għat-Tagħmir ta’ l-Uffiċċji

    Il-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Komunità Ewropea, minn hawn il quddiem imsejħa “il-Partijiet”;

    FILWAQT li jixtiequ jimmassimizzaw l-iffrankar ta’ l-enerġija u l-benefiċji ambjentali billi jistimolaw il-provvista ta’ u d-domanda għal prodotti li huma effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija;

    FILWAQT LI JQISU l-Ftehim bejn il-Gvern ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-koordinazzjoni tal-programmi ta’ l-ittikkettar ta’ l-Użu Effiċjenti ta’ l-Enerġija għat-Tagħmir ta’ l-Uffiċċji, magħmul fid-19 ta’ Diċembru 2000, u l-annessi tiegħu, kif emendat (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim ta’ l-2000”);

    SODISFATTI mill-progress li sar taħt il-Ftehim ta’ l-2000;

    KONVINTI li jinkisbu benefiċċji addizzjonali jekk jitkomplew l-isforzi reċiproċi fuq l-ENERGY STAR;

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu I

    Il-prinċipji ġenerali

    1.   Il-Partijiet għandhom jużaw sett komuni ta’ speċifikazzjonijiet ta’ l-użu effiċjenti ta’ l-enerġija u logo komuni għall-iskopijiet li jkunu stabbiliti miri konsistenti għall-manifatturi, u b’dan il-mod ikun massimizzat l-effett ta’ l-isforzi individwali tagħhom fuq il-provvista ta’ u d-domanda għal dawn it-tipi ta’ prodotti.

    2.   Il-Partijiet għandhom juzaw il-Logo Komuni sabiex jidentifikaw tipi ta’ prodotti kkwalifikati li huma effiċjenti fl-uzu ta’ l-enerġija elenkati fl-Anness C.

    3.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-ispeċifikazzjonijiet komuni jinkoraġġixxu t-titjib kontinwat fl-effiċjenza, filwaqt li jqisu l-prattika teknika l-aktar avvanzata fis-suq.

    4.   L-Ispeċifikazzjonijiet Komuni jipprovaw jirrappreżentaw mhux aktar minn 25 fil-mija tal-mudelli li għalihom id-data hija disponibbli fil-waqt meta huma stabbiliti l-ispeċifikazzjonijiet filwaqt li jitqiesu wkoll fatturi oħrajn.

    5.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jiżguraw li l-konsumaturi jkollhom l-opportunità jidentifikaw prodotti effiċjenti billi jsibu t-tikketta fis-suq.

    Artikolu II

    Ir-Relazzjoni mal-Ftehim ta’ l-2000

    Dan il-Ftehim jissostitwixxi l-Ftehim ta’ l-2000 fl-intier tiegħu.

    Artikolu III

    Id-Definizzjonijiet

    Għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim:

    (a)

    “ENERGY STAR” tfisser il-marka tas-servizz indikata fl-Anness A u li hija l-proprjetà ta’ l-Aġenzija ta’ l-Istati Uniti għall-Protezzjoni ta’ l-Ambjent (“U.S. EPA” - United States Environmental Protection Agency);

    (b)

    “Logo Komuni” tfisser il-marka ta’ ċertifikazzjoni indikata fl-Anness A u li hija l-proprjetà tal-U.S. EPA;

    (c)

    “Marki ta’ l-ENERGY STAR” tfisser l-isem u l-Logo Komuni ta’ l-“ENERGY STAR”, flimkien ma’ kwalunkwe verżjoni ta’ dawn il-marki li jistgħu jkunu żviluppati jew modifikati mill-Entitajiet ta’ Ġestjoni jew il-Parteċipanti tal-Programm, kif definit hawn, inkluż is-sinjal jew il-marka li tinsab fl-Anness A ta’ dan il-Ftehim;

    (d)

    “Programm ta’ l-Ittikkettar ta’ l-ENERGY STAR” tfisser programm amministrat minn Entità ta’ Ġestjoni li juża speċifikazzjonijiet komuni dwar l-użu effiċjenti ta’ l-enerġija, il-marki u l-linji gwida li għandhom jiġu applikati għal tipi indikati tal-prodott;

    (e)

    “il-Parteċipanti fil-Programm” tfisser il-manifatturi, il-bejjiegħa jew l-aġenti tal-bejgħ mill-ġdid li jbiegħu prodotti indikati li huma effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet ta’ u li għażlu li jipparteċipaw fil-programm ta’ l-ittikkettar ta’ l-ENERGY STAR billi jirreġistraw jew jidħlu fi ftehim ma’ l-Entità ta’ Ġestjoni ta’ waħda mill-Partijiet;

    (f)

    “l-Ispeċifikazzjonijiet Komuni” huma r-rekwiżiti ta’ l-użu effiċjenti u tar-rendiment ta’ l-enerġija, inklużi l-metodi ta' ttestjar elenkati fl-Anness C, użati mill-Entità ta’ Ġestjoni u mill-Parteċipanti fil-Programm biex jiddeterminaw jekk il-prodotti li huma effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija jikkwalifikawx għal-Logo Komuni.

    Artikolu IV

    L-Entitajiet ta’ Ġestjoni

    Kull Parti b’dan taħtar Entità ta’ Ġestjoni li hija responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim (“l-Entitajiet ta’ Ġestjoni”). Il-Komunità Ewropea taħtar lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (“Kummissjoni”) bħala l-Entità ta’ Ġestjoni tagħħa. L-Istati Uniti ta’ l-Amerika taħtar lill-U.S. EPA bħala l-Entità ta’ Ġestjoni tagħħa.

    Artikolu V

    L-amministrazzjoni tal-Programm ta’ l-Ittikkettar ta’ l-ENERGY STAR

    1.   Kull Entità ta’ Ġestjoni għandha tamministra l-Programm ta’ l-Ittikkettar ta’ l-ENERGY STAR għat-tipi ta’ prodotti li huma effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija elenkati fl-Anness C, bla ħsara għat-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Ftehim. L-amministrazzjoni tal-Programm tinkludi r-reġistrazzjoni tal-Parteċipanti fil-Programm fuq bażi volontarja, iż-żamma tal-listi tal-Parteċipanti fil-Programm u tal-prodotti konformi, u l-infurzar tat-termini tal-Linji Gwida għall-użu xieraq ta’ l-Isem u l-Logo Komuni ta’ l-ENERGY STAR stabbiliti fl-Anness B.

    2.   Il-Programm ta’ l-Ittikkettar ta’ l-ENERGY STAR għandu juża l-Ispeċifikazzjonijiet Komuni elenkati fl-Anness C.

    3.   Sa fejn kull Entità ta’ Ġestjoni tieħu miżuri effettivi biex teduka lill-konsumaturi dwar il-Marki ta’ l-ENERGY STAR, għandha tagħmel dan skond il-Linji Gwida għall-Użu Xieraq ta’ l-Isem u l-Logo Komuni ta’ l-ENERGY STAR stabbiliti fl-Anness B.

    4.   Kull Entità ta’ Ġestjoni għandha tħallas l-ispejjeż għall-attivitajiet kollha tagħha taħt dan il-Ftehim.

    Artikolu VI

    Il-Parteċipazzjoni fil-Programm ta’ l-Ittikkettar ta’ l-ENERGY STAR

    1.   Kwalunkwe manifattur, bejjiegħ jew aġent tal-bejgħ mill-ġdid jista’ jidħol fil-Programm ta’ l-Ittikkettar ta’ l-ENERGY STAR billi jirreġistra bħala Parteċipant fil-Programm ma’ l-Entità ta’ Ġestjoni ta’ kull Parti.

    2.   Il-Parteċipanti fil-Programm jistgħu jużaw il-Logo Komuni biex jidentifikaw il-prodotti kwalifikati li ġew ittestjati fil-faċilitajiet tagħhom stess jew minn laboratorju indipendenti tat-testijiet u li jissodisfaw l-Ispeċifikazzjonijiet Komuni stabbiliti fl-Anness C, u jistgħu jiċċertifikaw huma stess il-kwalifikazzjoni tal-prodotti.

    3.   Ir-reġistrazzjoni ta’ Parteċipant fil-Programm fil-Programm ta’ l-Ittikkettar ta’ l-ENERGY STAR mill-Entità ta’ Ġestjoni ta’ Parti waħda għandha tkun rikonoxxuta mill-Entità ta’ Ġestjoni tal-Parti l-oħra.

    4.   Biex ikun aktar faċli r-rikonoxximent tal-Parteċipanti fil-Programm ta’ l-Ittikkettar ta’ l-ENERGY STAR skond il-Paragrafu 3 hawn fuq, l-Entitajiet ta’ Ġestjoni għandhom jikkooperaw sabiex iżommu listi komuni tal-Parteċipanti fil-Programm kollha u tal-prodotti kollha li jikkwalifikaw għal-Logo Komuni.

    5.   Minkejja l-proċeduri ta’ l-awtoċertifikazzjoni speċfikati fill-Paragrafu 2 hawn fuq, kull Entità ta’ Ġestjoni tirriserva d-dritt li tittestja jew teżamina l-prodotti b’mod ieħor li huma jew ġew mibjugħa fit-territorji tagħha (fit-territorji ta’ l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea fil-każ tal-Kummissjoni) sabiex tiddetermina jekk il-prodotti humiex ċertifikati skond l-Ispeċifikazzjonijiet Komuni stabbiliti fl-Anness C. L-Entitajiet ta’ Ġestjoni għandhom jikkomunkaw u jikkooperaw għal kollox ma’ xulxin biex jiżguraw li l-prodotti kollha li għandhom il-Logo Komuni jissodisfaw l-Ispeċifikazzjonijiet Komuni stabbiliti fl-Anness C.

    Artikolu VII

    Il-koordinazzjoni tal-programm bejn il-Partijiet

    1.   Il-Partijiet għandhom iwaqqfu Kummissjoni Teknika biex teżamina l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, komposta mir-rappreżentanti ta’ l-Entitajiet ta’ Ġestjoni rispettivi tagħhom.

    2.   Bi prinċipju, il-Kummissjoni Teknika għandha tiltaqa’ kull sena u għandha tikkonsulta fuq talba ta’ waħda mill-Entitajiet ta’ Ġestjoni biex teżamina l-ħidma u l-amministrazzjoni tal-Programm ta’ l-Ittikkettar ta’ l-ENERGY STAR, l-Ispeċifikazzjonijiet Komuni stabbiliti fl-Anness C, il-kopertura tal-prodotti, u l-progress fil-kisba ta’ l-għanijiet ta’ dan il-Ftehim.

    3.   Dawk li mhumiex partijiet (inklużi gvernijiet u rappreżentanti ta’ l-industrija oħrajn) jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Kummissjoni Teknika bħala osservaturi, kemm-il darba ż-żewġ Entitajiet ta’ Ġestjoni ma jiftehmux mod ieħor.

    Artikolu VIII

    Ir-Reġistrazzjoni tal-marki ta’ l-ENERGY STAR

    1.   Il-U.S. EPA, bħala proprjetarja tal-marki ta’ l-ENERGY STAR, irreġistrat il-marki fil-Komunità Ewropea bħala Trade Marks Komunitarji. Il-Kummissjoni m’għandhiex titlob jew tikseb reġistrazzjoni tal-marki ta’ l-ENERGY STAR jew ta’ varjazzjoni tal-marki fi kwalunkwe pajjiż.

    2.   Il-U.S. EPA tintrabat li ma tqisx bħala ksur ta’ dawn il-marki l-użu, mill-Kummissjoni jew minn kwalunkwe Parteċipant fil-Programm irreġistrat mill-Kummissjoni, tas-sinjal jew il-marka li jinsabu fl-Anness A skond it-termini ta’ dan il-Ftehim.

    Artikolu IX

    L-infurzar u n-nuqqas ta’ konformità

    1.   Sabiex jitħarsu l-marki ta’ l-ENERGY STAR, kull Entità ta’ Ġestjoni għandha tiżgura l-użu xieraq tal-marki ta’ l-ENERGY STAR fit-territorju tagħha (fit-territorji ta’ l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea fil-każ tal-Kummissjoni). Kull Entità ta’ Ġestjoni għandha tiżgura li l-marki ta’ l-ENERGY STAR jintużaw biss fil-forma li tidher fl-Anness A. Kull Entità ta’ Ġestjoni għandha tiżgura li l-marki ta’ l-ENERGY STAR jintużaw biss bil-mod speċifikat fil-Linji Gwida għall-Użu Xieraq ta’ L-Isem u l-Logo Komuni ta’ l-ENERGY STAR stabbiliti fl-Anness B.

    2.   Kull Entità ta’ Ġestjoni għandha tiżgura li tittieħed azzjoni minnufih u xierqa kontra kwalunkwe Parteċipant fil-Programm, meta ssir taf li Parteċipant fil-Programm uża marka bi ksur jew ikun waħħal il-marki ta’ l-ENERGY STAR fuq prodott li mhuwiex konformi ma’ l-Ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness C. Dawn l-azzjonijiet għandhom jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

    (a)

    li jiġi mgħarraf il-Parteċipant fil-Programm bil-miktub dwar in-nuqqas ta’ ħarsien tiegħu tat-termini tal-Programm ta’ l-Ittikkettar ta’ l-ENERGY STAR;

    (b)

    permezz ta’ konsultazzjonijiet, li jiġi żviluppat pjan biex tinkiseb il-konformità;

    u

    (c)

    jekk il-konformità ma tistax tinkiseb, it-terminazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-Parteċipant fil-Programm, kif xieraq.

    3.   Kull Entità ta’ Ġestjoni għandha tiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet raġonevoli kollha sabiex jintemm l-użu mhux awtorizzat tal-marki ta’ l-ENERGY STAR jew l-użu ta’ marka mhux konformi minn entità li mhijiex Parteċipant fil-Programm. Dawn l-azzjonijiet għandhom jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

    (a)

    li tkun infurmata l-entità li tuża l-marki tal-Programm ta’ l-Ittikkettar ta’ l-ENERGY STAR dwar ir-rekwiżiti u l-Linji Gwida għall-Użu Xieraq ta’ L-Isem u l-Logo Komuni ta’ l-ENERGY STAR;

    u

    (b)

    titħeġġeġ l-entità li ssir Parteċipant fil-Programm u tirreġistra l-prodotti kwalifikati.

    4.   Kull Entità ta’ Ġestjoni għandha minnufih tgħarraf lill-Entità ta’ Ġestjoni tal-Parti l-oħra dwar kwalunkwe ksur tal-marki ta’ l-ENERGY STAR li tkun taf dwarhom kif ukoll dwar l-azzjoni meħuda biex jintemm dan il-ksur.

    Artikolu X

    Il-proċeduri biex jiġi emendat il-Ftehim u biex jiżdiedu Annessi ġodda

    1.   Kwalunkwe Entità ta’ Ġestjoni tista’ tipproponi emenda għal dan il-Ftehim u tipproponi annessi ġodda għall-Ftehim.

    2.   Emenda għandha tiġi proposta bil-miktub u għandha tkun diskussa fil-laqgħa li jmiss tal-Kummissjoni Teknika, kemm-il darba tkun ġiet komunikata lill-Entità ta’ Ġestjoni l-oħra għall-inqas sittin jum qabel din il-laqgħa.

    3.   L-emendi għal dan il-Ftehim u d-deċizjonijiet li jizdiedu l-annessi l-ġodda għandhom isiru bi qbil reċiproku tal-Partijiet. L-emendi għall-Annessi A, B, u C għandhom isiru skond id-dispozizzjonijiet ta’ l-Artikoli XI u XII.

    Artikolu XI

    Il-proċeduri biex jiġu emendati l-Annessi A u B

    1.   Entità ta’ Ġestjoni li tixtieq temenda l-Anness A jew l-Anness B għandha ssegwi l-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ l-Artikolu X.

    2.   L-emendi għall-Annessi A u B għandhom isiru bi qbil reċiproku ta’ l-Entitajiet ta’ Ġestjoni.

    Artikolu XII

    Il-proċeduri biex jiġi emendat l-Anness C

    1.   Entità ta’ Ġestjoni li tixtieq temenda l-Anness C biex tirrevedi l-Ispeċifikazzjonijiet eżistenti, jew iżżid tip ta’ prodott ġdid (“L-Entità ta’ Ġestjoni li Tipproponi”) għandha ssegwi l-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ l-Artikolu X, u għandha tinkludi fil-proposta tagħha:

    (a)

    dimostrazzjoni li jirriżulta ffrankar sinifikanti ta’ l-enerġija mir-reviżjoni ta’ l-Ispeċifikazzjonijiet jew miż-żieda tat-tip ta’ prodott ġdid;

    (b)

    kif xieraq, rekwiżiti tal-konsum ta’ l-enerġija għal modalitajiet differenti tal-konsum ta’ l-enerġija;

    (c)

    informazzjoni dwar il-protokolli standardizzati ta’ l-ittestjar li għandhom jintuzaw fl-evalwazzjoni tal-prodott;

    (d)

    evidenza ta’ teknoloġija eżistenti li mhi proprjetà ta’ ħadd li tagħmel possibbli l-iffrankar ta’ l-enerġija li huwa effettiv f’termini ta’ l-infiq mingħajr ma jkun affettwat ir-rendiment tal-prodott b’mod negattiv;

    (e)

    informazzjoni dwar in-numru stmat tal-mudelli ta’ prodott li jilħqu l-ispeċifikazzjoni proposta u s-sehem medju tas-suq irrappreżentat;

    (f)

    informazzjoni dwar il-perspettivi tal-gruppi ta’ l-industrija potenzjalment affettwati mill-emenda proposta;

    u

    (g)

    data effettiva proposta għall-Ispeċifikazzjonijiet ġodda, filwaqt li jitqiesu ċ-ċikli tal-ħajja tal-prodott u l-iskedi tal-produzzjoni.

    2.   L-emendi proposti li huma aċċettati miż-żewġ Entitajiet ta’ Ġestjoni għandhom jidħlu fis-seħħ f’data miftiehma b’mod konġunt mill-Entitajiet ta’ Ġestjoni.

    3.   Jekk, wara l-wasla ta’ proposta magħmula skond il-paragrafi 1 u 2 ta’ l-Artikolu X, l-Entità ta’ Ġestjoni l-oħra (“l-Entità ta’ Ġestjoni li Toġġezzjona”) hija tal-fehma li l-proposta ma tissodisfax ir-rekwiżiti speċifikati fil-Paragrafu 1 hawn fuq jew toġġezzjona mod ieħor għall-proposta, għandha minnufih (normalment sal-Laqgħa li jmiss tal-Kummissjoni Teknika) tgħarraf lill-Entità ta’ Ġestjoni li Tipproponi bil-miktub dwar l-oġġezzjoni tagħha u għandha tinkludi kwalunkwe informazzjoni disponibbli biex tappoġġja l-oġġezzjoni tagħha; pereżempju, informazzjoni li turi li l-proposta, jekk hija adottata, x’aktarx:

    (a)

    b’mod sproporjzonat u inġust tagħti setgħa fis-suq lil kumpanija waħda jew grupp wieħed ta’ l-industrija;

    (b)

    timmina l-parteċipazzjoni ġenerali ta’ l-industrija fil-programm ta’ l-ittikkettar ENERGY STAR;

    (c)

    tmur kontra l-liġijiet u r-regolamenti tagħha;

    jew

    (d)

    timponi rekwiziti tekniċi li huma oneruzi.

    4.   L-Entitajiet ta’ Ġestjoni għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jilħqu ftehim dwar l-emenda proposta fl-ewwel laqgħa tal-Kummissjoni Teknika wara l-proposta. Jekk l-Entitajiet ta’ Ġestjoni ma jistgħux jilħqu ftehim dwar l-emenda proposta f’din il-laqgħa tal-Kummissjoni Teknika, għandhom jippruvaw jilħqu ftehim bil-miktub qabel il-laqgħa tal-Kummissjoni Teknika li jmiss.

    5.   Jekk, sa l-aħħar tal-laqgħa tal-Kummissjoni Teknika li jmiss, il-partijiet ma jistgħux jilħqu ftehim, l-Entità ta’ Ġestjoni li Tipproponi għandha tirtira l-proposta tagħha; u fir-rigward tal-proposti għar-reviżjoni ta’ l-Ispeċifikazzjonijiet eżistenti, it-tip ta’ prodott korrispondenti għandu jitneħħa mill-Anness C sad-data li jiftiehmu bil-miktub l-Entitajiet ta’ Ġestjoni. Il-Parteċipanti fil-Programm kollha għandhom ikunu mgħarrfa dwar dan it-tibdil u dwar il-proċeduri li għandhom ikunu segwiti biex jiġi implimentat dan it-tibdil.

    6.   Meta jippreparaw l-Ispeċifikazzjonijiet Komuni jew jirrevedu l-Ispeċifikazzjonijiet Komuni eżistenti, l-Entitajiet ta’ Ġestjoni għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni u l-konsultazzjoni effettiva bejniethom u mal-partijiet interessati rispettivi tagħhom, b’mod partikolari rigward il-kontenut tad-dokumenti ta’ ħidma u l-iskedi.

    Artikolu XIII

    Id-dispozizzjonijiet ġenerali

    1.   Programmi oħrajn ta’ l-ittikkettar ambjentali mhumiex koperti minn dan il-Ftehim u jistgħu jkunu żviluppati u adottati minn kwalunkwe Parti.

    2.   L-attivitajiet kollha li jseħħu taħt dan il-Ftehim għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet u r-regolament applikabbli ta’ kull Parti u għad-disponibbiltà ta’ fondi u ta’ riżorsi approprjati.

    3.   Ebda ħaġa f’dan il-Ftehim ma għandha taffettwa d-drittijiet u l-obbligi ta’ kwalunkwe parti li joħorġu minn kwalunkwe ftehim bilaterali, reġjonali jew multilaterali li tkun daħlet fih qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

    4.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan il-Ftehim, kwalunkwe Entità ta’ Ġestjoni tista’ twettaq programmi ta’ l-ittikkettar fir-rigward tat-tipi ta’ prodotti li mhumiex inklużi fl-Anness C. Minkejja kull dispożizzjoni oħra ta’ dan il-Ftehim, ebda Parti ma għandha tostakola l-importazzjoni, l-esportazzjoni, il-bejgħ jew id-distribuzzjoni ta’ kwalunkwe prodott għaliex ikun fih il-marki ta’ l-użu effiċjenti ta’ l-enerġija ta’ l-Entità ta’ Ġestjoni tal-Parti l-oħra.

    Artikolu XIV

    Id-dħul fis-seħħ u t-tul

    1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha kull Parti tkun innotifikat lill-oħra bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi tagħha meħtieġa biex jidħol fis-seħħ ikunu tlestew.

    2.   Dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ għal zmien ta’ ħames snin. Għall-inqas sena qabel tmiem dan il-perjodu, il-Partijiet għandhom jiltaqgħu sabiex jiddiskutu t-tiġdid ta’ dan il-Ftehim.

    Artikolu XV

    It-terminazzjoni

    1.   Kwalunkwe Parti tista’ tittermina dan il-Ftehim fi kwalunkwe ħin billi tliet xhur qabel tavża bil-miktub lill-Parti l-oħra.

    2.   Fil-każ li dan il-Ftehim jiġi tterminat jew ma jiġġeddidx, l-Entitajiet ta’ Ġestjoni għandhom jgħarrfu lill-Parteċipanti fil-Programm kollha li jkunu rreġistraw dwar it-tmiem tal-programm konġunt. Barra minn dan, l-Entitajiet ta’ Ġestjoni għandhom jgħarrfu lill-Parteċipanti fil-Programm li jkunu rreġistraw li kull Entità ta’ Ġestjoni tista’ tkompli l-attivitajiet ta’ l-ittikkettar taħt żewġ programmi individwali separati. F’dan il-każ il-programm ta’ l-ittikkettar tal-Komunità Ewropea ma jużax il-marki ta’ l-ENERGY STAR. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li hija, l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u kwalunkwe Parteċipant fil-Programm li hi tkun irreġistrat jieqfu milli jużaw il-marki ta’ l-ENERGY STAR sad-data miftiehma bil-miktub mill-Entitajiet ta’ Ġestjoni. L-obbligi li jinsabu f’dan l-Artikolu XV (2) għandhom jgħoddu wara t-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

    Artikolu XVI

    Il-lingwi Awtentiċi

    Magħmul f’żewġ oriġinali f'Washington D.C. fl-għoxrin jum ta' Diċembru fis-sena elfejn u sitta fil-lingwa Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola u Żvediża, u kull waħda minn dawn il-verżjonijiet huma awtentiċi indaqs. Fil-kaz ta’ diffikoltajiet dwar l-interpretazzjoni, għandu jipprevali l-Ingliz.

    Por la Comunidad Europea

    Za Evropské společenství

    For Det Europæiske Fællesskab

    Für die Europäische Gemeinschaft

    Euroopa Ühenduse nimel

    Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

    For the European Community

    Pour la Communauté européenne

    Per la Comunità europea

    Eiropas Kopienas vārdā

    Europos bendrijos vardu

    az Európai Közösség részéről

    Għall-Komunità Ewropea

    Voor de Europese Gemeenschap

    W imieniu Wspólnoty Europejskiej

    Pela Comunidade Europeia

    Za Európske spoločenstvo

    Za Evropsko skupnost

    Euroopan yhteisön puolesta

    För Europeiska gemenskapens vägnar

    Image

    Image

    Por el Gobierno de los Estados Unidos de América

    Za vládu Spojených států amerických

    For regeringen for Amerikas Forenede Stater

    Für die Regierung der Vereinigten Staaten von Amerika

    Ameerika Ühendriikide valitsuse nimel

    Για την Κυβερνηση των Ηνωμενων Πολιτειων τησ Αμερικησ

    For the Government of the United States of America

    Pour le gouvernement des États-Unis d'Amérique

    Per il governo degli Stati Uniti d'America

    Amerikas Savienoto Valstu valdības vārdā

    Jungtinių Amerikos Valstijų vyriausybės vardu

    az Amerikai Egyesült Államok kormánya részéről

    Għall-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika

    Voor de regering van Verenigde Staten van Amerika

    W imieniu rządu Stanów Zjednoczonych Ameryki

    Pelo governo Estados Unidos da América

    Za vládu Spojené štáty americké

    Za vlado Združene države Amerike

    Amerikan yhdysvaltojen hallituksen puolesta

    För Amerikas förenta staters regering

    Image


    ANNESS A

    L-ISEM U L-LOGO KOMUNI TA’ L-ENERGY STAR

    Isem: ENERGY STAR

    Logo Komuni:

    Image


    L-ANNESS B

    Il-Linji Gwida għall-uzu xieraq ta’ l-Isem u l-Logo Komuni ta’ l-ENERGY STAR

    L-Isem u l-Logo Komuni ta’ l-ENERGY STAR huma marki tal-U.S. EPA. Għalhekk, l-isem u l-Logo Komuni jistgħu jintużaw biss skond dawn il-linji gwida li ġejjin u l-Ftehim ta’ Sħubija jew il-Formola ta’ Reġistrazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea ffirmata mill-Parteċipanti fil-Programm ta’ l-Ittikkettar ta’ l-ENERGY STAR. Jekk jogħġbok qassam dawn il-linji gwida lil dawk li f’ismek se jkunu responsabbli mill-preparazzjoni tal-materjali ta’ l-ENERGY STAR.

    Il-U.S. EPA, u l-Kummissjoni Ewropea, fit-Territorju ta’ l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, jissorveljaw l-użu xieraq ta’ l-Isem u l-Logo Komuni ta’ l-ENERGY STAR. Dan jinkludi l-monitoraġġ ta’ l-użu tal-marki fis-suq, u li jiġu kkuntattjati direttament dawk l-organizzazzjonijiet li qed jużawhom ħażin jew mingħajr awtorizzazzjoni. Il-konsegwenzi ta’ l-użu ħażin tal-marki jistgħu jinkludu t-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-Parteċipant fil-Programm ta’ l-Ittikkettar ta’ l-ENERGY STAR, u, għall-prodotti importati fil-U.S. bl-użu ħażin tal-marki, il-possibbiltà ta’ konfiska ta’ dawk il-prodotti mis-Servizz tad-Dwana ta’ l-Istati Uniti.

    Il-Linji Gwida Ġenerali

    Il-Programm ENERGY STAR huwa sħubija bejn in-negozji u l-organizzazzjonijiet fuq naħa waħda u l-Gvern Federali ta’ l-Istati Uniti jew il-Komunità Ewropea fuq in-naħa l-oħra. Bħala parti minn din l-isħubija, in-negozji u l-organizzazzjonijiet jistgu jużaw l-Isem u l-Logo Komuni ta’ l-ENERGY STAR, bħala parti mill-attivitajiet tagħhom ta’ l-użu effiċjenti ta’ l-enerġija u ta’ l-ambjent.

    L-organizzazzjonijiet għandhom jagħmlu ftehim ma’ Entità ta’ Ġestjoni – l-Aġenzja għall-Protezzjoni ta' l-Ambjent għall-Istati Uniti jew il-Kummissjoni Ewropea għall-UE – biex jużaw il-marki kif provdut f’dan id-dokument. L-alterazzjonijiet għal dawn il-marki mhumiex permessi għaliex iħawdu lin-negozji u lill-konsumaturi dwar l-għan tal-programm ENERGY STAR u jnaqqsu l-valur tiegħu għal kulħadd.

    L-organizzazzjonijiet li juzaw dawn il-marki għandhom iħarsu dawn il-linji gwida ġenerali li ġejjin:

    1.

    L-Isem u l-Logo Komuni ta’ l-ENERGY STAR qatt ma jistgħu jintużaw b’xi mod li jimplika l-approvazzjoni ta’ kumpanija, il-prodotti tagħha jew is-servizzi tagħha. Lanqas ma jistgħu jintużaw il-Logo Komuni jew l-isem ta’ l-ENERGY STAR fi kwalunkwe isem jew logo ieħor tal-kumpanija, isem tal-prodott, isem ta’ servizz, isem tad-domain, jew titolu tal-paġna tal-Web, u lanqas ma tista’ ssir applikazzjoni biex il-Logo Komuni jew l-isem ta’ l-ENERGY STAR jew marka simili tkun trademark, jew parti minn trademark minn kwalunkwe entità minbarra l-U.S. EPA.

    2.

    L-Isem u l-Logo Komuni ta’ l-ENERGY STAR ma jistgħu qatt jintużaw f’mod li jiddisprezza lil ENERGY STAR, l-EPA, id-Dipartiment ta’ l-Enerġija, il-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea jew kwalunkwe organizzazzjoni oħra tal-gvern.

    3.

    Il-Logo Komuni ma jista’ qatt ikun assoċjat ma’ prodotti li ma jikkwalifikawx bħala ENERGY STAR.

    4.

    L-isħab u l-organizzazzjonijiet l-oħrajn awtorizzati huma responsabbli għall-użu li jsir minnhom stess ta’ l-Isem u l-Logo Komuni ta’ l-ENERGY STAR, kif ukoll għall-użu mir-rappreżentanti tagħhom, bħall-aġenziji tar-reklamar u l-kuntratturi ta’ l-implimentazzjoni.

    L-uzu ta’ l-Isem ENERGY STAR

    L-isem ENERGY STAR għandu dejjem jidher f’ittri kbar;

    Is-simbolu tar-reġistrazzjoni ® għandu jintuza ma’ l-ewwel darba li l-kliem “ENERGY STAR” jidhru fil-materjal għas-suq ta’ l-Istati Uniti:,

    u

    Is-simbolu ® għandu dejjem ikun stampat ’il fuq mill-vers (superscript);

    M’għandu jkun hemm ebda spazju bejn il-kliem “ENERGY STAR” u s-simbolu ®;

    Is-simbolu ® għandu jkun ripetut f’dokument għal kull titolu ta’ kapitolu jew paġna ta’ l-Internet.

    L-użu tal-Logo Komuni

    Il-Logo Komuni huwa marka li għandha tintuża bħala tikketta biss fuq dawk il-prodotti li jissodisfaw jew jeċċedu l-linji gwida tar-rendiment ta’ l-ENERGY STAR.

    L-uzu tal-Logo Komuni jinkludi:ċ

    Fuq prodott li jikkwalifika u li huwa rreġistrat;

    Fil-letteratura dwar il-prodott għal prodott li jikkwalifika;

    Fuq l-Internet biex ikun identifikat prodott li jikkwalifika;

    Fir-reklamar, fejn jintuża qrib jew fuq prodott li jikkwalifika;

    Fil-materjali tal-Punt tax-Xiri;

    Fuq l-imballaġġ ta’ prodott li jikkwalifika.

    Id-dehra tal-Logo Komuni

    Il-US EPA ħolqot din il-marka biex timmassimizza l-impressjoni viżiva tal-marka u għal skopijiet ta’ kuntrast u leġibbiltà. Il-marka tinkludi s-simbolu ta’ l-ENERGY STAR f’kaxxa bl-isem ENERGY STAR f’kaxxa direttament taħt biex tissaħħaħ il-leġibbiltà tas-simbolu. Iż-żewġ blokok huma separati minn rig abjad li huwa oħxon daqs it-tondjatura ġewwa s-simbolu. Il-marka għandha wkoll linja bajda ewlenija li hija wkoll ħoxna daqs it-tondjatura ġewwa s-simbolu.

    Spazju Vojt

    Il-US EPA u l-Kummissjoni ta’ l-UE jeħtieġu li jkun hemm spazju vojt ta’.333 (1/3) ta’ l-għoli tal-kaxxa grafika ġewwa l-marka, madwar il-marka f’kull ħin. Ebda element grafiku ieħor, bħal test jew immaġini, ma jista’ jidher f’din il-parti. Il-US EPA u l-Kummissjoni ta’ l-UE jirrikjedu li dan l-ispazju jkun vojt għaliex il-Logo Komuni ta’ spiss jidher fuq materjali li jużaw immaġini kumplessi bħal marki oħrajn, mezzi grafiċi, u kitba.

    Id-Daqs Minimu

    Il-marka tista’ tingħata daqs ieħor, izda l-proporzjonijiet għandhom jinzammu. Għal-leġibbiltà, nirrakkomandaw li l-marka ma tkunx riprodotta b’wisa’ inqas minn. 375 ta’ pulzier (3/8”; 9.5 mm) għall-istampar. Il-leġibbiltà ta’ l-ittri ġewwa l-marka għandha tinżamm fuq l-Internet.

    Il-Kulur Ippreferit

    Il-Kulur Ippreferit għall-marka huwa 100 % Cyan. Huma permessi verzjonijiet oħrajn bl-iswed jew irriversjat għall-abjad. L-ekwivalenti fuq l-Internet għall-kulur 100 % Cyan huwa l-kulur hex #0099FF. Jekk huwa disponibbli l-istampar f’bosta kuluri għar-reklamar, għal-letteratura tal-prodotti jew għall-materjali fil-punt tax-xiri il-marka għandha tkun stampata f’100 % Cyan. Jekk dan il-kulur mhuwiex disponibbli, jista’ minflok jintuża l-iswed.

    L-Użi skorretti tal-Marka

    Jekk jogħġbok:

    Tuzax il-marka fuq prodotti li ma jikkwalifikawx.

    Tibdilx il-marka billi tuża l-kaxxa tas-simbolu ta’ l-ENERGY STAR mingħajr il-kaxxa li fiha l-isem “ENERGY STAR”.

    Meta tirriproduċi l-marka jekk jogħġbok:

    Tagħmilx il-marka bħala kontorn.

    Tuzax marka bajda fuq sfond abjad.

    Tibdilx il-kuluri tal-marka.

    Tgħawwiġx il-marka fi kwalunkwe mod.

    Tibdilx il-lock up tal-marka.

    Tqegħidx il-marka fuq immaġini fejn hemm ħafna marki oħrajn.

    Iddawwarx il-marka.

    Tissepara ebda wieħed mill-elementi tal-marka.

    Tissostitwixxi ebda parti mill-marka.

    Tuża ebda tipa oħra biex tissostitwixxi parti mill-marka.

    Tivvjolax l-ispazju vojt tal-marka.

    Ixxengilx il-marka.

    Tibdilx id-daqs tal-lock up tal-marka.

    Tissostitwix il-kliem approvat.

    Tuzax il-Logo Komuni f’kulur mhux approvat.

    Tħallix it-test ikompli għaddej fuq il-marka.

    Tużax il-kaxxa tas-simbolu waħedha. L-isem ENERGY STAR għandu jidher ukoll.

    Tħassarx il-kaxxa tas-simbolu mill-marka.

    Meta tikteb jew titkellem dwar ENERGY STAR

    Biex jinzamm u jinbena l-valur ta’ l-ENERGY STAR, il-U.S. EPA u l-Kummissjoni ta’ l-UE jirrakkomandaw li tintuza xi terminoloġija meta xi ħadd jikteb jew jitkellem dwar l-elementi tal-programm.

    KORRETT

    SKORRETT

    Kompjuter li jikkwalifika għall-ENERGY STAR

    Kompjuter li huwa konformi ma’ l-ENERGY STAR

    Kompjuter li huwa ċċertifikat ENERGY STAR

    Kompjuter ikklassifikat ENERGY STAR

    Kompjuter li kiseb l-ENERGY STAR

     

    Prodotti li kisbu l-ENERGY STAR

    Prodott ENERGY STAR

    Prodotti ENERGY STAR (b’riferenza għal firxa ta’ prodotti)

    Tagħmir ENERGY STAR

    Endorsjat mill-US EPA

    Li jissodisfa l-istandards ENERGY STAR

    L-ISĦAB/IL-PARTEĊIPANTI FIL-PROGRAMM

    Sħab fl-ENERGY STAR

    Kumpanija ENERGY STAR

    Il-Kumpanija X, Sħab fl-ENERGY STAR

    Il-Kumpanija X, kumpanija endorsjata mill-US EPA

    Kumpanija li tipparteċipa fl-ENERGY STAR

    Bejjiegħ tat-tagħmir ENERGY STAR approvat mill-US EPA

    Kumpanija li tippromwovi l-ENERGY STAR

    Endorsjat mill-US EPA

    Monitors li jikkwalifikaw għall-ENERGY STAR

    Il-Programm tal-Monitors ENERGY STAR

    L-GĦAJN TA’ L-AWTORITÀ TAL-GVERN

    Prodotti li kisbu l-ENERGY STAR jipprevjenu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra billi jissodisfaw linji gwida stretti dwar l-użu effiċjenti ta’ l-enerġija stabbiliti mill-US EPA u l-Kummissjoni ta’ l-UE

     

    L-ENERGY STAR u l-marka ENERGY STAR huma marki rreġistrati fl-Istati Uniti

     

    L-ENERGY STAR hija marka rreġistrata proprjetà tal-gvern ta’ l-Istati Uniti

     

    IL-LINJI GWIDA DWAR IR-RENDIMENT

     

    Il-Linji gwida ta’ l-ENERGY STAR

    L-istandards ta’ l-ENERGY STAR

    L-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-ENERGY STAR

    Approvat mill-US EPA

    Il-livelli tar-rendiment ta’ l-ENERGY STAR

    Endorsjat mill-US EPA

    Programmi volontarji

    Irċieva endorsjar ta’ l-US EPA

    Mistoqsijiet dwar l-uzu ta’ l-Isem u l-Logo Komuni ta’ l-ENERGY STAR

    Hotline ta’ l-ENERGY STAR

    Fl-Istati Uniti. ċempel mingħajr ħlas fuq:1-888-STAR-YES (1-888-782-7937)

    Barra mill-Istati Uniti. ċempel: 202-775-6650

    Faks: 202-775-6680

    www.energystar.gov

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA

    Id-Diretorat-Ġenerali Enerġija u Trasport

    Telefon: +32 2 2985792

    Faks: +32 2 2966016

    www.eu-energystar.org


    ANNESS Ċ

    L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET KOMUNI

    I.   L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-KOMPJUTER

    L-Ispeċifikazzjonijiet tal-Kompjuters li ġejjin għandhom ikunu applikabbli sad-19 ta' Lulju 2007. Ara t-Taqsima VIII għall-Ispeċifikazzjonijiet tal-Kompjuters li għandhom ikunu applikabbli mill-20 ta' Lulju 2007.

    A.   Definizzjonijiet

    1.

    Kompjuter: Desktop, torri jew mini-torri, jew unità li tista' tinġarr, inklużi kompjuters desktop high-end, kompjuters personali, stazzjonijiet tax-xogħol (workstations), kompjuters desktop bin-netwerk, kontrolluri X terminal, u terminals tal-punti ta' bejgħ bl-imnut bbażati fuq il-kompjuter. Biex tikkwalifika, l-unità għandha tkun kapaċi tieħu l-enerġija minn plagg fil-ħajt, iżda dan ma jipprekludix unitajiet li huma kapaċi li jieħdu l-enerġija minn plakka fil-ħajt kif ukoll minn batterija. Din id-definizzjoni hija maħsuba primarjament biex tkopri kompjuters mibjugħa għall-uzu fin-negozji jew fid-dar. Din id-definizzjoni ta' kompjuter ma tinkludix kompjuters mibjugħa jew imqiegħda mod ieħor fis-suq bħala “File Server” jew “Server”.

    2.

    Monitor: Tubu cathode-ray (CRT), wiri fuq panew ċatt (pereżempju wiri permezz ta' kristalli likwidi - LCD) jew mekkaniżmu ieħor ta' wiri u l-elettronika assoċjata miegħu. Il-monitor jista’ jinbiegħ separatament jew ikun integrat fil-qafas tal-kompjuter. Din id-definizzjoni hija maħsuba primarjament biex tkopri monitors standard maħsuba għall-uzu ma' kompjuters. Għall-finijiet ta' din l-ispeċifikazzjoni, madankollu, dan li ġej jista’ jitqies ukoll bħala monitor: mainframe terminals, u unitajiet ta' wiri fiżikament separati.

    3.

    Sistema tal-kompjuger integrata: Sistemi li fihom il-kompjuter u l-monitor għall-wiri viżwali huma kkombinati f’unità waħda. Dawn is-sistemi għandhom jissodisfaw dawn il-kriterji li ġejjin kollha: mhuwiex possibbli li jitkejjel il-konsum ta’ l-enerġija taz-zewġ komponenti separatament; u s-sistema hija konnessa mal-plakka tal-ħajt permezz ta’ wajer wieħed tad-dawl.

    4.

    Inattività: Perjodu ta' zmien li matulu l-kompjuter ma jkunx qiegħed jintuza mill-utent (perezempju, tħaddim tat-tastiera jew ċaqliq tal-maws).

    5.

    Modalità ta’ enerġija baxxa jew “sleep”: L-istat ta' enerġija mnaqqsa li l-kompjuter jidħol fih wara perjodu ta' inattivita.

    6.

    Meta Jerġa’ Jibda Jaħdem: Avveniment ta' l-utent jew ipprogrammat jew avveniment estern jew stimolu li jġiegħel lill-kompjuter li jaqleb mill-modalità ta’ enerġija baxxa/sleep għall-modalità attiva tiegħu ta' operat. Eżempji ta' meta jerġa’ jibda jaħdem jinkludu, iżda m'humiex limitati għal, ċaqliq tal-maws, attività tat-tastiera jew it-tagħfis ta' buttuna fuq il-qafas u, fil-każ ta' avvenimenti esterni, stimolu li jitwassal permezz ta’ telefon, ta’ kontroll mill-bogħod, ta’ netwerk, ta’ modem tal-kejbil, ta’ satellita, eċċ.

    B.   Il-kwalifikazzjoni tal-prodott għall-ENERGY STAR

    1.

    L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi

    (a)

    Kompjuters: Kompjuter li jikkwalifika għall-ENERGY STAR għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin.

    Hemm żewġ linji gwida - A u B – li taħthom il-kompjuter jista’ jiġi kwalifikat bħala konformi ma’ l-ENERGY STAR. Iż-żewġ linji gwida ġew żviluppati biex jipprovdu lill-Parteċipanti fil-Programm bl-għażla li jaffrontaw l-immaniġġar ta' l-enerġija u l-effiċjenza ta' enerġija f'modi differenti.

    It-tipi ta' kompjuters li ġejjin għandhom jikkwalifikaw taħt il-Linja Gwida A.

    Kompjuters li huma konsenjati bil-kapaċità li jkunu fuq netwerks b'tali il-mod li jistgħu jibqgħu fil-modalità ta’ enerġija baxxa/sleep waqt li l-interkonnessjoni tagħhom man-netwerk iżżomm l-abbiltà li twieġeb għad-domandi tan-netwerk.

    Kompjuters li mhumiex konsenjati b'kapaċita ta' interkonnessjoni ma’ netwerk.

    Kompjuters li huma konsenjati għal ambjent fejn ma jitqabbdux ma’ netwerk

    L-EPA tistenna li kompjuters mibjugħa jew imqiegħda mod ieħor fis-suq bħala kompjuters personali jridu jikkwalifikaw biss taħt il-Linja Gwida A.

    Kompjuters li huma konsenjati bil-kapaċità li jkunu fuq netwerks li fil-preżent jeħtieġu li l-proċessur tal-kompjuter u/jew il-memorja jkunu involuti biex iżommu l-konnessjoni man-netwerk tagħhom waqt li jkunu fil-modalità sleep jistgħu jikkwalifikaw taħt il-Linja Gwida B. Kompjuters li jikkwalifikaw taħt il-Linja Gwida B huma mistennija li jżommu funzjonalità identika fuq in-netwerk kemm fil-modalità sleep kif ukoll meta mhux f’dik il-modalità.

    (i)

    Il-Linja Gwida A

    (a)

    Il-kompjuter għandu jidħol fil-modalità sleep wara perjodu ta’ inattività.

    (b)

    Jekk il-kompjuter huwa konsenjat bil-kapaċità li jkun fuq netwerk, huwa għandu jkollu l-abbiltà li jidħol fil-modalità sleep waqt li jkun fuq in-netwerk.

    (ċ)

    Jekk il-kompjuter huwa konsenjat bil-kapaċità li jkun fuq netwerk, huwa għandu jżomm fil-modalità sleep l-abbiltà li jirrispondi għal avveniment biex jerġa’ jibda jaħdem, diretta jew immirata lejn il-kompjuter waqt li jkun fuq in-netwerk. Jekk l-avveniment biex jerġa’ jibda jaħdem jeħtieġ li l-kompjuter joħroġ mill-modalità sleep u jwettaq funzjoni, il-kompjuter għandu jerġa’ jidħol fil-modalità sleep wara perjodu ta' inattività wara t-tlestija tal-funzjoni mitluba. Il-Parteċipant fil-Programm jista' juża kull mezz disponibbli biex jikseb l-imġieba deskritta f'din is-subtaqsima.

    (d)

    Fil-modalità sleep il-kompjuter għandu jikkonsma enerġija skond it-Tabella1.

    Tabella 1

    Rata massima ta' enerġija kontinwa tal-provvista ta' enerġija (1)

    Watts fil-modalità sleep

    ≤ 200 W

    ≤ 15 W

    > 200 W ≤ 300 W

    ≤ 20 W

    > 300 W ≤ 350 W

    ≤ 25 W

    > 350 W ≤ 400 W

    ≤ 30 W

    > 400 W

    10 % tar-rata massima kontinwa ta' konsum

    Kompjuters li dejjem iżommu livell ta' enerġija ta' 15-il watts jew anqas huma konformi mar-rekwiżiti tal-konsum ta' enerġija ta’ din l-Ispeċifikazzjoni, u mhumiex meħtieġa li jinkorporaw il-modalità sleep deskritta fit-Taqsima A.

    (ii)

    Il-Linja Gwida B

    (a)

    Il-kompjuter għandu jidħol fil-modalità sleep wara perjodu ta’ inattività.

    (b)

    Jekk il-kompjuter huwa konsenjat bil-kapaċità li jkun fuq netwerk, huwa għandu jkollu l-abbiltà li jidħol fil-modalità sleep irrispettivament mit-teknoloġija tan-netwerk.

    (ċ)

    Fil-modalità sleep il-kompjuter għandu jżomm l-abbiltà li jirrispondi għat-tipi kollha ta' talbiet min-netwerk. Ma għandu jkun hemm ebda telf fil-funzjonalità tan-netwerk għall-utent (pereżempju, l-funzjonalità tan-netwerk disponibbli lill-utent matul il-modalità sleep għandha tkun l-istess bħal dik disponibbli qabel ma’ l-kompjuter daħal fil-modalità sleep).

    (d)

    Il-kompjuter fil-modalità sleep għandu jikkonsma, mhux aktar minn 15 % tar-rata massima kontinwa ta' enerġija tal-provvista ta' enerġija tiegħu.

    (b)

    Sistemi Integrati tal-Kompjuter: Sistema integrata tal-kompjuter li tikkwalifika għall-ENERGY STAR għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:.

    (i)

    Is-sistema integrata tal-kompjuter għandha tidħol fil-modalità sleep wara perjodu ta' inattività.

    (ii)

    Jekk is-sistema integrata tal-kompjuter hija konsenjata bil-kapaċita li tkun fuq netwerk, għandu jkollha l-abbiltà li tidħol fil-modalità sleep waqt li tkun fuq in-netwerk.

    (iii)

    Jekk is-sistema integrata tal-kompjuter hija konsenjata bil-kapaċità li tkun fuq netwerk, hija għandha żżomm, waqt li tkun fuq il-modalità sleep, l-abbiltà li tirrispondi għal avveniment biex terġa’ tibda taħdem dirett jew immirat lejn il-kompjuter waqt li jkun fuq in-netwerk. Jekk is-sistema biex jerġa’ jaħdem teħtieġ li l-kompjuter joħroġ mil-modalità sleep u jwettaq funzjoni, is-sistema integrata tal-kompjuter għandha terġa’ tidħol fil-modalità sleep wara perjodu ta' inattività wara t-tlestija tal-funzjoni mitluba.

    Il-Parteċipant fil-Programm jista' juża kull mezz disponibbli biex jikseb l-imġieba deskritta f'din is-subtaqsima.

    (iv)

    Sistema integrata tal-kompjuter m’għandhiex tikkonsma aktar minn 35 watts fil-modalità sleep. Sistemi integrati tal-kompjuter li dejjem iżommu livell ta' konsum ta' enerġija daqs jew anqas minn 35 watts huma konformi mar-rekwiżiti tal-konsum ta' enerġija ta' dan il-Ftehim u mhumiex meħtieġa li jinkorporaw il-modalità sleep deskritta fit-Taqsima I.A.

    2.

    Issettjar tal-konsenja: Sabiex jiġi żgurat li l-akbar numru ta' utenti jieħdu vantaġġ mill-istat ta' enerġija baxxa/sleep, il-Parteċipant fil-Programm għandu jibgħat il-kompjuters tiegħu u/jew is-sistemi integrati tal-kompjuter bil-karatteristika ta' l-amministrazzjoni ta' l-enerġija funzjonabbli. Il-ħin li fih għandu jopera għandu jkun issettjat minn qabel għal anqas minn 30 minuta. (L-EPA tirrakkomanda li l-ħin issettjat minn qabel għandu jkun bejn 15 u 30 minuta). L-utent għandu jkun jista’ jibdel l-issettjar tal-ħin jew li jwaqqaf il-modalità sleep/enerġija baxxa.

    3.

    Sistemi ta' operat: L-attivazzjoni xierqa tal-mod tal-kompjuter enerġija baxxa/sleep tipikament tistrieħ fuq l-istallazzjoni u l-użu ta' verżjoni partikolari ta' sistema ta' operat. Jekk kompjuter huwa konsenjat minn Parteċipant fil-Programm b'sistema waħda ta' operat jew aktar, il-kompjuter għandu jkun kapaċi li jidħol u li jirkupra għal kollox mill-modalità ta’ enerġija baxxa/sleep waqt li jkun qed jaħdem f’għallinqas waħda minn dawk is-sistemi ta' operat. Jekk il-kompjuter mhuwiex konsenjat b’softwer ta' sistema ta' operat, il-Parteċipant fil-Programm għandu jispeċifika b'mod ċar liema mekkaniżmu jagħmel il-kompjuter konformi ma’ l-ENERGY STAR. Ukoll, jekk xi softwer speċjali, hardware drivers, jew utilitajiet huma meħtieġa għall-attivazzjoni xierqa u u r-ritorn tal-modalità sleep, dawn għandhom ikunu stallati fil-kompjuter. Il-Parteċipant fil-Programm għandu jinkludi din l-informazzjoni fil-letteratura tal-prodott (pereżempju, il-manwal ta’ l-utent jew il-paġni tad-data) u/jew fuq il-websajt tiegħu ta' l-Internet. Il-kliem tal-fuljetti u r-reklami għandhom ikunu b'tali mod li jiġu evitati dikjarazzjonijiet li jqarrqu.

    4.

    Kontroll tal-Monitor: Il-kompjuter għandu jinkludi mekkaniżmu jew aktar minn mekkaniżmu wieħed li permezz tiegħu jkun jista’ jattiva l-modi ta' enerġija baxxa ta' monitor li jikkwalifika għall-ENERGY STAR. Il-Parteċipant fil-Programm għandu jispeċifika b'mod ċar fil-letteratura tal-prodott il-mod li bih il-kompjuter tiegħu jista’ jikkontrolla l-monitors li jikkwalifikaw għall-ENERGY STAR, u kwalunkwe ċirkostanzi speċjali li għandhom jeżistu sabiex jitwettaq l-immaniġġar ta' l-enerġija tal-monitor. Il-Parteċipant fil-Programm għandu jissettja l-kompjuter biex jattiva għall-ewwel darba l-enerġija baxxa tal-monitor jew il-modalità sleep fi żmien 30 minuta ta' inattività ta' l-utent. Il-Parteċipant fil-Programm għandu wkoll jissettja l-ħin għal-livell li jmiss ta' l-imaniġġar ta' l-enerġija b'dak il-mod li l-monitor jidħol fit-tieni modalità ta’ enerġija baxxa jew “Deep sleep” fi żmien 60 minuta ta' inattività. It-total magħdud tal-ħinijiet għaż-żewġ modi ta' enerġija baxxa m’għandux jeċċedi s-sittin minuta. Il-Parteċipant fil-Programm jista’ jagħżel li jissetta l-kompjuter biex jattiva l-monitor sabiex jidħol fit-tieni modalità ta’ enerġija baxxa jew Deep sleep direttament fi ħdan 30 minuta ta' inattività.

    L-utent għandu jkun jista’ jbiddel l-issettjar tal-ħin jew iwaqqaf il-modi ta' enerġija baxxa għall-kontroll tal-monitor. Din il-ħtieġa għall-kontroll tal-monitors ma tgħoddx għal sistemi integrati ta' kompjuter. Iżda, sistemi integrati ta' kompjuter li huma mqiegħda fis-suq u mibjugħa bħala parti minn sistema ta' docking għandu jkollhom il-kapaċità li jikkontrollaw awtomatikament l-enerġija ta' monitor konness esternament.

    Ċ.   Il-Linji Gwida għat-Test tal-Kompjuters li jikkwalifikaw għall-ENERGY STAR

    1.

    Kundizzjonijiet tat-Test: Hawn taħt jinsabu l-kondizzjonijiet ambjentali tat-test li għandhom jiġu stabbiliti meta jitwettaq il-kejl ta' l-enerġija. Dawn huma meħtieġa biex jiġi żgurat li fatturi barranin ma jaffettwawx ir-riżultati tat-test, u li r-riżultati tat-test ikun jistgħu jiġu riprodotti aktar tard.

    Impedenza tal-linja: < 0,25 ohm

    Distorsjoni armonika totali: < 5 %

    Vultaġġ:

    Vultaġġ tad-dħul AC (2): 115 VAC RMS +/- 5 V RMS

    Frekwenza tad-dħul AC (3):

    Temperatura Ambjentali: Temperatura Ambjentali: 25 grad C +/- 3 grad C

    2.

    Apparat ta’ l-Ittestjar: Ir-riżultat finali mixtieq hu li jitkejjel eżattament il-konsum VERU ta' enerġija (4) tal-mekkaniżmu jew monitor. Dan jirrikjedi l-użu ta' watt-miter RMS veru. Hemm ħafna watt-miters mnejn wieħed jagħżel, iżda l-manifatturi jridu joqogħdu attenti fl-għażla tal-mudell xieraq. Il-fatturi li ġejjin għandhom ikunu kkunsidrati meta wieħed jixtri miter u biex jiġi ppreparat it-test attwali.

    Fattur Crest:

    Verżjoni ta' qabel tal-proċedura ta' l-ittestjar ta' l-ENERGY STAR kienet tinkludi l-ħtieġa li l-manifatturi jutilizzaw watt-miter b'fattur crest akbar minn 8. Kif ġibdu l-attenzjoni diversi Parteċipanti fil-Programm, dan ma kienx rekwiżit utli jew relevanti. Il-paragrafi li ġejjin huma maħsuba biex jiddiskutu l-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-fattur crest u biex jiċċaraw l-intenzjoni tad-dikjarazzjoni inizjalment skorretta. Sfortunatament, sabiex jiġi rimedjat l-iżball, il-programm ENERGY STAR ma jistax jipprovdi l-ħtieġa ta' apparat speċifiku. L-ittestjar huwa arti daqs kemm huwa xjenza, u l-manifatturi u dawk li jittestjaw għandhom jeżerċitaw il-ġudizzju tagħhom u jużaw nies li huma kapaċi sew fil-kwistjonijiet ta' l-ittestjar, biex jagħżlu l-miter adattat.

    Image

    To begin, it is important to understanding that devices which contain switching power supplies draw current in a waveform different from typical sinusoidal current (5). Figure 1 shows the typical current waveform for a typical switched electronic device. Filwaqt li kważi kull watt-miter jista’ jkejjel forma ta' mewġa standard ta' kurrent, huwa aktar diffiċili li tagħżel watt-miter meta kurrent f'forom ta' mewġ irregolari jkun involut.

    Huwa kritiku li l-watt-miter magħżul ikun kapaċi li jaqra kurrent miġbud minn mekkaniżmu mingħajr ma joħloq tgħawwiġ intern fil-quċċata (jiġifieri jaqta’ l-quċċata tal-mewġa tal-kurrent.) Dan jeħtieġ reviżjoni tal-fattur crest tal-miter (6), u l-firxiet ta' kurrent disponibbli fuq il-miter. Miters aħjar ikollhom fatturi crest għola u aktar għażliet ta' firxiet tal-kurrent.

    Meta tipprepara t-test, l-ewwel pass huwa li tistabbilixxi l-quċċata tal-kurrent (amps) assoċjata mal-mekkaniżmu li jkun qed jitkejjel. Dan jista’ jitwettaq bl-uzu ta' ossilloskopju. Imbagħad għandha tingħażel firxa ta' kurrent li tippermetti lill-miter jirreġistra l-quċċata tal-kurrent. Speċifikament il-valur sħiħ ta' l-iskala tal-firxa tal-kurrent magħżula moltiplikata bil-fattur crest tal-miter (għall-kurrent) għandu jkun għola mill-qari tal-quċċata tal-kurrent mill-ossilloskopju. Pereżempju, jekk il-watt-miter ikollu fattur crest ta' 4, u l-firxa tal-kurrent tiġi ssettjata fi 3 amps, il-miter jista’ jirreġistra spikes sa 12-il amp. Jekk il-quċċata mkejla tal-kurrent tkun biss 6 amps, il-miter għandu jkun sodisfaċenti. It-tħassib l-ieħor li wieħed għandu jkun konxju minnu huwa li jekk il-firxa tal-kurrent tiġi ssettjata għolja wisq sabiex tirreġistra quċċata tal-kurrent, din tista’ titlef l-eżattezza fil-kejl tal-kurrent mhux fil-quċċata. Għalhekk, huwa meħtieġ xi bilanċjar delikat. Għal darb’oħra, b'aktar għażliet ta' firxa ta' kurrent u fatturi crest għola jkollok riżultati aħjar.

    Reazzjoni għall-frekwenza:

    Kwistjoni oħra li għandek tikkonsidra meta tagħżel watt-miter hija rata tar-reazzjoni għall-frekwenza tal-miter. Apparat elettroniku li fih provvisti ta' enerġija bis-swiċċ joħloq armonika (armonika bil-fart tipikament sal-21 post). Din l-armonika għandu jingħata kont tagħha fil-kejl ta' l-enerġija nkella l-konsum ta' watts ma jkunx ezatt. Għalhekk, il-programm ENERGY STAR jirrakkomanda lill-manifatturi jixtru watt-miters li għandhom reazzjoni għall-frekwenza ta' l-anqas ta' 3 kHz. Dan jagħti kont għall-armonika sal-50 post u huwa rakkomandat mill-IEC 555.

    Rizoluzzjoni:

    Probabbilment il-manifatturi jkunu jridu miter li jista’ jipprovdi riżoluzzjoni ta' 0.1 W.

    Eżattezza:

    Fattur ieħor li wieħed għandu jikkonsidra huwa l-ezattezza li tirrizulta li inti tkun kapaċi tikseb. Il-katalogi u l-folji ta' speċifikazzjoni għall-watt-miters tipikament jipprovdu informazzjoni dwar l-eżattezza tal-qari ta' l-enerġija li tista’ tinkiseb f'firxiet differenti ta' ssettjar. Jekk tkun qed tkejjel prodott li huwa viċin ħafna għall-konsum massimu ta' enerġija għall-mod li jkun qed jiġi ttestjat, ikollok bzonn li tistabbilixxi test li jipprovdi ezattezza akbar.

    Kalibrazzjoni:

    Il-watt-miters għandhom ikunu kalibrati kull sena biex iżommu l-eżattezza tagħhom..

    3.

    Metodu tat-test: Il-manifatturi għandhom ikejlu l-konsum medju ta' enerġija tal-mekkanizmi meta jkunu fil-modi mitfija jew ta' enerġija baxxa. Dan għandu jsir billi jitkejjel il-konsum ta' enerġija matul perjodu ta' siegħa. Il-konsum ta' enerġija li jirrizulta jista’ jiġi diviz b'siegħa biex tiġi kkalkolata l-medja ta' watts.

    Kejl ta' l-enerġija għall-modi ta' ffrankar ta' enerġija: Dan it-test għandu jitwettaq għal kull wieħed mill-modi ta' ffrankar ta' enerġija (pereżempju, enerġija baxxa, mitfi, stand-by, rqad) applikabbli għal mekkaniżmu partikolari għall-kwalifikazzjoni ENERGY STAR. Qabel ma jibda dan it-test, il-magna għandha tkun ġiet ipplaggjata f'linja ħajja ta' enerġija iżda mitfija u stabbilizzata f'kondizzjonijiet ambjentali tal-kamra għal ta' l-anqas 12-il siegħa. Watt-miter adattat għandu jkun f'linja mal-magna, lest biex jagħti indikazzjoni eżatta tal-konsum ta' enerġija tal-magna mingħajr tfixkil tas-sors ta' enerġija. Dan il-kejl jista’ jsir sekwenzjalment mal-kejl ta' enerġija fil-Modalità Mitfija; iż-żewġ testijiet flimkien ma għandhomx jieħdu aktar minn 14-il siegħa biex jitwettqu, inkluż il-ħin meħtieġ għall-magna biex tiġi pplaggjata u mitfija.

    Ixgħel il-mekkaniżmu, u ħallieh għaddej miċ-ċiklu biex jisħon. Wara li l-ħin default għall-modalità ta' ffrankar ta' enerġija jkun għadda, aqra u rrekordja l-indikazzjoni tal-miter tal-watts fis-siegħa u l-ħin (jew ibda l-istopwatch jew it-tajmer). Wara siegħa, erġa’ aqra u rrekordja l-indikazzjoni ta' watts fis-siegħa. Id-differenza bejn iż-żewġ qari tal-miter ta' watts fis-siegħa hija l-użu ta' enerġija tal-mod f'enerġija baxxa; iddividi b'siegħa biex tikseb il-medja tar-rata ta' l-enerġija.

    II.   L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-MONITOR TAL-KOMPJUTER

    A.   Definizzjonijiet

    1.

    Il-Monitor tal-Kompjuter (li wkoll issir referenza għalih bħala “Monitor”): Prodott elettroniku, disponibbli kummerċjalment, bi skrin tal-wirja u l-elettroniċi assoċjati miegħu, magħluqa f’kaxxa waħda li tista’ turi informazzjoni prodotta minn kompjuter permezz ta’ input jew inputs, bħal VGA, DVI, u/jew IEEE 1394. Il-monitor normalment jiddependi fuq tubu cathode-ray (CRT), wiri bil-kristalli likwidi (LCD), jew tagħmir ieħor tal-wirja. Din id-definizzjoni hija maħsuba primarjament biex tkopri monitors standard maħsuba għall-uzu ma' kompjuters. Biex jikkwalifika, il-monitor tal-kompjuter għandu jkollu daqs djagonali ta’ l-iskrin li jista’ jidher ta’ akbar minn 12-il pulzier u għandu jkun jista’ jieħu l-enerġija minn plagg ta’ mal-ħajt ta’ l-AC separata jew unità tal-batterija li tinbiegħ b’adattur ta’ l-AC. Il-monitors tal-kompjuter li għandhom tuner/receiver jistgħu jikkwalifikaw bħala ENERGY STAR taħt din l-ispeċifikazzjoni kemm-il darba jitqiegħdu fis-suq u jinbiegħu lill-konsumaturi bħala monitors tal-kompjuter (jiġifieri l-enfasi tkun fuq il-monitor tal-kompjuter bħala l-funzjoni ewlenija) jew bħala monitors tal-kompjuter u televixins b’funzjoni doppja. Iżda, il-prodotti li għandhom kapaċità ta’ tuner/receiver u ta’ kompjuter li jitqiegħdu fis-suq u jinbiegħu bħala televixins mhumiex inklużi f’din l-ispeċifikazzjoni.

    2.

    Modalità Mixgħula/Enerġija Attiva: Il-prodott huwa konness ma’ sors ta’ l-enerġija u jipproduċi immaġini. Ir-rekwiżit ta’ l-enerġija f’din il-modalità huwa tipikament akbar mir-rekwiżit ta’ l-enerġija fil-modalitajiet Sleep u Mitfi.

    3.

    Il-Modalità Sleep / Enerġija Baxxa: L-istat ta’ enerġija mnaqqsa li jidħol fih il-monitor tal-kompjuter wara li jirċievi istruzzjonijiet minn kompjuter jew minn funzjonijiet oħrajn. Skrin vojt u tnaqqis fil-konsum ta’ l-enerġija jikkaratterizzaw din il-modalità. Il-monitor tal-kompjuter imur lura għall-Modalità Mixgħula bil-kapaċità sħiħa ta’ rendiment meta jissensja talba minn utent/kompjuter (eż., l-utent iċaqlaq il-maws jew jagħfas buttuna fuq it-tastiera).

    4.

    Il-Modalità Mitfija/Enerġija Standby: Il-modalità bil-konsum l-aktar baxx ta’ l-enerġija li ma tistax tkun mitfija (influwenzata) mill-utent u li tista’ tippersisti għal ħin indefinit meta monitor tal-kompjuter huwa konness mal-provvista ewlenija ta’ l-enerġija u wżat skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Għall-għanijiet ta’ din l-ispeċifikazzjoni, il-Modalità Mitfija hija definita bħala l-istat ta’ l-enerġija meta l-prodott huwa konness ma’ sors ta’ l-enerġija, ma jipproduċix immaġini, u qed jistenna li jinxtegħel għall-Modalità Mixgħula permezz ta’ sinjal dirett minn utent/kompjuter (eż., l-utent jagħfas il-buttuna li tixgħel) (7).

    5.

    Il-Modalità Mitfija manwalment (Hard Off): Kondizzjoni meta l-prodott għadu pplaggjat fil-mejn, iżda ġie maqlugħ minn sors ta’ l-enerġija esterna. Din il-modalità normalment tiġi attivata mill-konsumatur permezz ta’ interruttur manwali ta’ l-enerġija (hard off switch). Meta jkun f’din il-modalità, il-prodott ma jiħux enerġija u normalment meta jitkejjel bil-miter juri 0 watts.

    6.

    Skonnettjat: Il-prodott ġie splaggjat mill-mejn u għalhekk ma huwa konness ma ebda sors estern ta’ l-enerġija.

    B.   Il-Prodotti li Jikkwalifikaw

    Sabiex jikkwalifika bħala ENERGY STAR, mudell ta’ monitor tal-kompjuter għandu jilħaq id-definizzzjoni fit-Taqsima A, u r-rekwiżiti ta’ l-ispeċifikazzjoni provduti fit-Taqsima II. C, hawn taħt. Kif huwa spjegat fit-Taqsima II.A.1, din l-ispeċifikazzjoni ma tkoprix prodotti bil-kapaċità ta’ kompjuter li huma mqiegħda fis-suq u mibjugħa bħala televixins.

    Ċ.   L-Ispeċifikazzjonijiet dwar l-uzu effiċjenti ta’ l-enerġija għall-Prodotti li Jikkwalifikaw

    Huma biss dawk il-prodotti elenkati fit-Taqsima II. B li jilħqu dawn il-kriterji li ġejjin, li jistgħu jikkwalifikaw bħala ENERGY STAR.

    Mudelli bi Skrin Wiesa’: il-mudelli bi Skrin Wiesa’ (eż., 16:9, 15:9, eċċc.) huma eliġibbli biex jiksbu l-ENERGY STAR, kemm-il darba jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ l-użu effiċjenti ta’ l-enerġija f’dawn l-ispeċifikazzjonijiet. M’hemmx speċifikazzjonijiet separati għall-mudelli bi skrin wiesa’ u għalhekk, għandhom jissodisfaw it-Taqsimiet II.C.1 u II.C.2, hawn taħt:

    1.

    Modalità Mixgħula/Enerġija Attiva: Biex jikkwalifikaw bħala ENERGY STAR, il-mudelli tal-monitor tal-kompjuter m’għandhomx jeċċedu din l-ekwazzjoni għall-konsum massimu attiv ta’ l-enerġija: Jekk X < 1 megapixel, allura Y = 23; Jekk X > 1 megapixel, allura Y = 28X. Y hija espressa f’watts u miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ u X huwa n-numru ta’ megapixels f’forma deċimali (eż., 1,920,000 pixels = 1.92 megapixels). Pereżempju, il-konsum massimu ta’ l-enerġija għal monitor tal-kompjuter li għandu riżoluzzjoni ta’ 1 024 × 768 (jew.78 megapixels) ikun Y = 23 watts u għal monitor tal-kompjuter li għandu riżoluzzjoni ta’ 1 600 × 1 200 ikun 28(1.92) = 53.76 jew 54 meta mnaqqas jew miżjud għall-eqreb numru.

    Biex monitor tal-kompjuter jikkwalifika bħala ENERGY STAR, għandu jkun ittestjat skond il-protokoll deskritt fit-Taqsima II. D, Il-Metodoloġija tat-Test.

    2.

    Il-Modalitajiet Sleep u Mitfi

    (a)

    Il-livelli tal-konsum massimu ta’ l-enerġija għall-modalitajiet Sleep u Mitfi huma provduti fit-Tabella 2 hawn taħt. Il-monitors tal-kompjuter li jistgħu jkollhom aktar minn Modalità waħda Sleep (jiġifieri Sleep u Deep Sleep) għandhom jissodisfaw ir-rekwiżit tal-Modalità Sleep hawn taħt f’dawn il-modalitajiet kollha. Pereżempju, monitor tal-kompjuter ittestjat b’4 watts f’Sleep u f’2 watts f’Deep Sleep ma jikkwalifikax għaliex wieħed mill-Modalitajiet Sleep jeċċedi ż-2 watts.

    (b)

    L-Eċċezzjoni tal-Modalità Sleep: Il-monitors tal-kompjuter li għandhom il-kapaċità jipproċedu awtomatikament mill-Modalità Mixgħula/Enerġija Attiva għal Modalità Mitfija/Enerġija Standby ta’ 1 jew inqas iħarsu dawn ir-rekwiżiti tal-konsum ta’ l-enerġija. Il-Modalità Mitfija/Enerġija Standby tal-monitor tal-kompjuter għandhom ikunu attivi fi żmien 30 minuta mill-inattività ta’ l-utent jew kif definit mod ieħor fil-verżjonijiet futuri ta’ l-Ispeċifikazzjonijiet għall-Kompjuter. Meta terġa’ tibda l-attività ta’ l-utent, (eż l-utent iċaqlaq il-maws jew jagħfas buttuna fuq it-tastiera), il-monitor tal-kompjuter għandu jmur lura għall-kapaċità sħiħa ta’ l-operat. Fi kliem ieħor, il-Modalità Sleep mhijiex meħtieġa jekk il-monitor tal-kompjuter jista’ jipproċedi mill-Modalità Mixgħula/Enerġija Attiva għal Modalità Mitfija/Enerġija Standby u jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-ENERGY STAR fil-Modalità Mitfija/Enerġija Standby.

    Tabella 2:

    L-użu effiċjenti tal-kriterji ta’ l-enerġija għall-modalitajiet Sleep u Mitfi

    Il-Modalità Sleep

    ≤ 2 watts

    Il-Modalità Mitfija

    ≤ 1 watt

    (ċ)

    Il-faċilitazzjoni tal-Modalità Sleep: L-iffrankar ta’ l-enerġija mill-Modalità Sleep tal-monitor tal-kompjuter jista’ jinkiseb biss jekk din il-modalità li tiffranka l-enerġija tiġi attivata. Il-ħinijiet ta’ l-iffaċilitar u ta’ default jitmexxew mill-kompjuter; fejn possibbli (eż., fejn il-manifattur tal-monitor għandu relazzjoni kummerċjali ma’ manifatturi speċifiċi tal-kompjuters, jew fejn il-manifattur tal-monitor ibiegħ ukoll il-prodotti tal-kompjuter jew prodotti f’pakkett tiegħu stess), il-manifattur tal-monitor għandu jiżgura li l-monitors tal-kompjuter li huma kwalifikati bħala ENERGY STAR għandhom il-Modalità Sleep iffaċilitata meta jiġu konsenjati lill-klijenti. Ukoll, il-kompjuter għandu jixgħel il-Modalità Sleep tal-monitor tal-kompjuter fi żmien 30 minuta ta’ inattività ta’ l-utent jew kif definit mod ieħor. Jekk xi monitor tal-kompjuter għandu l-kapaċità jipproċedu awtomatikament mill-Modalità Mixgħula/Enerġija Attiva għall-Modalità Mitfija/Enerġija Standby, allura, b’mod li huwa konsistenti mar-rekwiżiti tal-Modalità Sleep, il-Modalità Mitfija/Enerġija Standby tal-monitor tal-kompjuter għandha tkun attivata fi żmien 30 minuta ta’ inattività ta’ l-utent jew kif definit mod ieħor.

    D.   Il-Metodoloġija tat-Test

    L-Issettjar, il-Metodoloġija u d-Dokumentazzjoni ta’ l-Ittestjar tal-Prodott: Il-metodi ta’ l-ittestjar u tal-kejl hawn taħt jagħmlu riferenza għal speċifikazzjonijiet ippubblikati mill-Video Electronics Standards Association (VESA) [l-Għaqda ta’ l-Istandards ta’ l-Elettronika tal-Vidjo], il-Kumitat tal-Metroloġija tal-Wiri u l-International ElectroTechnical Commission (IEC) [Il-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali], u jissupplimentaw dawk il-linji gwida fejn meħtieġ b’metodi żviluppati b’kooperazzjoni ma’ l-industrija tal-monitors tal-kompjuter.

    Il-manifatturi huma meħtieġa jwettqu testijiet u jiċċertifikaw huma stess dawk il-mudelli tal-prodotti li jissodisfaw il-linji gwida ta’ l-ENERGY STAR. Il-familji tal-mudelli tal-monitors tal-kompjuter li huma mibnija fuq l-istess qafas u huma identiċi f’kull aspett ħlief il-kaxxa u l-kulur jistgħu jkunu kwalifikati permezz ta’ sottomissjoni tad-data tat-test għal mudell wieħed rappreżentattiv. Bl-istess mod, il-mudelli li għadhom l-istess jew li huma differenti biss fil-finish minn dawk mibjugħa fis-sena ta’ qabel jistgħu jibqgħu kwalifikati mingħajr is-sottomissjoni ta’ data tat-test ġdida, jekk l-ispeċifikazzjoni tibqa’ l-istess.

    Ir-rekwiżit ta’ l-enerġija għandu jkun imkejjel mill-plagg jew mis-sors ta’ l-enerġija tal-prodott li qed jiġi ttestjat. Il-konsum reali medju tal-monitor tal-kompjuter għandu jitkejjel waqt il-Modalità Mixgħula/Enerġija Attiva, il-Modalità Sleep / Enerġija Baxxa, u l-Modalità Mitfija/Enerġija Standby. Meta jsir il-kejl għaċ-ċertifikazzjoni proprja ta’ mudell ta’ prodott, il-prodott li qed jiġi ttestjat għandu għall-ewwel ikun fl-istess kondizzjoni (eż., konfigurazzjoni u settings) bħal meta jkun konsenjat lill-klijent, kemm-il darba ma jridux isiru aġġustamenti skond l-istruzzjonijiet hawn taħt.

    Biex ikun zgurat mezz konsistenti biex jitkejjel il-konsum ta’ l-enerġija tal-prodotti elettroniċi, għandu jkun segwit dan il-protokoll li ġej, li għandu tliet komponenti ewlenin:

    L-Issettjar u l-Kondizzjonijiet ta’ l-Ittestjar tal-Prodott: Fit-Taqsimiet 1(a) sa (h) hawn taħt, hemm deskritt fil-qosor il-kondizzjonijiet ta’ l-ambjent tat-test u l-protokolli tal-kejl li għandhom ikunu rispettati meta jsiru l-kejl ta’ l-enerġija.

    Il-Metodoloġija ta’ l-Ittestjar tal-Prodott: Il-passi attwali tat-test biex titkejjel l-enerġija waqt il-Modalità Mixgħula/Enerġija Attiva, il-Modalità Sleep / Enerġija Baxxa, u l-Modalità Mitfija/Enerġija Standby huma provduti fit-Taqsima 2(a), hawn taħt.

    Id-Dokumentazzjoni ta’ l-Ittestjar tal-Prodott: Ir-rekwiżiti tad-dokumentazzjoni għall-preżentazzjoni tad-data tal-prodott ikkwalifikat jinsabu fid-dettall fit-Taqsima 3, hawn taħt.

    Dan il-protokoll jizgura li l-fatturi barranin ma jaffettwawx b’mod avvers ir-rizultati tat-test u jistgħu jkunu riprodotti b’mod konsistenti. Il-manifatturi jistgħu jagħzlu li juzaw laboratorju intern jew wieħed indipendenti biex jipprovdi r-rizultati tat-test.

    1.

    L-Issettjar u l-Kondizzjonijiet ta’ l-Ittestjar tal-Prodott

    (a)

    Kundizzjonijiet tat-Test: Il-Kriterji Ġenerali

    Il-Vultaġġ tal-Provvista (8):

    L-Ewropa:

    230 (±1 %) Volts AC, 50 Hz (±1 %)

    L-Amerka ta’ Fuq:

    115 (±1 %) Volts AC, 60 Hz (±1 %)

    L-Awstralja/New Zealand:

    230 (±1 %) Volts AC, 50 Hz (±1 %)

    Ġappun:

    100 (±1 %) Volts AC, 50 Hz (±1 %)/60 Hz (±1 %)

    Id-Distorsjoni Armonika Totali (Vultaġġ):

    < 2 % THD

    Temperatura Ambjentali:

    20 °C ±5 °C

    Umdità Relattiva:

    30 – 80 %

    Impedenza tal-linja:

    < 0,25 ohm

    (Referenza IEC 62301: Tagħmir Elettriku tad-Dar – Kejl ta’ l-Enerġija Standby, it-Taqsimiet 3.2, 3.3 u l-Kejl tal-Panel Ċatt tal-Wiri tal-VESA (FPDM - Flat Panel Display Measurements) Standard 2.0, it-Taqsima 301-2)

    (b)

    Il-Kondizzjonijiet tal-Kamra Mudlama: Meta jsir il-kejl tad-dawl, il-monitor tal-kompjuter għandu jitqiegħed f’kondizzjonijiet ta’ kamra mudlama. Il-kejl ta’ l-illuminanza ta’ l-iskrin tal-monitor tal-kompjuter (E), meta fil-Modalità Mitfija/Enerġija Standby, għandu jkun 1.0 Lux jew inqas. Il-kejl għandu jsir f’punt li huwa perpendikolari għaċ-ċentru ta’ l-iskrin bl-użu ta’ Tagħmir tal-Kejl tad-Dawl (LMD - Light Measuring Device) bil-monitor tal-kompjuter fil-Modalità Mitfija/Enerġija Standby (Referenza VESA FPDM Standard 2.0, it-Taqsima 301-2F).

    (ċ)

    Il-Kontrolli tal-Kulur u t-Tagħmir Periferali: Il-kontrolli kollha tal-kulur (lewn, saturazzjoni, gamma, eċċ), għandhom jitqiegħdu fid-default settings tal-fabbrika. L-ebda tagħmir estern ma għandu jkun konness ma’ kwalunkwe hub jew port tal-Universal Serial Bus (USB) inklużi. Kwalunkwe speaker mibni fuq ġewwa, TV tuners, eċċ jista’ jitqiegħed fil-konfigurazzjoni ta’ l-enerġija minima, kif aġġustabbli mill-utent, biex ikun minimizzat l-użu ta’ l-enerġija mhux assoċjat mal-wiri stess. It-tneħħija taċ-ċirkwitu jew kwalunkwe azzjoni oħra mhux taħt il-kontroll ta’ l-utent ma jistax jittieħed li jimminimizza l-uzu ta’ l-enerġija.

    (d)

    Il-Kondizzjonijiet tat-test tal-Kejl ta’ l-Enerġija: Il-format tal-pixel tas-CRT għandu jkun issettjat fil-format tal-pixel preferut bl-ogħla riżoluzzjoni li hija maħsuba li titħaddem f’rata ta’ riffriskar ta’ 75 Hz. Għandha tintuża VESA Discrete Monitor Timing (DMT) jew format tal-pixel standard ta’ l-industrija aktar ġdida għat-test. Il-monitor tas-CRT għandu jkun jista’ jilħaq l-ispeċifikazzjonijiet kollha tal-kwalità ddikjarati mill-manifattur fil-formt ittestjat. Għall-LCDs u teknoloġiji oħrajn bil-pixels iffissati, il-format tal-pixel għandu jkun issettjat għal-livell lokali. Ir-rata tar-riffriskar ta’ l-LCD għandha tkun issettjata għal 60 Hz, kemm-il darba ma tkunx speċifikament rakkomandata rata tar-riffriskar differenti mill-manifattur, f’liema każ għandha tintuża dik ir-rata.

    (e)

    Il-Protokolli tal-Kejl ta’ l-Enerġija: Il-konsum ta’ l-enerġija minn monitor tal-kompjuter għandu jitkejjel f’watts b’tendenza tat-test proposta. Il-ħin biex jisħon għandu jkun minimu ta’ perjodu ta’ 20 minuta (Referenza l-Istandard tal-VESA FPDM 2.0, it-Taqsima 301-2D jew 305-3 għat-test biex jisħon). Għandu jintuża miter ta’ l-enerġija ta’ l-RMS b’fattur crest ta’ mhux inqas minn ħamsa biex jitkejjel l-użu ta’ l-enerġija għal kull unità magħżula għall-għarrieda f’waħda jew aktar, skond kif xieraq, tal-kombinazzjonijiet tal-vultaġġ/frekwenza provduti fit-Taqsima II.D.1(a) (l-Istandard ta’ Referenza tal-VESA: L-Ispeċifikazzjonijiet tal-Wiri u l-Proċeduri tal-Kejl, Verzjoni 1.0, Revizjoni 1.0, it-Taqsima 8.1.3). Il-kejl għandu jittieħed wara li l-valur tal-watts ikun stabbli f’perjodu ta’ tliet minuti. Il-kejl jitqies stabbli jekk il-qari tal-watts ma jvarjax aktar minn 1 % fil-perjodu ta’ tliet minuti (Referenza ta’ l-IEC 4.3.1). (Il-manifatturi għandhom jinjoraw iċ-ċiklu tal-verifika tas-sinkronizzazzjoni tas-sinjal tad-dħul meta jkejlu l-mudell fil-Modalità Sleep/Enerġija Baxxa u l-Modalità Mitfija/Enerġija Standby.) Il-manifatturi għandhom juzaw tagħmir tal-kejl ikkalibrat li huwa kapaċi għal kejl li huwa preċiz sa wieħed minn għaxra ta’ watt jew aħjar.

    Fuq bażi tan-Norma Ewropea 50301 (Referenza BSI 03-2001, BS EN 50301:2001, Metodi tal-Kejl għall-Konsum ta’ l-Enerġija għal-Tagħmir awdjo, Vidjo u apparat relatat, l-Anness A), l-EPA stabbiliet proċedura tat-test li biha n-numru ta’ unitajiet meħtieġa għat-test jiddependi fuq ir-riżultati tat-test għall-ewwel unità. Għall-għanijiet ta’ l-ENERGY STAR, jekk monitor tal-kompjuter ittestjat juża għall-inqas 15 % inqas enerġija (jiġifieri inqas minn jew daqs 15 %) mill-ispeċifikazzjoni ta’ l-ENERGY STAR fit-tliet modalitajiet ta’ l-operat (fil-Modalità Mixgħula/Enerġija Attiva, fil-Modalità Sleep/Enerġija Baxxa u fil-Modalità Mitfija/Enerġija Standby), allura għandu għal fejn jiġi ttestjat darba biss. Iżda, jekk monitor tal-kompjuter ittestjat huwa sa 15 % (jiġifieri inqas minn 15 %) ta’ l-ispeċifikazzjoni ta’ l-ENERGY STAR f’kwalunkwe mit-tliet modalitajiet ta’ l-operat, allura żewġ unitajiet jew aktar għandhom bżonn jiġu ttestjati. L-ebda wieħed mill-valuri tat-test ma jista’ jeċċedi l-ispeċifikazzjoni ta’ l-ENERGY STAR biex il-mudell jikkwalifika bħala ENERGY STAR. Ir-riżultati kollha tat-test flimkien mal-valuri medji (fuq bażi tat-tliet punti jew aktar tad-data) għandhom ikunu rrapportati fuq formola ta’ Informazzjoni dwar il-Prodott li jikkwalifika bħala ENERGY STAR (QPI - Qualifying Product Information).

    Dan l-eżempju li ġej ikompli jispjega dan l-approċċ:

    (f)

    Id-disinni u l-Proċeduri ta’ l-Ittestjar tal-Luminanza: Għall-monitors tas-CRT, it-tekniku għandu jibda d-disinn ta’ l-AT01P (Alignment Target 01 Positive Mode) disinn (VESA FPDM Standard 2.0, A112-2F, AT01P) għad-daqs ta’ l-iskrin u jużaha biex jissettja l-monitor tal-kompjuter għad-daqs ta’ l-immaġini rrakkomandat mill-manifattur, li huwa tipikament ftit inqas mid-daqs massimu li jidher ta’ l-iskrin. Then, test pattern (VESA FPDM Standard 2.0, A112-2F, SET01K) shall be displayed that provides eight shades of gray from full black (0 volts) to full white (0,7 volts) (9). Input signal levels shall conform to VESA Video Signal Standard (VSIS), Version 1.0, Rev. 2.0, December 2002. The technician shall adjust (where feasible) the computer monitor brightness control downward from its maximum until the lowest black bar luminance level is just slightly visible (VESA FPDM Standard 2.0, Section 301-3K). Imbagħad it-tekniku għandu juri disinn tat-test (l-Istandard VESA FPDM 2.0, A112-2H, L80) li jipprovdi kaxxa bajda (0,7 volts) li tokkupa 80 % ta’ l-immaġini. Imbagħad it-tekniku għandu jaġġusta l-kontroll tal-kuntrast sakemm il-parti bajda ta’ l-iskrin tipprovdi 100 kandela għal kull metru kwadru ta’ luminanza, imkejla skond l-Istandard VESA FPDM Standard 2.0, Taqsima 302-1.

    Għal wiri kollu bil-Pixels Iffissati (eż., LCDs u oħrajn), għandu jintwera d-disinn tat-test (l-Istandard VESA FPDM 2.0, A112-2F, SET01K) li jipprovdi tmien ilwien ta’ griż minn iswed (0 volts) sa abjad (0,7 volts). Il-livelli tas-sinjal ta’ l-input għandhom ikunu konformi ma’ l-Istandard tas-Sinjal tal-Vidjo tal-VESA (VSIS), Verżjoni 1.0, Rev. 2.0, Diċembru 2002. Bil-kontrolli tal-luminożità u tal-kuntrast fuq massimu, it-tekniku għandu jivverifika li, bħala minimu il-livelli ta’ l-abjad u tal-griż qrib l-abjad jistgħu jkunu distinti. Jekk il-livelli ta’ l-abjad u tal-griz qrib l-abjad ma jistgħux ikunu distinti, allura l-kuntrast għandu jkun aġġustat sakemm jistgħu jkunu distinti. Imbagħad it-tekniku għandu juri disinn tat-test (l-Istandard VESA FPDM 2.0, A112-2H, L80) li jipprovdi kaxxa bajda (0,7 volts) li tokkupa 80 % ta’ l-immaġini. Imbagħad it-tekniku għandu jaġġusta l-kontroll tal-luminożità sakemm il-parti l-bajda ta’ l-iskrin tipprovdi għall-inqas 175 kandela għal kull metru kwadru ta’ luminanza, imkejla skond l-Istandard VESA FPDM 2.0, Taqsima 302-1. [Jekk il-luminanza massima tal-monitor tal-kompjuter hija inqas minn 175 kandela għal kull metru kwadru (e.g., 150), allura t-tekniku għandu juża l-luminanza massima (e.g., 150) u jirrapporta l-valur lill-EPA ma’ dokumentazzjoni oħra tat-test meħtieġa. B’mod simli, jekk il-luminanza minima tal-monitor tal-kompjuter hija ta’ aktar minn 175 kandela għal kull metru kwadru (e.g., 200), allura t-tekniku għandu juża l-luminanza minima (e.g., 200) u jirrapporta l-valur fuq il-formola QPI ta’ l-ENERGY STAR QPI.

    (g)

    Il-Protokolli tal-Kejl tad-Dawl: Meta għandu bzonn jitkejjel id-dawl, bħall-illuminanza u l-luminanza, għandu jintuza LMD mal-monitor tal-kompjuter li jinsab f’kondizzjonijiet ta’ kamra mudlama. L-LMD għandu jintuża biex isir il-kejl fiċ-ċentru ta’, u perpendikolari għall-iskrin tal-monitor tal-kompjuter (Referenza l-Istandard VESA FPDM 2.0, Appendiċi A115). L-ajra tal-wiċċ ta’ l-iskrin li għandha titkejjel għandha tkopri għall-inqas 500 pixel, kemm-il darba dan ma jeċċedix l-ekwivalenti ta’ parti rettangolari bid-daqsijiet tat-tul li huma daqs 10 % ta’ l-għoli u l-wisa’ viżibbli ta’ l-iskrin (f’liema każ japplika dan il-limitu ta’ l-aħħar). Iżda, f’ebda każ ma tista’ parti illuminata tkun iżgħar mill-parti li qed ikejjel l-LMD (Referenza l-Istandard VESA FPDM 2.0, Taqsima 301-2H).

    (h)

    L-Issettjar tal-Wiri u l-Karatterizzazzjoni: Il-karatteristiċi tal-kampjun tat-test tal-monitor tal-kompjuter għandhom ikunu rreġistrati qabel it-test. Għandha għall-inqas tkun irreġistrata din l-informazzjoni li ġejja:

    Deskrizzjoni/Kategorija tal-Prodott (ez., monitor tal-kompjuter tas-17-il pulzier b’kaxxa bajda)

    It-Teknoloġija tal-Wiri (ez., CRT, LCD, Plasma)

    L-Isem tad-Ditta/tal-Manifattur

    In-Numru tal-Mudell

    In-Numru Serjali

    Il-Vultaġġ Ratat (VAC) u l-Frekwenza (Hz)

    Id-Daqs Djagonali li Jidher (pulzieri)

    Il-Proporzjon ta’ l-Aspett (eż., 4:3)

    Id-Daqs Rakkomandat ta’ l-Immaġini (daqs attwali ttestjat) Wisa’ X Għoli

    L-Angolu tal-Wiri (gradi orizzontali u vertikali)

    Ir-Rata tar-Riffriskar ta’ l-Iskrin (waqt it-test) (Hz)

    In-Numru ta’ Pixels kif ittestjat (orizzontali)

    In-Numru ta’ Pixels kif ittestjat (vertikali)

    Ir-Riżoluzzjoni Massima Dikjarata (orizzontali)

    Ir-Riżoluzzjoni Massima Dikjarata (vertikali)

    L-Interface Analogu, Diġitali jew it-Tnejn

    Informazzjoni dwar l-Istrumentazzjoni (ez., tip ta’ ġeneratur tas-sinjal)

    2.

    Il-Metodoloġija ta’ l-Ittestjar tal-Prodott

    (a)

    Metodu tat-test: Dawn li ġejjin huma l-passi tat-test sabiex jitkejjlu r-rekwiżiti reali ta’ l-enerġija ta’ l-unità tat-test fil-Modalità Mixgħula/Enerġija Attiva, fil-Modalità Sleep / Enerġija Baxxa, u fil-Modalità Mitfija/Enerġija Standby. Il-manifatturi huma meħtieġa jittestjaw huma stess il-monitors tal-kompjuter tagħhom bl-użu ta’ l-interface analogu, ħlief f’dawk il-każijiet fejn m’hemmx wieħed provdut (jiġifieri monitors bl-interface diġitali, li huma definiti bħala li għandhom biss interface diġitali għall-għanijiet ta’ dan il-metodu tat-test). Għall-monitors bl-interface diġitali, jekk jogħġbok ara n-Nota 8 għall-informazzjoni dwar il-vultaġġ u mbagħad segwi l-metodu tat-test hawn taħt bl-użu ta’ ġeneratur tas-sinjali diġitali.

    (i)

    Il-Modalità Mixgħula/Enerġija Attiva

    (a)

    Ikkonnettja l-kampjun tat-test mal-plagg jew mas-sors ta’ l-enerġija u t-tagħmir tat-test. Għall-monitors tal-kompjuter konsenjati b’provvista ta’ l-enerġija esterna, il-provvista ta’ l-enerġija (minflok provvista ta’ l-enerġija tar-referenza) għandha tintuza fit-test.

    (b)

    Ixgħel it-tagħmir kollu tat-test u aġġusta sew il-vultaġġ u l-frekwenza tal-provvista ta’ l-enerġija.

    (ċ)

    Ivverifika dwar l-operat normali ta’ l-unità tat-test u ħalli l-aġġustamenti kollha ssettjati għas-settings oriġinali tal-fabbrika.

    (d)

    Daħħal l-unità tat-test fil-Modalità Mixgħula/Enerġija Attiva bl-użu tat-tagħmir tal-kontroll remot jew bl-użu ta’ l-Iswiċċ IXGĦEL/ITFI fuq il-kabinett ta’ l-unità tat-test. Ippermetti lill-unità li qed jiġi ttestjat jilħaq it-temperatura ta’ l-operat (madwar 20 minuta).

    (e)

    Issettja l-modalità t-tajba tal-wiri. Irreferi għat-Taqsima II.D.1(d), il-Kondizzjonjiet tat-Test għall-Kejl ta’ l-Enerġija.

    (f)

    Ipprovdi kondizzjonijiet ta’ kamra mudlama. Ara t-Taqsimiet II.D.1(g), Il-Protokolli tal-Kejl tad-Dawl, u B, Il-Kondizzjonijiet tal-Kamra Mudlama.

    (g)

    Issettja d-daqs u l-luminanza. Irreferi għat-Taqsima II.D.1(f), Id-disinni u l-Proċeduri ta’ l-Ittestjar tal-Luminanza għal CRT jew wiri bil-Pixels Iffissati. Ladarba tkun issettjata l-luminanza, il-kondizzjonijiet tal-kamra mudlama m’għadhomx meħtieġa.

    (h)

    Ivverifika jew li l-enerġija mill-plagg tal-ħajt hija skond l-ispeċifikazzjonijiet jew aġġusta l-produzzjoni ta’ l-enerġija mis-sors AC kif deskritt fit-Taqsima II.D.1(a) (eż., 115V ±1 %, 60Hz ±1 %).

    (i)

    Issettja l-iskala tal-kurrent tal-miter ta’ l-enerġija. Il-valur ta’ l-iskala sħiħa mmultiplikat bir-rata tal-fattur crest (Ipeak/Irms) tal-miter għandu jkun akbar mill-qari ta’ l-ogħla kurrent mill-ossilloskopju

    (j)

    Ħalli l-qari tal-miter ta’ l-enerġija jistabbilizza imbagħad ħu l-qari ta’ l-enerġija reali f’watts mill-miter ta’ l-enerġija. Il-kejl jitqies stabbli jekk il-qari tal-watts ma jvarjax aktar minn 1 % fil-perjodu ta’ tliet minuti. Ara t-Taqsima II.D.1(e), Il-Protokolli tal-Kejl ta’ l-Enerġija.

    (k)

    Il-konsum ta’ l-enerġija għandu jkun irrekordjat, flimkien mal-format totali tal-pixels (orizzontali × vertikali murija), biex jiġi kkalkolat pixels/watt.

    (l)

    Irrekordja l-kondizzjonijiet tat-test u d-data tat-test.

    (ii)

    Il-Modalità Sleep / Enerġija Baxxa (Is-Swiċċ Mixgħul, l-Ebda Sinjal Vidjo)

    (a)

    Fil-konklużjoni tat-test tal-Modalità Mixgħula/Enerġija Attiva agħti bidu għal-Modalità Sleep / Enerġija Baxxa tal-monitor tal-kompjuter. Il-metodu ta’ l-aġġustament għandu jkun dokumentat flimkien mas-sekwenza ta’ l-avvenimenti meħtieġa sabiex tintlaħaq il-Modalità Sleep / Enerġija Baxxa. Ixgħel it-tagħmir ikollu tat-test u aġġusta l-iskala ta’ l-operat.

    (b)

    Ħalli l-monitor tal-kompjuter jibqa’ fil-Modalità Sleep / Enerġija Baxxa sakemm jitkejjel qari stabbli ta’ l-enerġija. Il-kejl jitqies stabbli jekk il-qari tal-watts ma jvarjax aktar minn 1 % fil-perjodu ta’ tliet minuti. Il-manifatturi għandhom jinjoraw iċ-ċiklu tal-verifika tas-sinkronizzazzjoni tas-sinjal tad-dħul meta jkejlu l-mudell fil-Modalità Sleep / Enerġija Baxxa.

    (ċ)

    Irrekordja l-kondizzjonijiet tat-test u d-data tat-test. Il-ħin tal-kejl għandu jkun twil bizzejjed biex jitkejjel il-valur medju korrett (jiġifieri, mhux enerġija massima jew istantanja). Jekk it-tagħmir għandu Modalitajiet Sleep differenti li jistgħu jkunu magħżula manwalment, il-kejl għandu jittieħed bit-tagħmir fil-modalità li l-aktar tikkonsma enerġija minnhom. Jekk ikun hemm ċiklu awtomatiku tal-modalitajiet, il-ħin tal-kejl għandu jkun twil biżżejjed li tinkiseb medja vera li tinkludi l-modalitajiet kollha.

    (iii)

    Il-Modalità Mitfija/Enerġija Standby (L-Iswiċċ Mitfi)

    (a)

    Fil-konklużjoni tat-test tal-Modalità Sleep / Enerġija Baxxa, attiva l-Modalità Mitfija/Enerġija Standby. Jekk huwa provdut swiċċ wieħed biss (jiġifieri soft off jew hard off), agħfas dak is-swiċċ; jekk hemm provduti żewġ swiċċijiet, jiġifieri (jiġifieri soft off u hard off), agħfas l-iswiċċ soft off. Il-metodu ta’ l-aġġustament għandu jkun dokumentat flimkien mas-sekwenza ta’ l-avvenimenti meħtieġa sabiex tintlaħaq il-Modalità Mitfija/Enerġija Standby. Ixgħel it-tagħmir ikollu tat-test u aġġusta l-iskala ta’ l-operat.

    (b)

    Ħalli l-monitor tal-kompjuter jibqa’ fil-Modalità Mitfija/Enerġija Standby sakemm jitkejjel qari stabbli ta’ l-enerġija. Il-kejl jitqies stabbli jekk il-qari tal-watts ma jvarjax aktar minn 1 % fil-perjodu ta’ tliet minuti. Il-manifatturi għandhom jinjoraw iċ-ċiklu tal-verifika tas-sinkronizzazzjoni tas-sinjal tad-dħul meta jkejlu l-mudell fil-Modalità Mitfija/Enerġija Standby.

    (ċ)

    Irrekordja l-kondizzjonijiet tat-test u d-data tat-test. Il-ħin tal-kejl għandu jkun twil bizzejjed biex jitkejjel il-valur medju korrett (jiġifieri, mhux enerġija massima jew istantanja).

    3.

    Id-Dokumentazzjoni ta’ l-Ittestjar tal-Prodott

    Il-Preżentata tad-Data dwar il-Prodott Kwalifikat: L-isħab huma meħtieġa jiċċertifikaw huma stess dawk il-mudelli tal-prodott li jilħqu l-linji gwida ta’ l-ENERGY STAR u jirrapportaw l-informazzjoni fuq formola QPI ta’ l-ENERGY STAR. Id-data dwar il-prodott li jikkwalifika, inkluża l-informazzjoni dwar mudelli ġodda kif ukoll dwar mudelli mwaqqfa, għandha tkun provduta fuq bażi annwali, jew aktar spiss jekk jixtieq il-manifattur.

    E.   L-Interface ta’ l-Utent

    Huwa rakkomandat bil-qawwa li l-manifatturi jiddisinjaw il-prodotti skond l-istandards ta’ l-interface ta’ l-utent li qed jiżviluppa l-proġett tal-Kontrolli ta’ l-Immaniġġjar ta’ l-Enerġija sabiex il-kontrolli ta’ l-enerġija jkunu aktar konsistenti u intuwittivi fit-tagħmir kollu elettroniku. Għal dettalji dwar dan il-proġett ara http://eetd.LBL.gov/Controls.

    III.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-PRINTER, MAGNA TAL-FAKS U MAGNA LI TIMPOSTA

    Dawn l-Ispeċifikazzjonijiet tal-printer, magna tal-faks u magna li timposta li ġejjin għandhom jgħoddu sal-31 ta’ Marzu 2007.

    A.   Definizzjonijiet

    1.

    Printer: Apparat li jistampa manifatturat bħala mudell standard li jservi bħala mekkaniżmu li joħroġ il-kopji stampati u huwa kapaċi li jirċievi informazzjoni minn utent wieħed jew minn kompjuters imqabbda ma’ netwerks. Ukoll, l-unità għandha tkun kapaċi li titqabbad ma’ sors ta' l-elettriku fil-ħajt. Din id-definizzjoni hija maħsuba biex tkopri prodotti li huma reklamati u mibjugħa bħala printers inklużi printeri li jistgħu jiġu mtejba fil-kwalità għal mekkaniżmu b'diversi funzjonijiet (MFD) (10).

    2.

    Magna tal-faks: Apparat li jistampa manifatturat bħala mudell standard li jservi bħala mekkaniżmu li joħroġ il-kopji stampati u li l-funzjoni primarja tiegħu hija li jibgħat u li jirċievi informazzjoni. Magni tal-faks li jużaw karta normali huma koperti taħt din l-Ispeċifikazzjoni (pereżempju ink jet/bubble jet, laser/LED, u trasferimenti termali). L-unità għandha tkun kapaċi li tieħu l-energija tagħha minn sors ta' l-elettriku fil-ħajt. Din id-definizzjoni hija maħsuba biex tkopri prodotti li huma reklamati u mibjugħa bħala magni tal-faks.

    3.

    Kombinazzjoni ta' printer/magna tal-faks: Apparat li jistampa manifatturat bħala mudell standard li jservi kemm bħala printer li jiffunzjona kollu kemm hu u bħala magna tal-faks, kif definiti hawn fuq. Din id-definizzjoni hija maħsuba biex tkopri prodotti li huma mqiegħda fis-suq u mibjugħa bħala mekkaniżmu kombinat printer/faks.

    4.

    Maga li timposta: Apparat li jagħti timbru li jservi biex jistampa l-bolli fuq oġġetti li ser jiġu impustati. L-unità għandha tkun kapaċi li tieħu l-energija tagħha minn sors ta' l-elettriku fil-ħajt. Din id-definizzjoni hija maħsuba biex tkopri prodotti li huma reklamati jew mibjugħa bħala magni tal-posta.

    5.

    Veloċità ta' l-istampar: Il-paġni kull minuta (ppm) jkejjel il-veloċità ta' l-istampar ta' mudell. Il-veloċità ta' l-istampar tikkorrispondi mal-veloċità li biha jistampa l-prodott kif reklamata mill-Parteċipant fil-Programm. Għall-printers bil-linja (pereżempju printers dot matrix/impact), il-veloċità ta' l-istampar hija bbażata fuq il-metodu stabbilit fl-ISO 10561.

    Għal printers b'format wiesa’ maħsuba primarjament biex jimmaniġġaw karta A2 jew 17″ × 22″ jew akbar, il-veloċità ta' l-istampar hija speċifikata f'termini ta' ħruġ b'kulur wieħed b'riżoluzzjoni default. Il-veloċità ta' l-istampar imkejla bħala paġni kull minuta ta' daqs A2 jew A0 għandha tiġi konvertita f'veloċita ta' stampar ta' paġni ta' daqs A4 kif ġej: (a) Paġna A2 kull minuta hija ekwivalenti għal erba’ paġni A4 kull minuta; (b) paġna AO kull minuta hija ekwivalenti għal 16-il paġna A4 kull minuta.

    Għall-magni ta' l-impostar, il-paġni kull minuta (ppm) huma meqjusa ekwivalenti għal bċejjeċ tal-posta kull minuta (mppm).

    6.

    Aċċessorju: Apparat addizzjonali li mhuwiex meħtieġ għall-operat standard ta' l-unità bażi iżda li tista’ tiżdied qabel jew wara l-konsenja sabiex ittejjeb jew tibdel it-twettieq tal-printer. Eżempji ta' aċċessorji jinkludu finishers, sorters, mekkaniżmi addizzjonali għall-provvista tal-karta u unitajiet doppji. Aċċessorju jista’ jinbiegħ separatament taħt in-numru tiegħu stess tal-mudell, jew jinbiegħ ma’ unità bażi bħala parti mill-printer.

    7.

    Modalità attiva: Il-kondizzjoni (jew mod) li fiha l-prodott jipproduċi ħruġ ta' kopji jew jirċievi dħul ta' kopji. Il-ħtieġa ta' enerġija f'din il-modalità hija tipikament akbar mill-ħtieġa ta' l-enerġija fil-modalità standby.

    8.

    Modalità Standby: The condition that exists when the product is not producing hard copy output or receiving hard copy input and is consuming less power than when producing such output or receiving such input. The transition from Standby Mode to Active Mode should cause no noticeable delay in the production of hard copy output.

    9.

    Stat Rieqed: Il-kondizzjoni li teżisti meta l-prodott ma jkunx qiegħed jipproduċi l-paġni jew jirċievi l-paġni u jkun jikkonsma anqas enerġija minn meta jkun fil-mod standby. Fit-transizzjoni mill-Modalità Sleep għall-Modalità Attiv, jista’ jkun hemm xi dewmien fil-produzzjoni ta' ħruġ ta' kopji, iżda ma għandu jkun hemm dewmien fl-aċċettazzjoni ta' l-informazzjoni min-netwerk jew sorsi oħra ta' input. Il-prodott jidħol f'din il-modalità fi ħdan perjodu speċifiku ta' żmien wara li tkun ġiet prodotta u ħarġet l-aħħar kopja.

    10.

    Żmien standard għall-modalità sleep: Huwa l-perjodu ta' żmien issettjat mill-Parteċipant fil-Programm qabel ma jibgħatu li jistabbilixxi meta l-prodott għandu jidħol fil-modalità sleep. Dan iz-zmien għandu jitkejjel miz-zmien li l-aħħar kopja ta' ħruġ kienet prodotta.

    11.

    Stampar fuq żewġ naħat: Il-proċess li jipproduċi, test, immaġini jew kombinazzjoni ta' test u immaġini fuq iż-żewġ naħat ta' paġna waħda ta' karta.

    12.

    Mudell standard: It-terminu użat biex jiddeskrivi prodott u l-karatteristiċi miġbura miegħu kif mqiegħed fis-suq u mibjugħ mill-Parteċipant fil-Programm u kif manifatturat għall-użu li għalih hu maħsub.

    13.

    Avveniment ta' Riattivazzjoni: Kif użata f'dan il-Ftehim, “Meta Jerġa’ Jibda Jaħdem” hija definita bħala avveniment mibdi mill-utent, programmata jew esterna jew stimolu li jġiegħel lill-unità biex tgħaddi mill-modalità standby jew sleep tagħha għall-modalità attiva tagħha ta' operat. “Meta Jerġa’ Jibda Jaħdem” kif definita f'din l-Ispeċifikazzjoni ma tinkludix netwerk irrelatat ma’ polling queries jew “pings” li huma komuni f'ambjenti ta' netwerk..

    B.   Il-kwalifikazzjoni ta’ prodott għall-ENERGY STAR

    1.

    L-Ispeċifikazzjonijiet tekniċi

    (a)

    Stat Rieqed: Parteċipant fil-Programm ta' ENERGY STAR jiftiehem li biss dawk il-prodotti li huma kapaċi li jidħlu fil-Modalità Sleep wara perjodu ta' inattività jew li jżommu livell ta' konsum ta' enerġija fi jew taħt il-livelli ta' enerġija speċifikati fit-Tabelli 3 sa 8 (li jidħru hawn taħt) jistgħu jikkwalifikaw bħala konformi ta' ENERGY STAR.

    (b)

    Modalità Default: Parteċipant fil-Programm ta' ENERGY STAR jaqbel li jissettja iż-żmien default biex tiġi attivata l-Modalità Sleep fi ħdan iż-żmien speċifikat fit-Tabelli 3 sa 8 (li jidhru hawn taħt) minn meta titlesta l-aħħar biċċa xogħol (eż. miż-żmien li tiġi prodotta l-aħħar kopja stampata). Il-Parteċipant fil-Programm għandu wkoll jikkonsenja l-prodotti bil-ħin default għall-Modalità Sleep issettjata fil-livelli speċifikati fit-Tabelli 3 sa 8 (li jidhru hawn taħt).

    (ċ)

    Funzjonalità tan-netwerk: Parteċipant fil-Programm ENERGY STAR jaqbel li jikkwalifika l-prodotti skond kif inhuma disinjati li jintużaw (Taqsima II.A.12 ta' hawn fuq) mill-utent finali, partikolarment prodotti maħsuba li jkunu konnessi ma’ netwerk. Parteċipant fil-Programm ENERGY STAR jaqbel li l-prodotti kollha mqiegħda fis-suq, reklamati, jew mibjugħa bħala kapaċi għan-netwerk għandhom jikkonformaw ma’ l-Ispeċifikazzjonijiet ta' ENERGY STAR (ta' hawn taħt) meta konfigurati bħala lesti għan-netwerk (jiġifieri b'funzjonalità tan-netwerk).

    (i)

    Jekk il-prodott huwa konsenjat bil-kapaċità li jkun fuq netwerk, huwa għandu jkollu l-abbiltà li jidħol fil-Modalità Sleep waqt li jkun fuq in-netwerk.

    (ii)

    Jekk il-prodott għandu l-kapaċità li jkun fuq netwerk, huwa għandu jżomm fil-Modalità Sleep l-abbiltà tiegħu li jirrispondi għal avvenimenti biex jerġa’ jibda’ jaħdem diretti jew immirati lejn il-prodott waqt li jkun fuq in-netwerk.

    (d)

    Stampar fuq żewġ naħat: Għall-printers kollha ta' daqs standard ta' aktar minn 10 ppm li fihom hija installata unità li tistampa fuq żewġ naħat, huwa rakkomandat li l-Parteċipant fil-Programm ENERGY STAR jgħarraf lill-klijenti tiegħu dwar l-użu tal-printers li fihom il-modalità default ta’ l-istampar hija dik ta’ l-istampar fuq żewġ naħat. It-tagħrif jista’ jikkonsisti f'informazzjoni dwar id-driver xieraq għall-printer u s-setup tal-menu ta’ l-istampar fil-manwali tal-prodott, jew billi jiġu pprovduti struzzjonijiet speċifiċi dwar id-driver tal-printer meta tiġi installat unità li tistampa fuq żewġ naħat.

    (e)

    Speċifikazzjonijiet dettaljati: Il-Parteċipant fil-Programm ENERGY STAR jaqbel li jikkwalifika l-prodotti skond l-Ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

    Tabella 3

    Magni tal-faks weħidhom

    (maħsuba primarjament biex jakkomodaw daqs ta' karta A3, A4 jew 8,5″ × 11″)

    Product Speed In Pages Per Minute (ppm)

    Modalità Sleep (Watts)

    Żmien standard għall-modalità Sleep

    0 < ppm ≤ 10

    ≤ 10

    ≤ 5 minuti

    10 < ppm

    ≤ 15

    ≤ 5 minuti


    Tabella 4

    Magni li jimpostaw

    Product Speed In Mail Pieces Per Minute (mppm)

    Modalità Sleep (Watts)

    Żmien standard għall-modalità Sleep

    0 < mppm ≤ 50 mppm

    ≤ 10

    ≤ 20 minuti

    50 < ppm ≤ 100 mppm

    ≤ 30

    ≤ 30 minuti

    100 < mppm ≤ 150 mppm

    ≤ 50

    ≤ 40 minuti

    150 < mppm

    ≤ 85

    ≤ 60 minuti


    Tabella 5

    Printers ta' daqs standard u kombinazzjonijiet ta' printers/faks (11)

    (maħsub primarjament biex jakkomoda daqs ta' karta A3, A4 jew 8,5″ × 11″)

    Product Speed In Pages Per Minute (ppm)

    Modalità Sleep (Watts)) (12)

    Żmien standard għall-modalità Sleep

    0 < ppm ≤ 10

    ≤ 10

    ≤ 5 minuti

    10 < ppm ≤ 20

    ≤ 20

    ≤ 15 minuti

    20 < ppm ≤ 30

    ≤ 30

    ≤ 30 minuti

    30 < ppm ≤ 44

    ≤ 40

    ≤ 60 minuti

    44 < ppm

    ≤ 75

    ≤ 60 minuti


    Tabella 6

    Printers ta' Impatt maħsuba primarjament biex jakkomodaw karta A3

    Modalità Sleep (Watts)

    Żmien standard għall-modalità Sleep

    ≤ 28

    ≤ 30 minuti


    Tabella 7

    Printers b'format kbir/wiesa’

    (maħsuba biex jakkomodaw primarjament karta A2 jew17″ × 22″ jew akbar)

    Product Speed In Pages Per Minute (ppm)

    Modalità Sleep (Watts)

    Żmien standard għall-modalità Sleep

    0 < ppm ≤ 10

    ≤ 35

    ≤ 30 minuti

    10 < ppm ≤ 40

    ≤ 65

    ≤ 30 minuti

    40 < ppm

    ≤ 100

    ≤ 90 minuti


    Tabella 8

    Printers bil-kulur (13)

    (maħsub primarjament biex jakkomoda daqs ta' karta A3, A4 jew 8,5″ × 11″)

    Product Speed In Color Pages Per Minute (ppm)

    Modalità Sleep (Watts)

    Żmien standard għall-modalità Sleep

    0 < ppm ≤ 10

    ≤ 35

    ≤ 30 minuti

    10 < ppm ≤ 20

    ≤ 45

    ≤ 60 minuti

    20 < ppm

    ≤ 70

    ≤ 60 minuti

    2.

    Eċċezzjonijiet u Kjarifiki

    Wara li jintbagħtu l-oġġetti, il-Parteċipant fil-Programm ENERGY STAR jew ir-rappreżentant tas-servizz nominat tiegħu m’għandux ibiddel il-mudelli koperti b'din l-Ispeċifikazzjoni b'xi mod li jeffettwa l-abbiltà tal-prodott li jikkonforma ma’ l-Ispeċifikazzjonijiet imsemmija hawn fuq. Isegwu żewġ eċċezzjonijiet:

    (a)

    Ħinjiet default: Wara li l-affarijiet huma konsenjati, il-Parteċipant fil-Programm ENERGY STAR, ir-rappreżentant tas-servizz nominat jew il-klijent jistgħu jibdlu l-ħinijiet tad-default għall-modalità sleep, sa massimu ssettjat mill-fabbrika ta' 240 minuta. Jekk il-manifattur jagħżel li jiddisinja prodotti b'aktar minn mod wieħed ta' mmaniġġar ta' enerġija, allura t-total flimkien tal-ħinijiet default ma għandhom jeċċedu l-240 minuta.

    (b)

    Ħruġ mill-modalità sleep: Jekk f'każ individwali fejn il-modalità sleep tkun qed toħloq lil-klijent inkonvenjent pjuttost kbir minħabba l-mod ta' użu partikolari tiegħu/tagħha, il-Parteċipant fil-Programm, ir-rappreżentant tas-servizz nominat jew il-klijent jistgħu jneħħu l-karatteristika tal-modalità sleep. If the Program Participant chooses to design its product models to allow the customer to disable the Sleep Mode feature, then the disable option shall be accessed in a manner different from the time settings. E.g., if a software menu provides Sleep Mode delay times of 15, 30, 60, 90, 120, and 240 minutes, then “disable” or “off” shall not be a choice in this menu. Hija għandha tkun għażla moħbija (jew anqas ovvja) jew inkluża f'menu differenti.

    Ċ.   Linji Gwida tat-Test

    1.

    Kundizzjonijiet tat-Test: Hawn taħt jinsabu l-kondizzjonijiet ambjentali tat-test li għandhom jiġu stabbiliti meta jitwettaq il-kejl ta' l-enerġija. Dawn huma meħtieġa biex jiġi żgurat li fatturi barranin ma jaffettwawx ir-riżultati tat-test, u li r-riżultati tat-test ikun jistgħu jiġu riprodotti aktar tard.

    Impedenza tal-linja: < 0,25 ohm

    Distorsjoni armonika totali: < 5 %

    (Vultaġġ)

    Temperatura Ambjentali: Temperatura Ambjentali: 25 grad C +/- 3 grad C

    Vultaġġ tad-dħul AC: 115 VAC RMS +/- 5 V RMS

    Frekwenza tad-dħul AC: 60 Hz +/- 3 Hz

    2.

    Apparat ta’ l-Ittestjar: Jgħoddu d-dispozizzjonijiet tat-Taqsima I.C.2.

    3.

    Metodu tat-test: Jgħoddu d-dispozizzjonijiet tat-Taqsima I.C.3.

    IV.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-KOPJATUR

    Dawn l-Ispeċifikazzjonijiet tal-Kopjatur li ġejjin għandhom jgħoddu sal-31 ta’ Marzu 2007.

    A.   Definizzjonijiet

    1.

    Kopjatur: Unità ta' immaġini reprografika kummerċjali li l-funzjoni unika tagħha hija l-produzzjoni ta' kopji minn kopja grafika oriġinali. Il-kopjatur għandu jinkludi sistema ta' mmarkar, sistema ta' immaġini u modulu ta' l-immaniġġar tal-karta. It-teknoloġiji kollha ta' kopjaturi fuq karti normali f'iswed u abjad huma koperti taħt din l-Ispeċifikazzjoni, għalkemm il-ħsieb huwa li wieħed jiffoka fuq apparat standard ta' kopjar bħal kopjaturi b'lenti ta' dawl. L-Ispeċifikazzjonijiet mogħtija hawn taħt jgħoddu għal kopjaturi ta' daqs standard biex jimmaniġġjaw karta A4 jew 8,5″ × 11″ u kopjaturi b'format kbir biex jimmaniġġjaw karta A2 jew 17″ × 22″ jew akbar.

    2.

    Veloċita tal-kopjatur: Kopji kull minuta (cpm) ikejjel il-veloċita ta' produzzjoni tal-kopjatur. Kopja waħda hija definita bħala paġna waħda ta' daqs 8,5″ jew 11″ jew A4. Kopji b'żewġ faċċati huma meqjusa bħala żewġ immaġini u għalhekk żewġ kopji għalkemm jiġu kkopjati fuq l-istess paġna. Għall-mudelli kollha ta' kopjaturi mibjugħa fis-suq tal-US, il-kejl tal-veloċita tal-kopjatur għandu jkun ibbazat fuq karta ta' l-ittri ta' daqs 8,5″ × 11″. Għal kopjaturi mibjugħa fi swieq oħra minbarra fil-US, il-veloċita tal-kopjatur għandha tkun ibbazata jew fuq karta ta' daqs 8,5″ × 11″ jew A4, skond liema tkun standard f'suq partikolari.

    Għal kopjaturi b’format kbir maħsuba biex jimmaniġġaw primarjament karta A2 jew 17″ × 22″ jew akbar, il-veloċità tal-kopjatur imkejla bħala kopji ta' daqs A2 jew A0 kull minuta għandha tiġi kkonvertita għall-veloċitajiet ta' kopjatur ta' daqs A4 kif ġej: (a) Kopja A2 waħda kull minuta hija ekwivalenti għal erba’ kopji A4 kull minuta, u (b) kopja waħda A0 kull minuta hija ekwivalenti għal 16-il kopja A4 kull minuta.

    Il-kopjaturi li jikkwalifikaw bħala ENERGY STAR għandhom jiġu diviżi f’ħames kategoriji: kopjaturi ta' daqs standard b'veloċità baxxa, kopjaturi ta' daqs standard b'veloċità medja, kopjaturi ta' daqs standard b'veloċità għolja, kopjaturi ta' format kbir b'veloċità baxxa, u kopjaturi ta' format kbir b'veloċità medja jew għolja.

    (a)

    Kopjaturi ta' daqs standard b'veloċita baxxa: Kopjaturi b'veloċità tal-magna biex tipproduċi immaġini moltipliċi ta' 20 kopja kull minuta jew anqas.

    (b)

    Kopjaturi ta' daqs standard b'veloċità medja: Kopjaturi b'veloċità tal-magna biex tipproduċi immaġini moltipliċi ta' aktar minn 20 kopja jew anqas jew ugwali għal 44 kopja kull minuta.

    (ċ)

    Kopjaturi ta' daqs standard b'veloċità għolja: Kopjaturi b'veloċità tal-magna biex tipproduċi immaġini moltipliċi ta' aktar minn 44 kopja kull minuta.

    (d)

    Kopjaturi ta' format kbir b'veloċità baxxa: Kopjaturi b'veloċità tal-magna biex tipproduċi immaġini moltipliċi ta' 40 kopja kull minuta jew anqas (espressi bħala kopji ta' daqs A4 kull minuta).

    (e)

    Kopjaturi b'format kbir ta' veloċità medja u għolja: Kopjaturi b'veloċità tal-magna biex tipproduċi immaġini moltipliċi ta' aktar minn 40 kopja kull minuta (espressi bħala kopji ta' daqs A4 kull minuta).

    3.

    Unità bażi: Għall-veloċità partikolari ta' magna, l-unità bażi hija definita bħala l-verżjoni l-aktar bażika ta' kopjatur li huwa attwalment mibjugħ bħala mudell li jista’ jiffunzjona waħdu. L-unità bażi hija tipikament disinjata u mibgħuta f'biċċa waħda u ma tinkludix xi aċċessorji esterni li jikkonsmaw l-enerġija li jistgħu jinbiegħu separatament.

    4.

    Aċċessorju: Apparat addizzjonali li mhuwiex meħtieġ għall-operat standard ta' l-unità bażi, iżda li jista’ jiżided qabel jew wara l-konsenja sabiex ittejjeb jew ibiddel it-twettieq tal-kopjatur. Aċċessorju jista’ jinbiegħ separatament taħt in-numru proprju tiegħu tal-mudell jew mibjugħ ma’ unità bażi bħala pakkett jew konfigurazzjoni ta' kopjatur. Ezempji ta' aċċessorji jinkludu: apparat li jissortja, apparat li għandu kapaċità kbira li jissupplixxi l-karta, eċċ. Huwa assunt li ż-żieda ta' aċċessorju, irrispettivament mill-konsum proprju tiegħu ta' enerġija, m’għandhiex iżżid sostanzjalment (b'aktar minn 10 fil-mija) il-konsum ta' l-enerġija meta tkun mitfija l-unità bażi. L-ebda aċċessorju ma għandhu jimpedixxi l-operat normali tal-karatteristiċi ta' tifi awtomatiku jew ta' enerġija baxxa.

    5.

    Mudell ta' kopjatur: Għall-għanijiet ta' din l-Ispeċifikazzjoni, mudell ta' kopjatur huwa definit bħala unità bażi u aċċessorju speċifiku wieħed jew aktar li huma reklamati u mibjugħa lil xerrejja numru wieħed ta' mudell. Meta reklamati u mibjugħa lil xerrejja mingħajr xi aċċessorji addizzjonali, unità bażi hija wkoll ikkunsidrata bħala mudell ta' kopjatur.

    6.

    Modalità ta’ enerġija baxxa: Għall-finijiet ta' din l-Ispeċifikazzjoni, il-modalità ta’ enerġija baxxa hija l-istat ta' enerġija l-aktar baxxa li l-kopjatur jista’ jidħol fih awtomatikament wara perjodu ta' inattività tal-kopjatur, mingħajr ma attwalment jintefa. Il-kopjatur jidħol f'din il-modalità f'perjodu speċifikat ta' żmien wara li tkun saret l-aħħar kopja. Għall-finijiet ta' l-istabbiliment tal-konsum ta' enerġija f'din il-modalità ta’ enerġija baxxa, il-kumpanija tista’ tagħżel li tkejjel l-aktar baxx bejn il-modalità ta’ ffrankar ta’ l-enerġija u l-modalità stand-by.

    7.

    Modalità ta' ffrankar ta' enerġija: Din il-kondizzjoni teżisti meta l-magna ma tkunx qed tagħmel kopji, tkun qabel laħqet il-kondizzjonijiet ta' operat iżda tkun qed tikkonsma anqas enerġija minn meta l-magna tkun fil-modalità stand-by. Meta l-kopjatur ikun f’din il-modalità, jista’ jkun hemm xi dewmien qabel ma l-kopjatur ikun kapaċi jagħmel il-kopja li jmiss.

    8.

    Modalità Standby: Il-kondizzjoni li tezisti meta l-magna ma tkunx qed tagħmel kopji, tkun laħqet il-kondizzjonijiet ta' operat u tkun lesta li tagħmel kopja, izda tkun għada ma daħlitx fil-mod ta' l-iffrankar ta' l-enerġija. Meta l-kopjatur ikun f'din il-modalità, virtwalment ma jkun hemm ebda dewmien qabel ma l-kopjatur ikun kapaċi jagħmel il-kopja li jmiss.

    9.

    Modalità Mitfija: Għall-finijiet ta' din l-Ispeċifikazzjoni, il-Modalità Mitfija hija definita bħala l-kondizzjoni li teżisti meta l-kopjatur ikun konness ma’ sors adattat ta' l-elettriku, u jkun reċentement intefa permezz tal-karatteristika tat-tifi awtomatiku (14). Meta titkejjel l-enerġija b’dan il-mod, apparat tal-kontroll għas-servisjar remot jista’ jiġi eskluż.

    10.

    Karatteristika ta' tifi awtomatiku: Għall-finijiet ta' din l-Ispeċifikazzjoni, il-karatteristika ta' tifi awtomatiku hija definita bħala l-abbiltà għall-kopjatur li jitfi lilu nnifsu awtomatikament f'perjodu speċifikat ta' żmien wara li tkun saret l-aħħar kopja. Il-kopjatur għandu awtomatikament jidħol fil-mod tiegħu ta' tifi wara l-esekuzzjoni ta' din il-karratteristika.

    11.

    Modalità ipplaggjata: Din il-kondizzjoni tezisti meta l-magna tkun konnessa ma’ sors adattat ta' l-elettriku u ma tkunx mixgħula. Biex jixgħel il-kopjatur, l-utent tipikament jeħtieġ li manwalment jistartja l-kopjatur permezz tas-swiċċ li jixgħel u jitfi.

    12.

    Ħinjiet default: Huwa l-perjodu ta' żmien issettjat mill-Parteċipant fil-Programm qabel ma jintbagħat li jistabbilixxi meta l-kopjatur għandu jidħol fil-modalitajiet varji tiegħu, jiġifieri l-modalità ta’ enerġija baxxa, il-Modalità Mitfija, eċċ. Kemm il-ħinijiet default tal-Modalità Mitfija u l-ħinijiet default tal-modalità ta’ enerġija baxxa għandhom jitkejlu mill-ħin minn meta tkun saret l-aħħar kopja.

    13.

    Ħin ta' rkupru: L-ammont ta' ħin meħtieġ biex iġib il-kopjatur minn modalità ta’ enerġija baxxa għall-modalità stand-by.

    14.

    Modalità awtomatiku ta’ kkopjar fuq żewġ naħat: Il-mod li fih il-kopjatur iqiegħed awtomatikament l-immaġini fuq iż-żewġ naħat ta' folja tal-kopja, billi awtomatikament jibgħat kemm il-folja tal-kopja kif ukoll l-oriġinal grafiku minn ġol-mudell tal-kopjatur. Eżempji ta' dan huma l-ikkopjar fuq naħa waħda u fuq żewġ naħat, jew l-ikkopjar minn żewġ naħat għal żewġ naħat. Għall-finijiet ta' din l-Ispeċifikazzjoni, mudell ta' kopjatur huwa meqjuż li jkollu modalità li jikkopja fuq żewġ naħat biss jekk il-mudell tal-kopjatur jinkludi l-aċċessorji kollha meħtieġa biex jissodisfa l-kondizzjonijiet ta' hawn fuq, pereżempju, tmiegħ awtomatiku tad-dokument u aċċessorji għal kapaċitajiet awtomatiċi ta' ikkopjar fuq żewġ naħat.

    15.

    Tajmer ta' kull gimgħa: Mekkanizmu intern li jixgħel u jitfi l-kopjatur f’ħinijiet stabbiliti minn qabel kull jum tax-xogħol. Meta jkun qed jipprogramma t-tajmer, il-klijent għandu jkun jista’ jiddistingwi bejn jiem tax-xogħol u jiem ta' tmiem-il ġimgħa/vaganzi (jiġifieri t-tajmer m’għandux jixgħel il-kopjatur is-Sibt jew il-Ħadd filgħodu jekk l-impjegati ma jkunux normalment fl-uffiċċju fil-jiem ta' tmiem-il ġimgħa. Il-klijent għandu wkoll ikun jista’ jiskonnettja t-tajmer. Tajmers ta' kull ġimgħa huma karatteristiċi mhux obbligatorji u għalhekk mhumiex meħtieġa fuq kopjaturi li jikkonformaw ma’ l-ENERGY STAR. Jekk ikunu nklużi fil-mudelli tal-kopjatur, it-tajmers ta' kull ġimgħa ma għandhomx ikunu f'konflitt ma’ l-iffunzjonar tal-karatteristiċi ta' l-enerġija baxxa u tat-tifi awtomatiku..

    B.   Il-kwalifikazzjoni ta’ prodott għall-ENERGY STAR

    1.

    L-Ispeċifikazzjonijiet tekniċi

    Biex jikkwalifika għal-logo ta' l-ENERGY STAR, il-kopjatur għandu jikkonforma ma’ l-Ispeċifikazzjonijiet mogħtija hawn taħt:

    Tabella 9

    Kriterji għal kopjaturi li jikkwalifikaw għall-ENERGY STAR

    Veloċità tal-kopjatur (kopji kull minuta)

    Modalità ta’ enerġija baxxa (Watts)

    Ħin default ta' l-enerġija baxxa

    Ħin ta' rkupru ta' 30 sekonda

    Il-Modalità Mitfija (Watts)

    Ħin default fil-Modalità Mitfija

    Modalità awtomatika ta' kkopjar fuq żewġ naħat

    0 < cpm < 20

    Xejn

    NA

    NA

    < 5

    < 30 min

    Le

    20 < cpm < 44

    3,85 × cpm +5

    15 min.

    Iva

    < 15

    < 60 min

    Mhux obbligatorju

    44 < cpm

    3,85 × cpm +5

    15 min.

    Irrakkomandat

    < 20

    < 90 min

    Mhux obbligatorju

    KOPJATURI TA' FORMAT KBIR

    0 < cpm < 40

    NA

    NA

    NA

    < 10

    < 30 min.

    Le

    40 < cpm

    3,85 × cpm +5

    15 min.

    Irrakkomandat

    < 20

    < 90 min.

    Le

    Il-Parteċipant fil-Programm għandu jissettja l-ħinijiet default għall-karatteristika awtomatika għal-livelli speċifikati fit-tabella ta' hawn fuq. Il-ħinijiet default għall-Modalità Mitfija u l-modalità ta’ enerġija baxxa għandhom jitkejlu mill-ħin li tkun saret l-aħħar kopja.

    ħall-veloċitajiet kollha tal-kopjatur fejn mhuwiex obbligatorju li l-modalità ta’ l-ikkopjar fuq żewġ naħat tkun issettjata bħala default, jekk il-mudell jintbagħat b’kapaċitajiet awtomatiċi ta' kopjar doppju, allura huwa rakkomandat li l-ikkopjar fuq żewġ naħat ikun issettjat bħala mod default. Il-Parteċipant fil-Programm jista’ jipprovdi lill-utenti l-kapaċità li jiskarta din il-modalità default ta’ l-ikkopjar fuq żewġ naħat għal kopjaturi li jikkopjaw fuq naħa waħda biss

    2.

    Eċċezzjonijiet u Kjarifiki

    Wara li jintbagħat, il-Parteċipant fil-Programm jew ir-rappreżentant tas-servizz nominat tiegħu m’għandux jibdel il-mudell tal-kopjatur b’xi mod li jaffettwa l-abbiltà tal-kopjatur li jikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjonijiet imniżżla hawn fuq. Ċerti eċċezzjonijiet huma permessi fil-bdil tal-ħinijiet default, l-ispeċifikazzjonijiet tal-Modalità Mitfija u l-modalità ta’ l-ikkopjar fuq żewġ naħat. Dawn l-eċċezzjonijiet huma kif ġej:

    (a)

    Ħinjiet default: Wara li jintbagħat, il-Parteċipant fil-Programm, ir-rappreżentant nominat tas-servizz jew il-klijent jistgħu jibdlu l-ħinijiet default jew għall-mod f'enerġija baxxa u/jew l-Modalità Mitfija iżda biss sa massimu ssettjat minn Parteċipant fil-Programm ta' 240 minuta (jiġifieri, it-total kombinat għall-Ħinijiet default għall-Modalità Mitfija u għall-modalità ta’ enerġija baxxa m’għandhomx jeċċedu l-240 minuta).

    (b)

    Il-Konsum ta' l-enerġija fil-Modalità Mitfija: F'xi każi, il-Parteċipant fil-Programm jista’ jkollu l-ħtieġa li jibgħat mudell ta' kopjatur bil-mekkaniżmu ta' kontra l-umdità mhux imqabbad sabiex ikun konformi mar-rekwiżiti ta' l-enerġija fil-Modalità Mitfija. Jekk din is-sitwazzjoni twassal għal inkonvenjent ta' ċertu daqs għal xi klijent speċifiku, il-Parteċipant fil-Programm (jew ir-rappreżentant maħtur tas-servizz) jista’ jqabbad il-mekkaniżmu ta' kontra l-umdità. Jekk il-Parteċipant fil-Programm jistabbilixxi li f'ċerta żona ġeografika jkun hemm problemi kroniċi ta' effiċjenza assoċjati ma’ livelli għolja ta' umdità, il-Parteċipant fil-Programm jista’ jikkuntattja lill-amministratur tal-programm EPA u jiddiskuti soluzzjonijiet alternattivi. Il-Parteċipanti fil-Programm fit-Teerritorju ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni Ewropea. Pereżempju, l-EPA jew il-Kummissjoni Ewropea jistgħu jippermettu lill-Parteċipant fil-Programm li jqabbad il-mekkaniżmi ta' kontra l-umdità f'mudelli ta' kopjaturi li jintbagħtu lejn żona ġeografika umda ħafna.

    (c)

    Skonnettjar tal-karatteristika ta' tifi awtomatiku: F'każi individwali fejn il-karatteristika ta' tifi awtomatiku tista’ toħloq inkonvenjenza ta' ċertu daqs lill-klijent minħabba l-mod partikolari tiegħu/tagħha ta' użu, il-Parteċipant fil-Programm, ir-rappreżentant nominat tas-servizz, jew il-klijent jistgħu jiskonnettjaw din il-karatteristika ta' tifi awtomatiku. If Program Participant chooses to design its copier models to allow the customer to disable the auto-off feature, then the disable option shall be accessed in a manner different from the time settings. (e.g., if a software menu provides off-mode delay times of 30, 60, 90, 120, and 240 minutes, then “disable” or “off” shall not be a choice in this menu. Hija għandha tkun għazla moħbija (jew anqas ovvja) jew inkluza f'menu differenti.).

    Ċ.   Linji Gwida tat-Test

    1.

    Kundizzjonijiet tat-Test: Hawn taħt jinsabu l-kondizzjonijiet ambjentali tat-test li għandhom jiġu stabbiliti meta jitwettaq il-kejl ta' l-enerġija. Dawn huma meħtieġa biex jiġi żgurat li fatturi barranin ma jaffettwawx ir-riżultati tat-test, u li r-riżultati tat-test ikun jistgħu jiġu riprodotti aktar tard.

    Impedenza tal-linja: < 0,25 ohm

    Distorsjoni armonika totali: < 3 %

    Temperatura Ambjentali: Temperatura Ambjentali: 21 grad C +/- 3 grad C

    Umdità Relattiva: 40 -60 %

    Distanza mill-ħajt: minimu ta’ 2 piedi

    Kriterji oħra speċifiċi għas-suq:

    Suq

    Daqs tal-karta

    Vultaġġ/frekwenza

    L-Istati Uniti

    8.5" × 11"

    115 V RMS +/- 5 V

    60 Hz +/- 3Hz

    L-Ewropa

    A4

    230 V RMS +/- 10 V

    50 Hz +/- 3 Hz

    Il-Ġappun

    A4

    100 V RMS +/- 5 V

    50 Hz +/- 3 Hz u 60 Hz +/- 3 Hz

    200 V RMS +/- 10 V

    50 Hz +/- 3 Hz u 60 Hz +/- 3 Hz

    2.

    Apparat ta’ l-Ittestjar: Jgħoddu d-dispozizzjonijiet tat-Taqsima I. C 2.

    3.

    Metodu tat-test: Jgħoddu d-dispozizzjonijiet tat-Taqsima I.C.3.

    V.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET TA' L-ISKANER

    Dawn l-Ispeċifikazzjonijiet ta’ l-Iskaner li ġejjin għandhom jgħoddu sal-31 ta’ Marzu 2007.

    A.   Definizzjonijiet

    1.

    Skaner: Għall-finijiet ta' din l-Ispeċifikazzjoni, skaner huwa definit bħala mekkaniżmu elettro-ottiku biex jaqleb informazzjoni bil-kulur jew bl-iswed u l-abjad f'immaġini elettroniċi li jistgħu jinħażnu, jiġu editjati, konvertiti jew trażmessi primarjament f'ambjent ta' komputerizzar personali. Skaners definiti b’dan il-mod jintużaw tipikament għad-diġitizzazzjoni ta' l-immaġini għal fuq karta. Il-ħsieb ta' din l-Ispeċifikazzjoni huwa li jiffoka fuq l-iskaners desktop li jintużaw ħafna (pereżempju, bil-wiċċ ċatt, li jiġu mitmugħa l-folji u skaners tal-film); iżda, skaners high-end ta' l-immaniġġar ta' dokumenti ta' l-uffiċċju li jikkonformaw ma’ l-Ispeċifikazzjonijiet mogħtija hawn taħt jistgħu jikkwalifikaw għal-logo ENERGY STAR. Din l-Ispeċifikazzjoni hija għal mudelli ta’ skaners weħidhom (stand-alone); hija ma tkoprix prodotti b'diversi funzjonijiet li jkollhom ukoll kapaċitajiet ta' skaning, skaners tan-netwerk (jiġifieri skaners li jikkonettjaw esklussivament ma’ netwerk u huma kapaċi li jimmaniġġjaw l-informazzjoni skanjata għal trażmissjonijiet lejn lokazzjonijiet moltipliċi tan-netwerk) jew skaners li ma jeħdux l-enerġija direttament mill-provvista ta' l-enerġija tal-bini.

    2.

    Unità bażi: L-unità bażi hija definita bħala l-verżjoni l-aktar bażika ta' skaner li jiġi attwalment mibjugħ bħala mudell li jiffunzjona waħdu. L-unità bażi hija tipikament disinjata u mibgħuta f'biċċa waħda u ma tinkludix xi aċċessorji esterni li jikkonsmaw l-enerġija li jistgħu jinbiegħu separatament.

    3.

    Mudell ta' skaner: Għall-finijiet ta' din l-Ispeċifikazzjoni, mudell ta' skaner huwa definit bħala unità bażi u aċċessorju speċifiku wieħed jew aktar li huma reklamati u mibjugħa lil-klijenti taħt taħt numru wieħed ta' mudell. Meta reklamata u mibjugħa lill-konsumaturi mingħajr aċċessorji addizzjonali, unità bażi hija wkoll meqjusa bħala mudell ta' skaner.

    4.

    Aċċessorju: Kull biċċa apparat addizzjonali li mhijiex meħtieġa għall-operat standard ta’ l-iskaner, iżda li tista’ tiżdied sabiex jittejjeb jew jinbidel ir-rendiment ta' l-iskaner. Aċċessorju li jista’ jinbiegħu separatament taħt in-numru tal-mudell tiegħu, jew mibjugħ bħala unità bażi bħala parti minn pakkett ta' l-iskaner jew mill-konfigurazzjoni. Eżempji ta' aċċessorji jinkludu mekkaniżi għat-tmiegħ awtomatiku ta' dokumenti u adapters tal-folji trasparenti.

    5.

    Modalità ta’ enerġija baxxa: Għall-finijiet ta' din l-Ispeċifikazzjoni, il-modalità ta’ enerġija baxxa huwa l-istat ta' enerġija l-aktar baxxa li l-iskaner huwa ddisinjat li jidħol fih wara perjodu ta' inattività, mingħajr ma jiġi attwalment mitfi. L-iskaner jidħol f'dan il-mod f'perjodu speċifikat ta' żmien wara li tkun ġiet skanjata l-aħħar immaġini

    6.

    Modalità Default: Il-perjodu ta' żmien issettjat mill-Parteċipant fil-Programm qabel ma jintbagħat li jistabbilixxi meta l-iskaner jidħol fil-modalità ta’ enerġija baxxa. Il-ħin default għall-modalità ta' enerġija baxxa għandu jitkejjel mill-ħin meta tiġi skanjata l-aħħar immaġini.

    B.   Il-kwalifikazzjoni ta’ prodott għall-ENERGY STAR

    Speċifikazzjonijiet Tekniċi: Il-Parteċipant fil-Programm jaqbel li jintroduċi unità bażi speċifika waħda jew aktar minn waħda li tikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija hawn taħt.

    Tabella 10

    Kriterji għall-iskaners li Jikkwalifikaw għall-ENERGY STAR

    Modalità ta’ enerġija baxxa

    Ħin default għall-modalità ta’ enerġija baxxa

    ≤ 12 watts

    ≤ 15 minuti

    Ċ.   Linji Gwida tat-Test

    1.

    Kundizzjonijiet tat-Test: Hawn taħt jinsabu l-kondizzjonijiet ambjentali tat-test li għandhom jiġu stabbiliti meta jitwettaq il-kejl ta' l-enerġija. Dawn huma meħtieġa biex jiġi żgurat li fatturi barranin ma jaffettwawx ir-riżultati tat-test, u li r-riżultati tat-test ikun jistgħu jiġu riprodotti aktar tard.

    Impedenza tal-linja: < 0,25 ohm

    Distorsjoni armonika totali: < 5 %

    Temperatura Ambjentali: Temperatura Ambjentali: 25 grad C +/- 3 grad C

    Vultaġġ tad-dħul AC: 115 VAC RMS +/- 5 V RMS

    Frekwenza tad-dħul AC: 60 Hz +/- 3 Hz

    2.

    Apparat ta’ l-Ittestjar: Jgħoddu d-dispozizzjonijiet tat-Taqsima I.C.2.

    3.

    Metodu tat-test: Jgħoddu d-dispozizzjonijiet tat-Taqsima I.C.3.

    VI.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET TA' MEKKANIZMU B'DIVERSI FUNZJONIJIET

    Dawn l-Ispeċifikazzjonijiet ta' mekkanizmu b'diversi funzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu sal-31 ta’ Marzu 2007.

    A.   Definizzjonijiet

    1.

    Mekkaniżmu b'diversi funzjonijiet: Mekkaniżmu b'diversi funzjonijiet (MFD) li huwa mekkaniżmu fiżikament integrat jew f'kombinazzjoni ma’ komponenti funzjonalment integrati (l-“unità bażi”, ara d-definizzjoni ta' hawn taħt) li jipprovdi kopji fiżiċi duplikati minn oriġinali grafiċi ta' kopji fiżiċi (distint minn ikkopjar ta' konvenjenza ta' kopja waħda, ara l-paragrafu li jmiss) kif ukoll li jwettaq funzjoni prinċipali waħda jew aktar minn dawn li ġejjin: stampar ta' dokumenti (minn informazzjoni diġitali riċevuta minn kompjuters konnessi direttament, kompjuters f’netwerks, servers tal-fajl u trażmissjonijiet bil-faks) jew iffaksjar (jibgħat u jirċievi). MFD jista’ jinkludi wkoll skanjar għal fajl tal-kompjuter jew kapaċitajiet oħra mhux elenakti f'din l-Ispeċifikazzjoni. Il-mekkaniżmu jista’ jiġi konness ma’ netwerk u jista’ joħroġ immaġini suwed u bojod, skala ta' griż, jew bil-kulur. L-EPA tantiċipa li Speċifikazzjoni separata tista’ fl-aħħar mill-aħħar tkun meħtieġa biex tkopri mekkaniżmi tal-kulur minħabba żviluppi teknoloġiċi possibbli relatati ma’ l-immaġini tal-kulur, iżda għal issa dawn il-mekkaniżmi huma inklużi f'din l-Ispeċifikazzjoni.

    Din l-Ispeċifikazzjoni tkopri prodotti li huma mqiegħda fis-suq u mibjugħa bħala mekkaniżmu b’diversi funzjonijiet li l-funzjoni primarja tagħhom hija li jikkopjaw iżda li huma kapaċi li jwettqu ż-żewġ funzjonijiet prinċipali addizzjonali ta' stampar u faxjar. Il-mekkaniżmi li l-funzjoni primarja tagħhom hija li jiffaksjaw u li joffri kapaċitajiet limitati ta' kkopjar ta' folji (l hekk imsejħa kopjar ta' konvenjenza ta' folja waħda) huma koperti taħt l-Ispeċifikazzjoni printer/faks.

    Jekk l-MFD ma jkunx unità waħda integrata iżda sett ta' komponenti funzjonalment integrati, allura l-manifattur għandu jiċċertifika li meta jiġu installati korrettement fil-qasam is-somma ta' l-użu kollu ta' l-enerġija għall-komponenti kollha MFD li jikkomprendu l-unità bażi għandha tilħaq il-livelli aktar baxxi elenkati hawn taħt biex jikkwalifika bħala MFD konformi ENERGY STAR.

    Xi kopjaturi diġitali jistgħu jiġu imtejba għall-MFD fil-qasam bl-istallazzjoni ta' mekkaniżmi miżjuda li jippermettu l-kapaċitajiet ta' stampar jew iffaksjar. Il-Parteċipant fil-Programm jista’ jqies li din is-sistema ta' komponenti tkun MFD, u tista’ tikkwalifika skond l-Ispeċifikazzjonijiet fit-Tabelli 11 u 12. żda, meta l-kopjatur diġitali jinbiegħ indipendentement ta' mekkaniżmi li jistgħu jiżdiedu, il-kopjatur għandu jikkwalifika skond l-Ispeċifikazzjonijiet għal kopjatur diġitali mtejjeb fit-Tabelli 13 u 14.

    Xi printers jistgħu jittejbu f'MFD fil-qasam bl-istallazzjoni ta' mekkaniżmi miżjuda li jippermettu l-ikkopjar (mhux biss ikkopjar ta' konvenjenza ta' folja waħda) iżda wkoll li jippermettu kapaċitajiet ta' ffaxjar. Il-Parteċipanti fil-Programm jistgħu jqisu din is-sistema ta' komponenti li tkun MFD, u tista’ tikkwalifika skond l-Ispeċifikazzjonijiet MFD. Iżda, meta mibjugħ indipendentement, il-printer ma jistax jiġi rappreżentat bħala mekkaniżmu konformi ma’ l-ENERGY STAR sakemm ma jkunx jikkonforma ma’ l-Ispeċifikazzjonijiet ta' printer ta' l-ENERGY STAR.

    2.

    Veloċità tar-riproduzzjoni ta' l-immaġini: L-immaġini kull minuta (ipm) tkejjel il-veloċità tar-riproduzzjoni ta' l-immaġini speċifikata f'termini ta' ħruġ ta' test b'kulur wieħed kull minuta fir-riżoluzzjoni default ta’ l-MFD. Immaġini waħda hija definita bħala paġna stampata ta' daqs 8,5″ × 11″ jew ta' daqs A4 ta' ħruġ ta' test b'kulur wieħed bi spazju wieħed bejn il-linji, tipa punt 12, font Times, marġini ta' 1″ (2,54 cm) fin-naħat kollha tal-paġna. Folji jew kopji stampati fuq iż-żewġ naħat jgħoddu bħala żewġ immaġini allavolja jiġu stampati fuq paġna waħda. Jekk f'data aktar tard l-EPA toħloq proċedura ta' test speċifikament maħsuba biex tkejjel il-veloċità ta' l-istampar, allura l-proċedura tat-test għandha tissoprasjedi l-ispeċifikazzjonijiet tal-veloċità tal-ħruġ elenkati f'din it-taqsima.

    Għall-mudelli kollha ta' mekkaniżmi b'diversi funzjonijiet il-veloċità tal-magna għandha tkun ibbażata jew fuq daqs ta' karta 8,5″ jew 11″ jew daqs A4, skond liema huwa standard fis-suq partikolari. Jekk il-veloċità tal-kopjatur u l-printers ikunu differenti, skond liema veloċità tkun l-ogħla għandha tintuża biex tistabbilixxi l-kategorija tal-veloċità li għaliha jappartjeni l-mekkaniżmu.

    Għall-mudelli ta' mekkaniżmi għall-format kbir b'diversi funzjonijiet maħsuba primarjament biex jużaw karta A2 jew 17″ × 22″ jew akbar, il-veloċità tar-riproduzzjoni mkejla bħala mmaġini ta' daqs A2 jew A0 kull minuta għandha tiġi kkonvertita f'veloċitajiet ta' riproduzzjoni ta' immaġini ta' daqs A4, kif ġej:

    (a)

    immaġini waħda A2 kull minuta hija ekwivalenti għal erba’ immaġini A4 kull minuta;

    (b)

    immaġini waħda A0 kull minuta hija ekwivalenti għal 16-il immaġini A4 kull minuta.

    Il-mekkanizmi b'diversi funzjonijiet għandhom jinqasmu fil-kategoriji li ġejjin.

    Mekkanizmi personali b'diversi funzjonijiet: Mekkaniżmi b'diversi funzjonijiet b'veloċità tal-magna għall-produzzjoni ta' immaġini moltipliċi ta' 10 immaġini fil-minuta jew anqas.

    Mekkaniżmi b'diversi funzjonijiet b'veloċità baxxa: Mekkaniżmi b'diversi funzjonijiet b'veloċità tal-magna għall-produzzjoni ta' immaġini moltipliċi ta' aktar minn 10 immaġini jew anqas jew ugwali għal 20 immaġini fil-minuta.

    Mekkaniżmi b'diversi funzjonijiet b'veloċità medja: Mekkaniżmi b'diversi funzjonijiet b'veloċità tal-magna għall-produzzjoni ta' immaġini moltipliċi ta' aktar minn 20 immaġini jew anqas jew ugwali għal 44 immaġini fil-minuta.

    Mekkaniżmi b'diversi funzjonijiet b'veloċità medja/għolja: Mekkaniżmi b'diversi funzjonijiet b'veloċità tal-magna għall-produzzjoni ta' immaġini moltipliċi ta' aktar minn 44 immaġini jew anqas jew ugwali għal 100 immaġini fil-minuta.

    Mekkaniżmi b'diversi funzjonijiet b'veloċità għolja (15):

    3.

    Unità bażi: Għall-veloċità partikolari ta' magna, l-unità bażi hija definita bħala l-verżjoni l-aktar bażika ta' mekkaniżmu b'diversi funzjonijiet li huwa attwalment mibjugħ bħala mudell operazzjonali kollu kemm hu. L-unità bażi tista’ tiġi disinjata u mibgħuta bħala biċċa waħda jew bħala kombinazzjoni ta' komponenti funzjonalment integrati. L-unità bażi għandha tippermetti l-ikkopjar u waħda jew iż-żewġ funzjonijiet prinċipali addizzjonali ta' stampar jew iffaksjar. L-unità bażi ma tinkludix xi aċċessorji esterni li jikkonsmaw l-enerġija li jistgħu jinbiegħu separatament..

    4.

    Aċċessorji: Biċċa apparat addizzjonali li mhijiex meħtieġa għall-operat standard ta' l-unità bażi iżda li tista’ tiżdied qabel jew wara li tintbagħat sabiex ittejjeb jew tibdel it-twettiq tal-mekkaniżmu b'diversi funzjonijiet. Ezempji ta' aċċessorji jinkludu: makkinarju li jagħżel, makkinarju ta' tmiegħ ta' karta fi kwantità, apparat għar-raffinar tal-karta, mekkaniżi li jipprovdu provvista kbira ta' karta, organizzaturi tal-karti li joħorġu u key counters. Aċċessorju jista jinbiegħ separatament taħt in-numru tiegħu tal-mudell, jew jinbiegħ bħala unità bażi bħala parti minn pakkett ta' mekkaniżmu b'funzjonijiet varji jew konfigurazzjoni. Huwa assunt li ż-żieda ta' xi aċċessorju m’għandhiex iżżid sostanzjalment (aktar minn 10 % għall-aċċessorji kollha) il-konsum ta' enerġija fil-modalità ta’ enerġija baxxa jew ta' rqad ta' l-unità bażi (irrispettivament mill-konsum ta' enerġija ta' l-aċċessorji). Ebda aċċessorju ma għandu jimpedixxi l-operat normali tal-karatteristiċi tal-modalità ta’ enerġija baxxa jew sleep.

    5.

    Mudell ta' mekkaniżmu b'funzjonijiet varji: Għall-finijiet ta' din l-Ispeċifikazzjoni, mudell ta' mekkaniżmu b'funzjonijiet varji huwa definit bħala unità bażi u aċċessorju speċifiku wieħed jew aktar li huma reklamati u mibjugħa lill-konsumaturi taħt numru ta' mudell wieħed. Meta reklamati u mibjugħa lill-konsumaturi mingħajr aċċessorji addizzjonali, unità bażi tista’ titqies ukoll bħala mudell b'funzjonijiet varji.

    6.

    Modalità Standby: Il-kondizzjoni li teżisti meta l-magna ma tkunx qed tipproduċi ħruġ, tkun laħqet il-kondizzjonijiet ta' operat u tkun lesta biex toħroġ kopji stampati, iżda tkun għada ma daħlitx fil-modalità ta’ enerġija baxxa. Meta l-mekkaniżmu ta' funzjonijiet varji jkun f'din il-modalità, ma jkun hemm kważi ebda dewmien qabel ma’ l-mekkaniżmu b'funzjonijiet varji jkun kapaċi li jibda joħroġ il-kopja li jmiss.

    7.

    Modalità ta' enerġija baxxa: Għall-finijiet ta' din l-Ispeċifikazzjoni, il-modalità b'enerġija baxxa hija l-kondizzjoni li teżisti meta l-mekkaniżmu b'funzjonijiet varji ma jkunx qed jipproduċi ħruġ ta' kopji u jkun qed jikkonsma anqas enerġija minn meta jkun fil-modalità stand-by. Meta l-mekkaniżmu b'funzjonijiet varji jkun f’din il-modalità jista’ jkun hemm xi dewmien fil-produzzjoni tal-ħruġ ta' kopji. F'din il-modalità m’għandu jkun hemm ebda dewmien fl-aċċettazzjoni ta' informazzjoni minn sorsi ta' dħul tal-faks jew stampar jew skanjar. Il-mekkanizmu b'funzjonijiet varji jidħol f'din il-mod f'perjodu speċifikat ta' zmien wara l-ħruġ ta' l-aħħar kopja jkun x'ikun is-sors ta' dħul. Għall-prodotti li jħarsu r-rekwiżiti ta' l-enerġija ta' modalità ta’ enerġija baxxa fil-mod standby, ebda tnaqqis fl-enerġija ma huwa meħtieġ biex ikun jikkonforma.

    8.

    Stat Rieqed: Għall-finijiet ta' din l-Ispeċifikazzjoni, il-modalità sleep huwa l-istat ta' l-anqas enerġija li l-mekkaniżmu ta' diversi funzjonijiet jista’ awtomatikament jidħol fih mingħajr ma attwalment jintefa. B'dan il-mod kemm id-dħul ta' kopji fiżiċi u l-aċċettazzjoni ta' informazzjoni fi immaġini minn xi sorsi ta' dħul jistgħu jittardjaw. Il-mekkaniżmu b'diversi funzjonijiet jidħol fil-modalità sleep f'perjodu speċifikat ta' żmien wara l-ħruġ ta' l-aħħar kopja stampata jew wara li jkun daħal fil-modalità ta’ enerġija baxxa jekk dan il-modalità ta’ enerġija baxxa jkun provdut..

    9.

    Ħinjiet default: Il-perjodu ta' żmien issettjat mill-Parteċipant fil-Programm qabel il-konsenja li jistabbilixxi meta l-mekkaniżmu b'funzjonijiet varji għandu jidħol fil-modjiet differenti (jiġifieri l-modalità ta’ enerġija baxxa, il-modalità sleep, eċċ. Kemm il-ħinijiet default tal-modalità sleep u l-ħinijiet default tal-modalità ta’ enerġija baxxa għandhom jitkejlu miż-żmien meta tkun ħarġet l-aħħar kopja stampata.)

    10.

    Ħin ta' rkupru: L-ammont ta' żmien li huwa meħtieġ biex il-mekkaniżmu b'funzjonijiet varji jinġieb mill-modalità ta’ enerġija baxxa għall-mod stand-by.

    11.

    Modalità awtomatiku ta’ kkopjar fuq żewġ naħat: Il-mod li fiha il-mekkaniżmu b'funzjonijiet varji awtomatikament iqiegħed l-immaġini fuq iż-żewġ naħat ta' karta billi jibgħat awtomatikament kemm il-karta kif ukoll l-oriġinal grafiku minn ġo l-mekkaniżmu b'funzjonijiet varji. Eżempji ta' dan huma l-ikkopjar fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat, ikkopjar minn żewġ naħat għal żewġ naħat, jew stampar fuq iż-żewġ naħat. Għall-finijiet ta' din l-Ispeċifikazzjoni, mudell ta' mekkaniżmu b'funzjonijiet varji jitqies li jkollu mod awtomatika doppja jekk il-mudell tal-mekkaniżmu b'funzjonijiet varji jinkludi l-aċċessorji kollha meħtieġa biex jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' hawn fuq (jiġifieri apparat għat-tmiegħ awtomatiku tad-dokument u aċċessorji għall-kapaċitajiet awtomatiċi ta' kopjar doppju).

    12.

    Tajmer ta' kull gimgħa: Mekkanizmu intern li jixgħel u jitfi mekkanizmu b'funzjonijiet varji f’ħinijiet stabbiliti minn qabel ta' kull jum. Meta jkun qed jipprogramma t-tajmer, il-klijent għandu jkun jista’ jiddistingwi bejn jiem tax-xogħol u jiem ta' tmiem-il ġimgħa/vaganzi (jiġifieri t-tajmer m’għandux jixgħel il-kopjatur is-Sibt jew il-Ħadd filgħodu jekk l-impjegati ma jkunux normalment fl-uffiċċju fil-jiem ta' tmiem-il ġimgħa. Il-klijent għandu wkoll ikun jista’ jiskonnettja t-tajmer. It-tajmers ta' kull ġimgħa huma karatteristiċi mhux obbligatorji, u għalhekk mhumiex meħtieġa għall-MFDs konformi ma l-ENERGY STAR. Jekk ikun inkluż f'mudelli ta' mekkaniżmi b'funzjonijiet varji, it-tajmers ta' kull ġimgħa ma għandhomx ifixklu l-funzjoni tal-karatteristiċi tal-modalità ta’ enerġija baxxa u ta' rqad.

    13.

    Kopjatur diġitali li jista’ jsirlu titjib: Unità kummerċjali ta' l-istampar reprografiku li l-funzjoni unika tagħha hija l-produzzjoni ta' kopji minn kopja grafika fuq il-karta oriġinali li tuża teknoloġija diġitali għall-immaġini, iżda li tipprovdi l-għażla li tkun imtejba biex toffri funzjonijiet moltipliċi, bħala kapaċitajiet ta' stampar jew iffaksjar, permezz ta' l-istallazzjoni ta' mekkaniżmi miżjuda. Sabiex ikun klassifikat bħala kopjatur diġitali li jista jittejjeb taħt l-Ispeċifikazzjoni MFD, l-għażliet għat-titjib għandhom ikunu disponibbli fis-suq jew isiru disponibbli fis-suq fi żmien sena wara li tibda tinbiegħ l-unità bażi. Kopjaturi diġitali li mhumiex maħsuba għal titjib funzjonali għandhom jikkwalifikaw għal-logo ENERGY STAR taħt l-Ispeċifikazzjoni tal-kopjatur.

    B.   Il-kwalifikazzjoni ta’ prodott għall-ENERGY STAR

    1.

    L-Ispeċifikazzjonijiet tekniċi

    Il-Parteċipant fil-Programm ENERGY STAR jaqbel li jintroduċi mudell wieħed jew aktar ta' mekkaniżmi speċifiċi b'funzjonijiet varji li jikkonformaw ma’ l-Ispeċifikazzjonijiet murija fit-Tabelli ta' hawn taħt.

    (a)

    Mekkaniżmi b'diversi funzjonijiet ta' daqs standard: Biex jikkwalifika bħala konformi ma’ l-ENERGY STAR, mudelli ta' mekkaniżmi b'funzjonijiet varji maħsuba biex jimmaniġġjaw primarjament karta ta' daqs ta' 8,5 × 11 jew ta' daqs A4. Il-veloċitajiet kollha tal-mekkaniżmi għandhom jitkejlu fir-rigward ta' numru ta' immaġini ta' daqs 8,5″ × 11″ jew ta' daqs A4 li jgħaddu kull minuta, kif deskritt fit-Taqsima VI.A.2, hawn fuq.

    Tabella 11

    Kriterji għall-mekkaniżmi b'funzjonijiet varji li jikkwalifikaw għall-ENERGY STAR

    Veloċità ta' mekkaniżmu b'funzjonijiet varji

    (immaġini kull minuta)

    Modalità ta’ enerġija baxxa

    (Watts)

    Ħin ta' rkupru ta'

    30 sekonda

    Il-Modalità Sleep

    (Watts)

    Ħin default fil-modalità sleep

    Modalità awtomatika ta' kkopjar fuq żewġ naħat

    0 < ipm < 10

    NA

    NA

    < 25

    < 15 min

    Le

    10 < ipm < 20

    NA

    NA

    < 70

    < 30 min

    Le

    20 < ipm < 44

    3,85 × ipm +50

    Iva

    < 80

    < 60 min

    Mhux obbligatorju

    44 < ipm < 100

    3,85 × ipm +50

    Irrakkomandat

    < 95

    < 90 min

    Mhux obbligatorju

    100 < ipm

    3,85 × ipm +50

    Irrakkomandat

    < 105

    < 120 min

    Mhux obbligatorju

    (b)

    Mekkaniżmi b'format kbir: Biex jikkwalifikaw bħala konformi ma’ l-ENERGY STAR, mudelli ta' mekkaniżmi b'funzjonijiet varji ta' format kbir maħsuba biex jimmaniġġaw primarjament karta A2 jew 17 ″× 22″ jew akbar għandhom jikkonformaw ma’ l-Ispeċifikazzjonijiet ipprovduti fit-Tabella 12. Il-veloċitajiet ta' mekkaniżmu ta' format kbir għandhom jitkejlu fir-rigward tan-numru ta' immaġini ta' daqa A4 li jgħaddu kull minuta, kif deskritt fit-Taqsima IV.A.2, hawn fuq.

    Tabella 12

    Kriterji għall-mekkaniżmi b'funzjonijiet varji li jikkwalifikaw għall-ENERGY STAR – MEKKANIŻMI B'FORMAT KBIR

    Veloċità ta' mekkaniżmu b'funzjonijiet varji

    (immaġini kull minuta)

    Modalità ta’ enerġija baxxa

    (Watts)

    Ħin ta' rkupru

    ta' 30 sekonda

    Il-Modalità Sleep

    (Watts)

    Ħin default fil-modalità sleep

    Modalità awtomatika ta' kkopjar fuq żewġ naħat

    0 < ipm < 40

    NA

    NA

    < 70

    < 30 min

    Le

    40 < ipm

    4,85 × ipm +50

    Irrakkomandat

    < 105

    < 90 min

    Le

    (c)

    Kopjaturi diġitali li jistgħu jittejbu: Biex jikkwalifikaw għall-ENERGY STAR taħt l-Ispeċifikazzjoni għall-mekkaniżmu b'funzjonijiet varji, kopjaturi diġitali li jistgħu jittejbu maħsuba biex jimmaniġġaw primarjament daqs ta' karta 8,5″ × 11″ jew ta' daqs A-4 għandhom iħarsu r-rekwiżiti ipprovduti fit-Tabella 13. Il-veloċitajiet kollha tal-mekkaniżmu għandhom jitkejlu fir-rigward tan-numru ta' immaġini ta' daqs 8,5″ × 11″ jew ta' daqs A-4 li jgħaddu kull minuta, kif deskritt fit-Taqsima IV.A.2, hawn fuq.

    Tabella 13

    Kriterji għall-mekkaniżmi b'funzjonijiet varji li jikkwalifikaw għall-ENERGY STAR KOPJATURI DIĠITALI LI JISTGĦU JITTEJBU

    Veloċità ta' kopjaturi diġitali li jistgħu jittejbu

    (immaġini kull minuta)

    Modalità ta’ enerġija baxxa

    (Watts)

    Ħin ta' rkupru

    ta' 30 sekonda

    Modalità sleep  (16)

    (Watts)

    Ħin default fil-modalità sleep

    0 < ipm ≤ 10

    NA

    NA

    ≤ 5

    ≤ 15 min

    10 < ipm ≤ 20

    NA

    NA

    ≤ 5

    ≤ 30 min

    20 < ipm ≤ 44

    3,85 × ipm +5

    Iva

    ≤ 15

    ≤ 60 min

    44 < ipm ≤ 100

    3,85 × ipm +5

    Irrakkomandat

    ≤ 20

    ≤ 90 min

    100 < ipm

    3,85 × ipm +5

    Irrakkomandat

    ≤ 20

    ≤ 120 min

    Innota li l-kriterji għall-kopjaturi diġitali li jistgħu jittejbu huma identiċi għal dawk ta' l-Ispeċifikazzjonijiet tal-kopjatur.

    (d)

    Kopjaturi diġitali li jistgħu jittejbu b'format kbir: Biex jikkwalifikaw għall-ENERGY STAR taħt l-Ispeċifikazzjoni għall-mekkaniżmu b'funzjonijiet varji, kopjaturi diġitali li jistgħu jittejbu maħsuba biex jimmaniġġaw primarjament daqs ta' karta A2 or 17″ × 22″ għandhom iħarsu r-rekwiżiti provduti fit-Tabella 14. l-veloċitajiet kollha tal-mekkaniżmu għandhom jitkejlu fir-rigward tan-numru ta' immaġini ta' daqs 8,5″ × 11″ jew ta' daqs A-4 li jgħaddu kull minuta, kif deskritt fit-Taqsima IV.A.2 ta’ l-Ispeċifikazzjoni.

    Tabella 14

    Kriterji għall-mekkaniżmi b'funzjonijiet varji li jikkwalifikaw għall-ENERGY STAR — KOPJATURI DIĠITALI LI JISTGĦU JITTEJBU B'FORMAT KBIR

    Veloċità ta' kopjaturi diġitali li jistgħu jittejbu

    (immaġini kull minuta)

    Modalità ta’ enerġija baxxa

    (Watts)

    Ħin ta' rkupru

    ta' 30 sekonda

    Il-Modalità Sleep

    (Watts)

    Ħin default fil-modalità sleep

    0 < ipm ≤ 40

    NA

    NA

    ≤ 65

    ≤ 30 min

    40 < ipm

    4,85 × ipm +45

    NA

    ≤ 100

    ≤ 90 min

    2.

    Rekwiżiti addizzjonali

    Minbarra r-rekwiżiti murija fit-Tabella 11 sa 14, ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin għandhom ukoll ikunu mħarsa.

    (a)

    Ħin default għall-modalità ta’ enerġija baxxa: Għal MFDs u kopjaturi diġitali li jistgħu jittejbu, il-Parteċipant fil-Programm għandu jibgħat mudelli ta' mekkaniżmi b'funzjonijiet varji bil-ħin default għall-mod f'enerġija baxxa issettjat bħala ta' 15-il minuta. Il-Parteċipant fil-Programm għandu jissettja l-ħinijiet default għall-modalità sleep fil-livelli speċifikati fit-Tabelli 11 sa 14. Il-ħinijiet default għall-modalità ta’ enerġija baxxa u l-modalità sleep għandhom jitkejlu mill-ħin li tkun ħarġet l-aħħar kopja jew li fih kienet stampata l-aħħar paġna.

    (b)

    Ħin ta' rkupru mill-modalità ta’ enerġija baxxa: Il-ħin attwali ta' rkupru mill-modalità ta’ enerġija baxxa għandu jitqiegħed fil-letteratura tal-prodott għal dawk il-prodotti li għandhom modalità ta’ enerġija baxxa.

    (ċ)

    Tajmers ta' kull ġimgħa: Innota li tajmers ta' kull ġimgħa jistgħu jiġu nkorporati, izda ma għandhomx jolqtu ħazin jew ifixklu l-operat normali tal-modi ta' enerġija baxxa jew ta' rqad. Hija l-intenzjoni ta' l-EPA li kull karatteristiċi mizjuda li jikkumplimentaw il-modi ta' enerġija baxxa ma għandhomx jinnewtralizzaw dawk l-effetti.

    (d)

    Karatteristiċi ta' ikkopjar doppju awtomatiku: L-ikkopjar doppju mhux meħtieġ li jkollu ssettjar ta' default għall-mekkaniżmi b'funzjonijiet varji. Iżda, huwa meħtieġ li dan ikun offrut għall-mekkaniżmi b'funzjonijiet varji ta' daqs standard b'veloċità ta' aktar minn 20 ipm. Ukoll, huwa rakkomandat li l-mekkaniżmi b'funzjonijiet varji jintbagħtu b'ikkopjar doppju awtomatiku ssettjat b'mod default għall-ikkopjar u kull funzjonijiet oħra possibbli u deskritti lill-klijenta waqt l-istallazzjoni.

    3.

    Eċċezzjonijiet u kjarifiki:

    Wara l-konsenja, il-Parteċipant fil-Programm jew ir-rappresentant nominat tiegħu tas-servizz m’għandux jibdel il-mudell tal-mekkaniżmu b'dak il-mod li jeffettwa l-abbiltà tal-mekkaniżmu b'funzjonijiet varji li jikkonforma ma’ l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija hawn fuq. Ċerti eċċezzjonijiet huma permessi fil-bdil tal-ħinijiet default u l-mod ta' kkopjar doppju. Dawn l-eċċezzjonijiet huma kif ġej:

    (a)

    Ħinjiet default: Wara l-konsenja, il-Parteċipant fil-Programm, ir-rappreżentant maħtur fis-servizz jew il-klijent jistgħu jibdlu l-ħinijiet default għal kull waħda mil-karatteristiċi ta' modalità ta’ enerġija baxxa jew ta' rqad, iżda biss sa massimu ssettjat mill-fabbrika ta' 240 minuta (jiġifieri l-ħin kombinat totali tal-ħinijiet default m’għandux jeċċedi l-240 minuta).

    (b)

    Mekkaniżmi għal kontra l-umdità: F'xi każi l-Parteċipant fil-Programm jista’ jeħtieġ li jibgħat mudell ta' mekkaniżmu b'funzjonijiet varji bil-mekkaniżmu kontra l-umdità mhux konness sabiex iħares ir-rekwiżiti ta’ l-enerġija fil-modalità sleep. Jekk din is-sitwazzjoni twassal għal inkonvenjent ta' ċertu daqs għal xi xerrej speċifiku, il-Parteċipant fil-Programm (jew ir-rappreżentant maħtur tas-servizz) jista’ jqabbad il-mekkaniżmu ta' kontra l-umdità. Jekk il-Parteċipant fil-Programm jistabbilixxi li f'ċerta żona ġeografika jkun hemm problemi kroniċi ta' effiċjenza assoċjati ma’ livelli għolja ta' umdità, il-Parteċipant fil-Programm jista’ jikkuntattja lill-maniġer tal-programm EPA (17) (kif insemmi fid-Dokument A meħmuż) u jiddiskuti soluzzjonijiet alternattivi. Pereżempju, l-EPA jista’ jippermetti lill-Parteċipant fil-Programm li jikkonnettja l-mekkaniżmi għal kontra l-umdità f'mudelli ta' mekkaniżmu b'funzjonijiet varji li jintbagħtu lejn żona ġeografika umda ħafna.

    (ċ)

    Ħruġ mill-modalità sleep: Jekk f'każ individwali fejn il-modalità sleep ikun qed joħloq lill-klijent inkonvenjent pjuttost kbir minħabba l-mod ta' użu partikolari tiegħu/tagħha, il-Parteċipant fil-Programm, ir-rappreżentant tas-servizz nominat jew il-klijent jistgħu jneħħu l-karatteristika tal-modalità sleep. Jekk il-Parteċipant fil-Programm jagħżel li jiddisinja mudelli ta' mekkaniżmi b'funzjonijiet varji biex jippermetti lill-klijent li jiskonnettja l-karatteristika tal-modalità sleep, allura l-għażla biex wieħed jiskonnettja għandu jkun hemm aċċess għaliha b'mod differenti mill-issettjar tal-ħin (pereżempju, jekk menu tas-softwer jipprovdi ħinijiet ta' dewmien tal-modalità sleep ta' 15, 30, 60, 90, 120, u 240 minuta allura “skonnettja” jew “itfi” ma għandhomx ikunu għażla f'dan il-menu. Hija għandha tkun għazla moħbija (jew anqas ovvja) jew inkluza f'menu differenti).

    Ċ.   Linji Gwida tat-Test

    1.

    Kondizzjonijiet tat-Test

    Hawn taħt jinsabu l-kondizzjonijiet ambjentali tat-test li għandhom jiġu stabbiliti meta jitwettaq il-kejl ta' l-enerġija. Dawn huma meħtieġa biex jiġi żgurat li fatturi barranin ma jaffettwawx ir-riżultati tat-test, u li r-riżultati tat-test ikun jistgħu jiġu riprodotti aktar tard.

    Impedenza tal-linja: < 0,25 ohm

    Distorsjoni armonika totali: < 3 %

    Temperatura Ambjentali: Temperatura Ambjentali: 21 grad C +/- 3 grad C

    Umdità Relattiva: 40 -60 %

    Distanza mill-ħajt: minimu ta’ 2 piedi

    Kriterji oħra speċifiċi għas-suq:

    Suq

    Daqs tal-karta

    Vultaġġ/frekwenza

    L-Istati Uniti

    8.5" × 11"

    115 V RMS +/- 5 V

    60 Hz +/- 3Hz

    L-Ewropa

    A4

    230 V RMS +/- 10 V

    50 Hz +/- 3 Hz

    Il-Ġappun

    A4

    100 V RMS +/- 5 V

    50 Hz +/- 3 Hz u 60 Hz +/- 3 Hz

    200 V RMS +/- 10 V

    50 Hz +/- 3 Hz u 60 Hz +/- 3 Hz

    2.

    Apparat ta’ l-Ittestjar: Jgħoddu d-dispozizzjonijiet tat-Taqsima I.C.2.

    3.

    Metodu tat-test: Jgħoddu d-dispozizzjonijiet tat-Taqsima I.C.3.

    VII.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAT-TAGĦMIR TA’ L-IMMAĠINI

    Dawn l-Ispeċifikazzjonijiet tat-Tagħmir ta’ l-Immaġini li ġejjin għandhom jgħoddu mill-1 ta’ April 2007.

    A.   Definizzjonijiet

    Prodotti

    1.

    Kopjatur: Tagħmir ta’ l-immaġini disponibbli kummerċjalment u li l-funzjoni unika tiegħu hija l-produzzjoni ta' kopji minn kopja grafika oriġinali stampata. L-unità għandha tkun tista’ tieħu l-enerġija minn plakka mal-ħajt jew minn kollegament tad-data jew tan-netwerk. Din id-definizzjoni hija maħsuba li tkopri prodotti li huma mibjugħa fis-suq bħala kopjaturi jew kopjaturi diġitali li jistgħu jittejbu (UDCs - upgradeable digital copiers).

    2.

    Duplikatur Diġitali: Tagħmir ta’ l-immaġini disponibbli kummerċjalment li jinbiegħ fis-suq bħala sistema ta’ l-irduppjar għal kollox awtomatika bil-metodu ta’ l-irduppjar bi stensil b’funzjoni ta’ riproduzzjoni diġitali. L-unità għandha tkun tista’ tieħu l-enerġija minn plakka mal-ħajt jew minn kollegament tad-data jew tan-netwerk. Din id-definizzjoni hija maħsuba li tkopri prodotti li huma mibjugħa fis-suq bħala duplikaturi diġitali.

    3.

    Magni tal-Facsimile (Magna tal-Faks): Tagħmir ta’ l-immaġini disponibbli kummerċjalment li l-funzjonijiet ewlenija tiegħu huma li jiskanja kopji stampati oriġinali għat-trażmissjoni elettronika lejn unitajiet fil-bogħod u li jirċievi trażmissjonijiet elettroniċi simili biex jipprovdi produzzjoni stampata. It-trażmissjoni elettronika hija primarjament permezz ta’ sistema tat-telefon pubblika, iżda tista’ wkoll tkun permezz tan-netwerk tal-kompjuter jew l-Internet. Il-prodott jista’ wkoll ikun jista’ jipproduċi kopji doppji stampati. L-unità għandha tkun tista’ tieħu l-enerġija minn plakka mal-ħajt jew minn kollegament tad-data jew tan-netwerk. Din id-definizzjoni hija maħsuba li tkopri prodotti li huma mibjugħa fis-suq bħala magni tal-faks.

    4.

    Magna li timposta: Tagħmir ta’ l-immaġini disponibbli kummerċjalment li jservi biex jistampa l-posta fuq oġġetti tal-posta. L-unità għandha tkun tista’ tieħu l-enerġija minn plakka mal-ħajt jew minn kollegament tad-data jew tan-netwerk. Din id-definizzjoni hija maħsuba li tkopri prodotti li huma mibjugħa fis-suq bħala magni ta’ l-impustar.

    5.

    Mekkaniżmu b'diversi funzjonijiet (MFD): Tagħmir ta’ l-immaġini disponibbli kummerċjalment, li huwa tagħmir integrat fiżikament jew kombinazzjoni ta’ komponenti integrati funzjonalment, li jwettaq tnejn jew aktar mill-funzjonijiet ewlenin ta’ l-ikkopjar, l-istampar, l-iskanjar jew l-iffaksjar. Il-funzjonalità ta’ l-ikkopjar kif indirizzata f’din id-definizzjoni titqies li hija distinta mill-ikkopjar ta’ konvenjenza ta’ folja waħda li joffru l-magni tal-faks. L-unità għandha tkun tista’ tieħu l-enerġija minn plakka mal-ħajt jew minn kollegament tad-data jew tan-netwerk. Din id-definizzjoni hija maħsuba li tkopri prodotti li huma mibjugħa fis-suq bħala MFDs jew prodotti ta’ bosta funzjonijiet (MFPs - multifunction products).

    Nota: Jekk l-MFD mhuwiex unità waħda integrata, iżda sett ta’ komponenti integrati funzjonalment, imbagħad il-manifattur għandu jiċċertifika li meta jiġu istallati b’mod korrett fil-qasam, it-total ta’ l-użu kollu ta’ l-enerġija għall-komponenti kollha ta’ l-MFD li jinkludu l-unità bażi jiksbu l-livelli ta’ l-enerġija provduti fit-Taqsima VII.C. biex jikkwalifikaw bħala MFD ta’ l-ENERGY STAR.

    6.

    Printer: Tagħmir ta’ l-immaġini disponibbli kummerċjalment li jservi bħala tagħmir li jipproduċi l-kopji stampati, u huwa kapaċi li jirċievi informazzjoni minn kompjuter ta’ utent wieħed jew kompjuters imqabbda ma’ netwerk, jew tagħmir ieħor ta’ dħul (eż., kameras diġitali). L-unità għandha tkun tista’ tieħu l-enerġija minn plakka mal-ħajt jew minn kollegament tad-data jew tan-netwerk. Din id-definizzjoni hija maħsuba li tkopri prodotti li huma mibjugħa fis-suq bħala printers, inklużi printers li jistgħu jkunu mtejba f’MFDs fil-qasam.

    7.

    Skaner: Tagħmir ta’ l-immaġini disponibbli kummerċjalment li jaħdem bħala tagħmir elettro-ottiku li jikkonverti l-informazzjoni f’immaġini elettroniċi li jistgħu jkunu maħżuna, editjati, konvertiti jew trażmessi primarjament f’ambjent tal-kompjuters personali. L-unità għandha tkun tista’ tieħu l-enerġija minn plakka mal-ħajt jew minn kollegament tad-data jew tan-netwerk. Din id-definizzjoni hija maħsuba li tkopri prodotti li huma mibjugħa fis-suq bħala skaners.

    It-teknoloġiji ta’ l-immarkar

    8.

    Dirett Termali (DT): Teknoloġija ta’ l-immarkar li tittrasferixxi immaġini billi taħraq tikek fuq medja miksija hekk kif tgħaddi minn fuq ras ta’ l-istampar imsaħħna. Il-prodotti tad-DT ma juzawx zigarelli.

    9.

    Sublimazzjoni taż-Żebgħa (DS - Dye Sublimation): Teknoloġija ta’ l-immarkar fejn l-immaġini huma ffurmati billi tkun depożitata (sublimata) ż-żebgħa fuq il-medja ta’ l-istampar fuq l-ammont ta’ l-enerġija mogħtija mill-elementi li jsaħħnu.

    10.

    Elettrofotografija (EP): Teknoloġija ta’ l-immarkar karatterizzata mill-illuminazzjoni ta’ fotokonduttur f’disinn li jirrappreżenta l-immaġini stampata mixtieqa permezz ta’ sors tad-dawl, l-iżvilupp ta’ l-immaġini bil-partiċelli tal-linka bl-użu ta’ l-immaġini latenti fuq il-fotokonduttur biex tkun definita l-preżenza jew in-nuqqas tal-linka f’post definit, it-trasferiment tal-linka fuq il-kopja stampata finali, u l-fużjoni biex il-kopja stampata mixtieqa ssir durabbli. It-tipi ta’ EP jinkludu Laser, LED, u LCD. L-EP bil-kulur hija distinta mill-EP monokroma għaliex il-linka ta’ għall-inqas tliet kuluri differenti hija disponibbli fi prodott partikolari fl-istess ħin. Zewġ tipi ta’ EP bil-kulur huma definiti hawn taħt:

    (a)

    L-EP tal-Kulur Parallel: Teknoloġija ta’ l-immarkar li tuża aktar minn sors wieħed tad-dawl u ħafna fotokondutturi biex iżżid il-veloċità massima ta’ l-istampar bil-kulur.

    (b)

    L-EP tal-Kulur Serjali: Teknoloġija ta’ l-immarkar li tuża fotokonduttur wieħed b’mod serjali u sors tad-dawl wieħed jew aktar biex tikseb il-produzzjoni tal-kopja stampata b’ħafna kuluri.

    11.

    Impatt: Teknoloġija ta’ l-immarkar karatterizzata mill-formazzjoni ta’ immaġini tal-kopja stampata mixtieqa billi tittrasferixxi l-kolorant minn “żigarella” għal fuq il-medja permezz ta’ proċess ta’ l-impatt. Żewġ tipi ta’ teknoloġija ta’ l-impatt huma L-Impatt Iffurmat mit-Tikek u l-Impatt Iffurmat Sħiħ.

    12.

    Ink Jet (IJ): Teknoloġija ta’ l-immarkar fejn l-immaġini huma ffurmati billi jiġi depożitat il-kolorant f’qatriet żgħar direttament fil-medja ta’ l-istampar fil-manjiera ta’ matriċi. L-IJ bil-kulur huwa distint mill-IJ monokromu għaliex huwa disponibbli aktar minn kolorant wieħed fi prodott fi kwalunkwe ħin. It-tipi tipiċi ta’ IJ jinkludu l-IJ Pieżo-elettriku (PE), Sublimazzjoni ta’ l-IJ u IJ Termali.

    13.

    Linka Solida (SI – Solid Ink): Teknoloġija ta’ l-immarkar fejn il-linka hija solida f’temperatura normali u likwida meta msaħħna għat-temperatura tal-jetting. It-trasferiment għall-medja jista’ ikun dirett, iżda ħafna drabi ssir lejn tanbur jew ċintorin intermedju u mbagħad stampat bl-offset fuq il-medja.

    14.

    Stensil: Teknoloġija ta’ l-immarkar li tittrasferixxi l-immaġini fuq il-medja ta’ l-istampar minn stensil li huwa armat madwar tanbur tal-linka.

    15.

    It-Trasferiment Termali (TT): Teknoloġija ta’ l-immarkar fejn l-immaġini tal-kopja stampata mixtieqa hija ffurmata billi jkunu depożitati qatriet żgħar ta’ kolorant solidu (normalment xemgħa kkulurita) fi stat maħlul/fluwidu direttament fuq il-medja ta’ l-istampar bil-manjiera ta’ matriċi. It-TT huwa distint mill-IJ għaliex il-linka hija solida f’temperatura normali u ssir likwida meta tissaħħan.

    Il-Modalitajiet ta’ l-Operat, l-Attivitajiet u l-Istati ta’ l-Enerġija

    16.

    Attiv: L-istat ta’ l-enerġija li fih il-prodott huwa konness ma’ sors ta’ l-enerġija u attivament qed jipproduċi output, kif ukoll iwettaq xi funzjonijiet primarji oħrajn tiegħu.

    17.

    L-Istampar fuq Żewġ Naħat Awtomatiku: Il-kapaċità ta’ kopjatur, magna tal-faks, MFD jew printer li awtomatikament iqiegħed l-immaġini fuq iż-żewġ naħat ta’ folja prodotta, mingħajr manipolazzjoni manwali tal-produzzjoni bħala pass intermedju. Eżempji ta’ dan huma kkopjar minn stampar fuq naħa waħda għal stampar fuq żewġ naħat u kkopjar minn stampar fuq żewġ naħat għal stampar fuq żewġ naħat. Prodott jitqies li għandu kapaċità ta’ stampar awtomatika fuq żewġ naħat jekk il-mudell jinkludi l-aċċessorji kollha meħtieġa biex jissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ hawn fuq.

    18.

    Ħin tad-Dewmien Default: Il-ħin stabbilit mill-manifattur qabel il-konsenja li jiddetermina meta l-prodott jidħol f’modalità ta’ l-enerġija baxxa (eż., Sleep, Mitfi) wara li jlesti l-funzjoni primarja tiegħu.

    19.

    Mitfi: L-istat ta’ l-enerġija li jidħol fih il-prodott meta jkun intefa’ manwalment jew awtomatikament izda għadu pplaggjat u konness mad-dawl. Isir ħruġ minn din il-modalità meta jsir stimolu minn input, bħal swiċċ manwali tad-dawl jew tajmer bl-arloġġ biex l-unità tinġieb f’modalità lesta biex tintuża. Meta dan l-istat jirriżulta minn intevent manwali minn utent, spiss issir referenza għalih bħala Tifi Manwali, u meta jirriżulta minn stimuli awtomatiċi jew predeterminati, (eż. żmien ta’ dewmien jew arloġġ) spiss issir referenza għalih bħala Tifi Awtomatiku.

    20.

    Lest: Il-kondizzjoni li teżisti meta l-prodott mhux qed jipproduċi output, laħaq il-kondizzjonijiet ta’ l-operat, għadu ma daħalx f’modalitajiet ta’ enerġija baxxa, u jista’ jidħol fil-Modalità Attiv b’dewmien minimu. Il-karatteristiċi kollha tal-prodott jistgħu jkunu ffaċilitati f’din il-modalità, u l-prodott għandu jkun jista’ jmur lura għall-Modalità Attiv billi jirreaġixxi għal kwalunkwe għażliet ta’ input potenzjali ddisinjati fil-prodott. L-input potenzjali jinkludi stimolu elettriku estern (eż., stimolu min-netwerk, sejħa tal-faks, jew kontroll remot) u intervent fiżiku dirett (eż., l-attivazzjoni ta’ swiċċ fiżiku jew buttuna).

    21.

    Stat Rieqed: L-istat ta’ l-enerġija mnaqqsa li jidħol fih il-prodotrt wara perjodu ta’ inattività. Minbarra li jidħol awtomatikament fil-modalità Sleep, il-prodott jista’ jidħol f’din il-modalità wkoll 1) f’ħin tal-jum issettjat mill-utent, 2) immedjatament b’reazzjoni għal azzjoni manwali ta’ l-utent, mingħajr ma attwalment jintefa, jew 3) permezz ta’ modalitajiet oħrajn, miksuba awtomatikament, li huma relatati ma’ l-imġieba ta’ l-utent. Il-karatteristiċi kollha tal-prodott jistgħu jinxtegħlu b’dan il-mod u l-prodott għandu jkun jista’ jidħol fil-modalità Attiv billi jirreaġixxi għal kwalunkwe għażla potenzjali ta’ input disinjata fil-prodott; iżda, jista’ jkun hemm dewmien. L-input potenzjali jinkludi stimolu elettriku estern (eż., stimolu tan-netwerk, sejħa tal-faks, kontroll remot) u intervent fiżiku dirett (eż, l-attiviazzjoni ta’ swiċċ fiżiku jew buttuna). Il-prodott għandu jżomm il-kollegament man-netwerk filwaqt li jkun fil-modalità Sleep, u jattiva ruħu biss kif meħtieġ.

    Nota: Meta jirrapportaw id-data u l-prodotti li jikkwalifikaw li jistgħu jidħlu fil-modalità sleep f’bosta modi, il-Parteċipanti fil-Programm għandhom jagħmlu riferenza għal livell ta’ Rqad li jista’ jintlaħaq awtomatikament. Jekk il-prodott jista’ jidħol ħafna livelli suċċessivi ta’ rqad awtomatikament, hija d-diskrezzjoni tal-manifattur liema minn dawn il-livelli jintuża għall-għanijiet tal-kwalifika; madankollu, il-ħin tad-dewmien default provdut għandu jikkorrispondi għal kwalunkwe livell li jintuża.

    22.

    Standby: Il-mod tal-konsum l-aktar baxx ta’ enerġija li ma jistax jintefa (jiġi influwenzat) mill-utent u li jista’ jdum għal żmien indefinit meta l-prodott huwa konness mal-provvista ewlenija ta’ l-elettriku u jintuża skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur (18).

    Nota: Għall-prodotti tat-Tagħmir ta’ l-Immaġini indirizzati minn din l-ispeċifikazzjoni, il-livell ta’ l-enerġija Standby normalment iseħħ fil-Modalità Mitfija, iżda jista’ jseħħ fil-Modalità Ready jew Sleep. Prodott ma jistax joħroġ minn Standby u jilħaq stat ta’ enerġija aktar baxx kemm-il darba ma jkunx fiżikament skonnettjat minn mal-provvista ewlenija ta’ l-enerġija b’riżultat ta’ manipolazzjoni manwali.

    Il-Formats tad-Daqs tal-Prodott

    23.

    Format Kbir: Il-prodotti fil-kategorija ta’ Format Kbir jinkludu dawk disinjati għal medja A2 jew akbar, inklużi dawk disinjati biex jakkomodaw medja ta’ forma kontinwa b’wisa’ ta’ 406 millimetri (mm) jew usa. Il-prodotti ta’ Format Kbir jistgħu wkoll ikunu jistghu jistampaw fuq medja tad-daqs standard jew ta’ Format Zgħir.

    24.

    Format Zgħir: Il-prodotti fil-kategorija ta’ Format Zgħir jinkludu dawk disinjati għal daqsijiet ta’ medja izgħar minn dawk definiti bħala Standard (ez. A6, 4” × 6”, microfilm), inklużi dawk disinjati biex jakkomodaw medja ta’ forma kontinwa b’wisa’ inqas minn 210 mm.

    25.

    Standard: Il-prodotti fil-kategorija Standard jinkludu dawk disinjati għal medja tad-daqs standard (eż., Ittra, Legali, Ledger, A3, A4, u B4), inklużi dawk disinjati biex jakkomodaw medja ta’ forma kontinwa b’wisa’ ta’ bejn 210 mm u 406 mm. Il-prodotti ta’ daqs Standard jistgħu wkoll ikollhom il-kapaċità jistampaw fuq medja ta’ Format Żgħir.

    It-Termini Addizzjonali

    26.

    Aċċessorju: Parti ta’ tagħmir periferali mhux obbligatorju li mhuwiex meħtieġ għall-operazzjoni ta’ l-unità bażi iżda li tista’ tiżdied qabel jew wara l-konsenja sabiex tiżdied il-funzjonalità. Aċċessorju jista’ jinbiegħ separatament taħt in-numru tal-mudell tiegħu stess, jew jinbiegħ b’unità bażi bħala parti minn pakkett jew minn konfigurazzjoni.

    27.

    Prodott Bazi: Prodott bazi huwa l-mudell standard ikkonsenjat mill-manifattur. Meta l-mudelli tal-prodott jiġu offruti f’konfigurazzjonijiet differenti, il-prodott bazi huwa l-konfigurazzjoni l-aktar fundamentali tal-mudell, li jippossjedi n-numru minimu ta’ oġġetti li jzidu l-funzjonijiet disponibbli. Il-komponenti jew aċċessorji funzjonali offruti bħala mhux obbligatorji, minflok standard, ma jitqiesux parti mill-prodott bazi.

    28.

    Forma kontinwa: Il-prodotti fil-kategorija ta’ Forma Kontinwa jinkludu dawk li ma jużawx daqs ta’ medja bil-folji maqtugħa, u huma disinjati għal applikazzjonijiet industrijali ewlenin, bħall-istampar ta’ bar codes, tabelli, irċevuti, waybills, fatturi, biljetti ta’ l-ajru u tikketti tal-bejgħ.

    29.

    Digital Front-end (DFE): Server funzjonalment integrat u mqabbad man-netwerk jew server idderivat minn desktop li jospita lil kompjuters u applikazzjonijiet oħrajn u jaġixxi bħala interface għat-tagħmir ta’ l-immaġini. DFE juża l-provvista ta’ l-enerġija bil-kurrent dirett (DC) tiegħu stess jew jiġbed l-enerġija tad-DC tiegħu stess mit-tagħmir ta’ l-immaġini li jaħdem bih. DFE jipprovdi funzjonalità akbar lilt-tagħmir ta’ l-immaġini. DFE wkoll joffri għall-inqas tlieta minn dawn il-karatteristiċi avvanzati li ġejjin:

    (a)

    Il-kapaċità ta’ kollegament ma’ netwerk f’bosta ambjenti;

    (b)

    Funzjonalità ta’ kaxxa tal-posta;

    (c)

    L-immaniġġjar tal-kju tax-xogħol;

    (d)

    L-immaniġġjar tal-magni (eż., jattiva t-tagħmir ta’ l-immaġini minn stat ta’ enerġija mnaqqsa);

    (e)

    User-interface (UI) grafiku avvanzat;

    (f)

    L-abbiltà li jibda l-komunikazzjoni ma’ servers li jospitaw jew kompjuters klijenti oħrajn (eż., skanjar għal posta elettronika, polling ta’ kaxxi tal-posta remoti għax-xogħol);

    jew

    (g)

    L-abbiltà ta’ post-ipproċessar tal-paġni (eż., l-ifformattjar mill-ġdid tal-paġni qabel l-istampar).

    30.

    Aġent li jzid il-funzjonijiet: Aġent li jżid il-funzjonijiet huwa karatteristika standard tal-prodott li jżid il-funzjonalità mal-magna li timmarka l-bażi ta’ tagħmir ta’ l-immaġini. Il-porzjon tal-mod operazzjonali ta’ din l-ispeċifikazzjoni fiha permessi għal enerġija addizzjonali għal xi aġenti li jżidu l-funzjonijiet. Xi eżempji ta’ aġenti li jżidu l-funzjonijiet jinkludu interfaces mingħajr fili u l-kapaċità ta’ l-iskanjar.

    31.

    Il-metodu tal-modalità operattiva (OM - Operational Mode): Metodu ta’ l-ittestjar u t-tqabbil tar-rendiment ta’ l-enerġija tat-tagħmir ta’ l-immaġini, li jiffoka fuq il-konsum ta’ l-enerġija mill-prodott f’bosta modalitajiet ta’ enerġija baxxa. Il-kriterji ewlenin użati mill-istrateġija ta’ l-OM huma l-valuri għall-modalitajiet ta’ l-enerġija baxxa, imkejla f’watts (W). Tagħrif dettaljat jista’ jinsab fil-Proċedura tat-Test tal-Modalità Operattiva fit-Taqsima VII.D.3.

    32.

    Il-Magna ta’ l-Immarkar: Il-magna bażika ħafna ta’ tagħmir ta’ l-immaġini, li tidderieġi l-produzzjoni ta’ l-immaġini minn dak il-prodott. Mingħajr komponenti funzjonali addizzjonali, magna ta’ l-immarkar ma tistax tikseb data ta’ l-immaġini biex tipproċessahom, u għalhekk mhix funzjonali. Magna ta’ l-immarkar tiddependi fuq aġenti li jżidu l-funzjonijiet biex tikseb l-abbiltà tal-komunikazzjoni u biex tipproċessa l-immaġini.

    33.

    Mudell: Tagħmir ta’ l-immaġini li jinbiegħ jew jitqiegħed fis-suq taħt numru ta’ mudell uniku jew isem kummerċjali uniku. Mudell jista’ jkun fih unità bażi jew unità bażi u l-aċċessorji.

    34.

    Il-Veloċità tal-Prodott: B’mod ġenerali, għall-prodotti tad-daqs Standard, folja waħda A4 jew 8.5” × 11” stampjata/ikkopjata/skanjata fuq naħa waħda f’minuta hija daqs immaġini waħda fil-minuta (ipm - image-per-minute). Jekk il-veloċitajiet massimi ddikjarati huma differenti meta jiġu prodotti l-immaġini fuq karta A4 jew 8.5” × 11”, għandha tintuża l-ogħla waħda.

    Għall-magni ta’ l-impustar, oġġett wieħed tal-posta pproċessat fil-minuta huwa daqs oġġett wieħed tal-posta fil-minuta (mppm - mail-piece-per-minute).

    Għall-prodotti tal-format Żgħir, folja waħda A6 jew 4” × 6” stampjata/ikkopjata/skanjata fuq naħa waħda f’minuta hija daqs 0.25 ipm.

    Għall-prodotti tal-format Kbir, folja waħda A2 hija ekwivalenti għal 4 ipm u folja waħda A0 hija ekwivalenti għal 16 ipm.

    Għall-prodotti tal-forma kontinwa fil-kategorija tal-format Żgħir, tal-format Kbir jew tad-daqs Standard, il-veloċità ta’ l-istampar f’ipm għandha tinkiseb mill-veloċità massima tal-produzzjoni ta’ l-immaġini f’metri kull minuta illi tiġi kkwotata waqt il-bejgħ tal-prodott fis-suq, skond il-konverżjoni t’hawn taħt:

    X ipm = 16 × [Maximum media width (meters) × Maximum imaging speed (length-meters/minute)]

    Fil-każijiet kollha, il-veloċità konvertita f’ipm għandha tkun imnaqqsa jew miżjuda sa l-eqreb numru sħiħ (eż, 14.4 ipm jitnaqqas għal 14.0 ipm; 14.5 ipm jiżdied għal 15 ipm).

    Għall-għanijiet tal-kwalifikazzjoni, il-manifattur għandu jirrapporta l-veloċità tal-prodott skond il-prijoritizzazzjoni tal-funzjonijiet deskritti fil-qosor hawn taħt:

    Il-Veloċità ta’ l-Istampar, sakemm il-prodott ma jistax iwettaq il-funzjoni ta’ l-istampar, f’liema każ,

    Il-Veloċità ta’ l-Ikkopjar, sakemm il-prodott ma jistax iwettaq il-funzjoni ta’ l-istampar jew ta’ l-ikkopjar, f’liema każ,

    Il-Veloċità ta’ l-Iskanjar.

    35.

    L-Istrateġija tal-Konsum Tipiku ta’ l-Enerġija (TEC - Typical Electricity Consumption): Metodu ta’ l-ittestjar u t-tqabbil tar-rendiment ta’ l-enerġija tat-tagħmir ta’ l-immaġini, li jiffokaw fuq l-enerġija tipikament ikkonsmata minn prodott meta jaħdem b’mod normali matul żmien rappreżentattiv. Il-kriterji ewlenin ta’ l-istrateġija tat-TEC għat-tagħmir ta’ l-immaġini huma valur għall-konsum tipiku ta’ l-enerġija f’ġimgħa, imkejjel f’kilowatt-siegħat (kWh). It-tagħrif dettaljat jista’ jinsab fil-Proċedura tat-Test tal-Konsum Tipiku ta’ l-Enerġija fit-Taqsima VII.D.2.

    B.   Il-Prodotti li Jikkwalifikaw

    Sabiex jikkwalifika bħala ENERGY STAR, tagħmir ta’ l-immaġini għandu jkun definit fit-Taqsima VII. A u jilħaq waħda mid-deskrizzjonijiet tal-prodott fit-Tabella 15 jew 16, hawn taħt.

    IT-Tabella 15

    Il-Prodotti li Jikkwalifikaw: Il-Metodu tat-TEC

    It-tip ta’ Prodott

    It-teknoloġija ta’ l-Immarkar

    Il-Format tad-Daqs

    Il-Kapaċità tal-Kulur

    It-tabella tat-TEC

    Kopjaturi

    Dirett Termali

    Standard

    Monokromu

    TEC 1

    Sublimazzjoni taz-Zebgħa

    Standard

    Kulur

    TEC 2

    Sublimazzjoni taz-Zebgħa

    Standard

    Monokromu

    TEC 1

    EP

    Standard

    Monokromu

    TEC 1

    EP

    Standard

    Kulur

    TEC 2

    Linka Solida

    Standard

    Kulur

    TEC 2

    Trasferiment Termali

    Standard

    Kulur

    TEC 2

    Trasferiment Termali

    Standard

    Monokromu

    TEC 1

    Duplikaturi diġitali

    Stensil

    Standard

    Kulur

    TEC 2

    Stensil

    Standard

    Monokromu

    TEC 1

    Magni tal-Faks

    Dirett Termali

    Standard

    Monokromu

    TEC 1

    Sublimazzjoni taz-Zebgħa

    Standard

    Monokromu

    TEC 1

    EP

    Standard

    Monokromu

    TEC 1

    EP

    Standard

    Kulur

    TEC 2

    Linka Solida

    Standard

    Kulur

    TEC 2

    Trasferiment Termali

    Standard

    Kulur

    TEC 2

    Trasferiment Termali

    Standard

    Monokromu

    TEC 1

    Mekkaniżmu b'diversi funzjonijiet (MFDs -Multifunction Devices)

    Dirett Termali

    Standard

    Monokromu

    TEC 3

    Sublimazzjoni taz-Zebgħa

    Standard

    Kulur

    TEC 4

    Sublimazzjoni taz-Zebgħa

    Standard

    Monokromu

    TEC 3

    EP

    Standard

    Monokromu

    TEC 3

    EP

    Standard

    Kulur

    TEC 4

    Linka Solida

    Standard

    Kulur

    TEC 4

    Mekkaniżmu b'diversi funzjonijiet (MFDs -Multifunction Devices)

    Trasferiment Termali

    Standard

    Kulur

    TEC 4

    Trasferiment Termali

    Standard

    Monokromu

    TEC 3

    Printers

    Dirett Termali

    Standard

    Monokromu

    TEC 1

    Sublimazzjoni taz-Zebgħa

    Standard

    Kulur

    TEC 2

    Sublimazzjoni taz-Zebgħa

    Standard

    Monokromu

    TEC 1

    EP

    Standard

    Monokromu

    TEC 1

    EP

    Standard

    Kulur

    TEC 2

    Linka Solida

    Standard

    Kulur

    TEC 2

    Trasferiment Termali

    Standard

    Kulur

    TEC 2

    Trasferiment Termali

    Standard

    Monokromu

    TEC 1


    Tabella 16

    Il-Prodotti li Jikkwalifikaw: Il-Metodu tal-Modalità ta’ l-Operat

    It-tip ta’ Prodott

    It-teknoloġija ta’ l-Immarkar

    Il-Format tad-Daqs

    Il-Kapaċità tal-Kulur

    It-Tabella OM

    Kopjaturi

    Dirett Termali

    Kbir

    Monokromu

    OM 1

    Sublimazzjoni taz-Zebgħa

    Kbir

    Kulur u Monokromu

    OM 1

    EP

    Kbir

    Kulur u Monokromu

    OM 1

    Linka Solida

    Kbir

    Kulur

    OM 1

    Trasferiment Termali

    Kbir

    Kulur u Monokromu

    OM 1

    Magni tal-Faks

    Ink Jet

    Standard

    Kulur u Monokromu

    OM 2

    Magni li jimpostaw

    Dirett Termali

    N/A

    Monokromu

    OM 4

    EP

    N/A

    Monokromu

    OM 4

    Ink Jet

    N/A

    Monokromu

    OM 4

    Trasferiment Termali

    N/A

    Monokromu

    OM 4

    Mekkaniżmu b'diversi funzjonijiet (MFDs -Multifunction Devices)

    Dirett Termali

    Kbir

    Monokromu

    OM 1

    Sublimazzjoni taz-Zebgħa

    Kbir

    Kulur u Monokromu

    OM 1

    EP

    Kbir

    Kulur u Monokromu

    OM 1

    Ink Jet

    Standard

    Kulur u Monokromu

    OM 2

    Ink Jet

    Kbir

    Kulur u Monokromu

    OM 3

    Linka Solida

    Kbir

    Kulur

    OM 1

    Trasferiment Termali

    Kbir

    Kulur u Monokromu

    OM 1

    Printers

    Dirett Termali

    Kbir

    Monokromu

    OM 8

    Dirett Termali

    Zgħir

    Monokromu

    OM 5

    Sublimazzjoni taz-Zebgħa

    Kbir

    Kulur u Monokromu

    OM 8

    Sublimazzjoni taz-Zebgħa

    Zgħir

    Kulur u Monokromu

    OM 5

    EP

    Kbir

    Kulur u Monokromu

    OM 8

    EP

    Zgħir

    Kulur

    OM 5

    Impatt

    Kbir

    Kulur u Monokromu

    OM 8

    Impatt

    Zgħir

    Kulur u Monokromu

    OM 5

    Impatt

    Standard

    Kulur u Monokromu

    OM 6

    Ink Jet

    Kbir

    Kulur u Monokromu

    OM 3

    Ink Jet

    Zgħir

    Kulur u Monokromu

    OM 5

    Ink Jet

    Standard

    Kulur u Monokromu

    OM 2

    Linka Solida

    Kbir

    Kulur

    OM 8

    Linka Solida

    Zgħir

    Kulur

    OM 5

    Trasferiment Termali

    Kbir

    Kulur u Monokromu

    OM 8

    Trasferiment Termali

    Zgħir

    Kulur u Monokromu

    OM 5

    Skaners

    N/A

    Kbir, Zgħir u Standard

    N/A

    OM 7

    Ċ.   L-Ispeċifikazzjonijiet dwar l-uzu effiċjenti ta’ l-enerġija għall-Prodotti li Jikkwalifikaw

    Huma biss dawk il-prodotti fil-lista fit-Taqsima VII. B hawn fuq li jilħqu l-kriterji li ġejjin, li jistgħu jikkwalifikaw bħala ENERGY STAR.

    Prodotti Mibjugħa b’Adattur Estern ta’ l-Enerġija: Biex jikkwalifikaw, il-prodotti tat-tagħmir ta’ l-immaġini li jużaw adattur ta’ vultaġġ wieħed estern AC-DC jew AC-AC għandhom jużaw adattur li jikkwalifika għal ENERGY STAR, jew wieħed li jilħaq l-ispeċifikazzjoni tal-Provvista ta’ l-Enerġija Esterna (EPS - External Power Supply) ta’ l-ENERGY STAR meta ttestjat għall-metodu tat-test ta’ l-ENERGY STAR sad-data meta t-tagħmir ta’ l-immaġini huwa kwalifikat bħala ENERGY STAR. L-ispeċifikazzjoni ta’ l-ENERGY STAR u l-metodu tat-test għall-provvisti ta’ l-enerġija esterni AC-DC u AC-AC tista’ tinsab fuq www.energystar.gov/products.

    Prodotti Disinjati biex Jaħdmu ma’ DFE Estern: Biex jikkwalifikaw, il-prodotti tat-tagħmir ta’ l-immaġini li jinbiegħu b’DFE li juża l-provvista ta’ l-enerġija AC tiegħu stess għandhom jużaw DFE li jikkwalifika għal ENERGY STAR, jew wieħed li jilħaq l-ispeċifikazzjoni tal-kompjuter ta’ l-ENERGY STAR meta ttestjat għall-metodu tat-test ta’ l-ENERGY STAR fid-data meta t-tagħmir ta’ l-immaġini huwa kwalifikat bħala ENERGY STAR. L-ispeċifikazzjoni ta’ l-ENERGY STAR u l-metodu tat-test għall-kompjuters tista’ tinsab fuq www.energystar.gov/products.

    Prodotti Mibjugħa b’Settijiet ta’ l-idejn Mingħajr Fili Addizzjonali: Biex jikkwalifikaw, il-magni tal-faks jew MFD bil-kapaċità tal-faks li jinbiegħu bis-settijiet ta’ l-idejn mingħajr fili addizzjonali għandhom jużaw settijiet ta’ l-idejn li jikkwalifikaw għal ENERGY STAR, jew wieħed li jilħaq l-ispeċifikazzjoni tat-Telefonija ta’ l-ENERGY STAR meta ttestjat għall-metodu tat-test ta’ l-ENERGY STAR fid-data meta t-tagħmir ta’ l-immaġini huwa kwalifikat bħala ENERGY STAR. L-ispeċifikazzjoni ta’ l-ENERGY STAR u l-metodu tat-test għall-prodotti tat-telefonija tista’ tinsab fuq www.energystar.gov/products.

    Stampar fuq żewġ naħat: Il-kopjaturi tad-daqs Standard, l-MFDs, u l-printers li jużaw EP, SI, u teknoloġiji ta’ l-immarkar bl-IJ intensivi bis-sħana indirizzati mill-metodu TEC fit-Taqsima VII.C.1 għandhom jilħqu dawn ir-rekwiżiti ta’ l-istampar fuq żewġ naħat fuq bażi tal-veloċità tal-prodott:

    Tabella 17

    Ir-Rekwiżiti ta’ l-Istampar fuq Żewġ Naħat għall-Kopjaturi, l-MFDs u l-printers tal-Kulur

    Il-Veloċità tal-Prodott

    Ir-Rekwiżit ta’ l-Istampar fuq Żewġ Naħat

    ≤ 19 ipm

    N/A

    20 – 39 ipm

    L-Istampar fuq Żewġ Naħat Awtomatiku għandu jkun offrut bħala karatteristika standard jew aċċessorju mhux obbligatorju fil-ħin tax-xiri.

    ≥ 40 ipm

    L-Istampar fuq Żewġ Naħat Awtomatiku huwa meħtieġ bħala karatteristika standard fil-ħin tax-xiri.


    Tabella 18

    Ir-Rekwiziti ta’ l-Istampar fuq Zewġ Naħat għall-Kopjaturi, l-MFDs u l-printers Monokromi

    Il-Veloċità tal-Prodott

    Ir-Rekwiżit ta’ l-Istampar fuq Żewġ Naħat

    ≤ 24 ipm

    N/A

    25 -44 ipm

    L-Istampar fuq Żewġ Naħat Awtomatiku għandu jkun offrut bħala karatteristika standard jew aċċessorju mhux obbligatorju fil-ħin tax-xiri.

    ≥ 45 ipm

    L-Istampar fuq Żewġ Naħat Awtomatiku huwa meħtieġ bħala karatteristika standard fil-ħin tax-xiri.

    1.

    Il-kriterji ta’ l-eliġibbiltà ta’ l-ENERGY STAR – TEC.

    Biex jikkwalifika bħala ENERGY STAR, il-valur TEC miksub għat-tagħmir ta’ l-immaġini li jidher fit-Taqsima VII.B. Tabella 15 hawn fuq m’għandux jeċċedi l-kriterji korrispondenti hawn taħt.

    Għall-prodotti ta’ l-immaġini li għandhom DFE funzjonalment integrat li jiddependi fuq it-tagħmir ta’ l-immaġini għall-enerġija, il-manifatturi għandhom inaqqsu l-konsum ta’ l-enerġija tad-DFE fil-Modalità Ready mir-riżultat TEC totali tal-prodott qabel ma jitqabbel it-TEC tal-prodott mal-limiti tal-kriterji hawn taħt. Sabiex jittieħed vantaġġ minn din l-allowance, id-DFE għandu jilħaq id-definizzjoni fit-Taqsima VII.A.29. u jkun unità ta’ l-ipproċessar separat li jista’ jinizja l-attività minn fuq in-netwerk.

    Nota: 16.1 kWs/ġimgħa imbagħad jitqabbel ma’ dawn il-kriterji li ġejjin.

    Tabella 19

    It-Tabella TEC 1

    Prodott(i): Kopjaturi, Duplikaturi Diġitali, Magni tal-Faks, Printers

    Format(i) tad-Daqs: Daqs Standard

    It-Teknoloġiji ta’ l-Immarkar: DT, Mono DS, Mono EP, Mono Stensil, Mono TT

     

    Livell I

    Livell II

    Veloċità tal-Prodott (ipm)

    TEC Massimu (kWs/ġimgħa)

    TEC Massimu (kWs/ġimgħa)

    ≤ 12

    1,5 kWs

    TBD

    12 < ipm ≤ 50

    (0,20 kWh/ipm)x – 1 kWs

    TBD

    > 50 ipm

    (0,80 kWh/ipm)x -31 kWs

    TBD


    Tabella 20

    It-Tabella TEC 2

    Prodott(i): Kopjaturi, Duplikaturi Diġitali, Magni tal-Faks, Printers

    Format(i) tad-Daqs: Daqs Standard

    It-Teknoloġiji ta’ l-Immarkar: DS tal-Kulur, Stensil tal-Kulur, TT tal-Kulur, EP tal-Kulur, SI

     

    Livell I

    Livell II

    Veloċità tal-Prodott (ipm)

    TEC Massimu (kWs/ġimgħa)

    TEC Massimu (kWs/ġimgħa)

    ≤ 50

    (0,20 kWh/ipm)x +2 kWs

    TBD

    > 50

    (0,80 kWh/ipm)x -28 kWs

    TBD


    Tabella 21

    It-Tabella TEC 3

    Prodott(i): MFDs

    Format(i) tad-Daqs: Daqs Standard

    It-Teknoloġiji ta’ l-Immarkar: DT, Mono DS, Mono EP, Mono TT

     

    Livell I

    Livell II

    Veloċità tal-Prodott (ipm)

    TEC Massimu (kWs/ġimgħa)

    TEC Massimu (kWs/ġimgħa)

    ≤ 20

    (0,20 kWh/ipm)x +2 kWs

    TBD

    20 < ipm ≤ 69

    (0,44 kWh/ipm)x -2,8 kWs

    TBD

    > 69

    (0,80 kWh/ipm)x -28 kWs

    TBD


    Tabella 22

    It-Tabella TEC 4

    Prodott(i): MFDs

    Format(i) tad-Daqs: Daqs Standard

    It-Teknoloġiji ta’ l-Immarkar: DS tal-Kulur, TT tal-Kulur, EP tal-Kulur, SI

     

    Livell I

    Livell II

    Veloċità tal-Prodott (ipm)

    TEC Massimu (kWs/ġimgħa)

    TEC Massimu (kWs/ġimgħa)

    ≤ 32

    (0,20 kWh/ipm)x +5 kWs

    TBD

    32 < ipm ≤ 61

    (0,44 kWh/ipm)x -2,8 kWs

    TBD

    > 61

    (0,80 kWh/ipm)x -25 kWs

    TBD

    2.

    Il-kriterji ta’ l-eliġibbiltà ta’ l-ENERGY STAR – OM

    Biex jikkwalifika bħala ENERGY STAR, il-valuri tal-konsum ta’ l-enerġija għat-tagħmir ta’ l-immaġini murija fit-Taqsima VII.B. Tabella 16 hawn fuq m’għandhomx jeċċedu l-kriterji korrispondenti hawn taħt. Għall-prodotti li jħarsu r-rekwiżit ta’ l-enerġija tal-modalità Sleep fil-modalità Ready, l-ebda tnaqqis awtomatiku ulterjuri ta’ l-enerġija ma huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq il-kriterju Sleep. Barra minn dan, għall-prodotti li jilħqu r-rekwiżiti ta’ l-enerġija Standby fil-modalità Ready jew fil-modalità Sleep, ma huwa meħtieġ ebda tnaqqis awtomatiku ulterjuri ta’ l-enerġija sabiex tinkiseb l-ENERGY STAR.

    Għall-prodotti ta’ l-immaġini li għandhom DFE funzjonalment integrat li jiddependi fuq it-tagħmir ta’ l-immaġini għall-enerġija, il-konsum ta’ l-enerġija tad-DFE għandu jiġi eskluż meta titqabbel il-Modalità sleep imkejla mal-magna ta’ l-immarkar kombinata u l-limiti tal-kriterji ta’ l-aġent li jżid l-funzjonijiet hawn taħt. Id-DFE m’għandux jaffettwa l-abbiltà tat-tagħmir ta’ l-immaġini li jidħol jew joħroġ mill-modalitajiet ta’ enerġija aktar baxxa tiegħu. Sabiex jieħu vantaġġ minn din l-esklużjoni, id-DFE għandu jissodisfa l-kondizzjoni fit-Taqsima VII.A.29 u jkun unità separata ta’ l-ipproċessar li tkun kapaċi tagħti bidu għall-attività fuq in-netwerk.

    Ir-Rekwiżiti tal-Ħin tad-Dewmien Default: Biex jikkwalifikaw għal ENERGY STAR, il-prodotti OM għandhom jissodisfaw is-settings tal-ħin tad-dewmien default provduti fit-tabelli 23 sa 25 hawn taħt għal kull tip ta’ prodott, li jkun ffaċilitat għall-konsenja tal-prodott. Barra minn dan, il-prodotti kollha ta’ l-OM għandhom ikunu konsenjati bil-ħin massimu tad-dewmien tal-magna mhux aktar minn erba’ sigħat, li huwa biss aġġustabbli mill-manifattur. Dan il-ħin massimu tad-dewmien tal-magna ma jistax ikun influwenzat mill-utent u tipikament ma jistax ikun modifikat mingħajr manipolazzjoni interna u invażiva tal-prodott. Is-settings tal-ħin tad-dewmien default provduti fit-Tabelli 23 sa 25 jistgħu jkunu aġġustabbli mill-utent.

    Tabella 23

    Il-Ħinijiet tad-Dewmien Default Massimi għal Sleep għal Prodotti OM tal-Format Żgħir u tad-Daqs Standard, Ħlief Magni ta’ l-Impustar, f’Minuti

    Veloċità tal-Prodott (ipm)

    Magni tal-Faks

    MFDs

    Printers

    Skaners

    0 – 10

    5

    15

    5

    15

    11 - 20

    5

    30

    15

    15

    21 - 30

    5

    60

    30

    15

    31 - 50

    5

    60

    60

    15

    51 +

    5

    60

    60

    15


    Tabella 24:

    Il-Ħinijiet tad-Dewmien Default Massimi għal Sleep għal Prodotti OM tal-Format Kbir, Ħlief Magni ta’ l-Impustar, f’Minuti

    Veloċità tal-Prodott (ipm)

    Kopjaturi

    MFDs

    Printers

    Skaners

    0 – 10

    30

    30

    30

    15

    11 – 20

    30

    30

    30

    15

    21 – 30

    30

    30

    30

    15

    31 – 50

    30

    60

    60

    15

    51 +

    60

    60

    60

    15


    Tabella 25:

    Il-Ħinijiet tad-Dewmien Default Massimi għal Sleep għal Magni ta’ l-Impustar, f’Minuti

    Il-Veloċità tal-Prodott(mppm)

    Magni li jimpostaw

    0 – 50

    20

    51 – 100

    30

    101 – 150

    40

    151 +

    60

    Ir-Rekwiżiti għal Standby: Biex jikkwalifikaw għal ENERGY STAR, il-prodotti OM għandhom jilħqu l-kriterji ta’ l-enerġija Standby provduti fit-Tabella 26 għal kull tip ta’ prodott.

    Tabella 26:

    Il-Livelli Massimi ta’ l-Enerġija Standby għall-Prodotti OM, f’Watts

    Tip u Daqs tal-Format tal-Prodott

    Standby (W) – Livell 1

    Standby (W) – Livell 2

    Il-Prodotti OM kollha tal-Format Żgħir u tad-Daqs Standard mingħajr il-Kapaċità tal-Faks

    1

    Il-livelli kollha tal-Livell 1 ma jinbidlux

    Il-Prodotti OM kollha tal-Format Żgħir u tad-Daqs Standard bil-Kapaċità tal-Faks

    2

    Il-livelli kollha tal-Livell 1 ma jinbidlux

    Il-Prodotti OM kollha tal-Format Kbir u l-Magni ta’ l-Impustar

    N/A

    TBD

    Il-kriterji tal-eliġibbiltà fit-Tabelli ta’ l-OM 1 sa 8 (Tabelli 28-35) hawn taħt jindirizzaw il-magna ta’ l-immarkar tal-prodott. Ladarba l-prodotti huma mistennija li jiġu konsenjati b’funzjoni waħda jew aktar apparti l-magna bażika ta’ l-immarkar, l-allowances korrispondenti hawn taħti għandhom jiżdiedu mal-kriterji tal-magna tal-immarkar għall-modalità Sleep. Il-valur totali għall-prodott bażi bl-“aġenti li jżidu l-funzjonijiet” applikabbli għandu jintuża biex tkun determinata l-eliġibbiltà. Il-manifatturi jistgħu japplikaw mhux aktar minn tliet aġenti primarji li jżidu l-funzjonijiet għal kull mudell ta’ prodott, iżda jistgħu japplikaw aġenti sekondarji li jżidu l-funzjonijiet daqs kemm ikun hemm preżenti (u fejn hemm aktar minn tliet aġenti primarji dawn ikunu inklużi bħala aġenti Sekondarji). Eżempju ta’ dan il-metodu huwa provdut hawn taħt:

    Tabella 27

    Il-Prodotti li Jikkwalifikaw: Aġenti li Jżidu l-Funzjonijiet OM

    Tip

    Dettalji

    Allowances ta’ l-Aġent li Jżid il-Funzjonijiet (W)

     

     

    Primarju

    Sekondarju

    Interfaces

    A. Bil-Fili < 20 MHz

    0.3

    0.2

    Port tal-konnessjoni fiżika tad-data jew tan-netwerk preżenti fuq it-tagħmir ta’ l-immaġini li huwa kapaċi ta’ rata ta’ trasferiment < 20 MHz. Jinkludi USB 1.x, IEEE488, IEEE 1284/Parallel/Centronics u RS232.

    B. Bil-Fili ≥ 20 MHz u < 500 MHz

    0.5

    0.2

    Port tal-konnessjoni fiżika tad-data jew tan-netwerk preżenti fuq it-tagħmir ta’ l-immaġini li huwa kapaċi ta’ rata ta’ trasferiment ≥ 20 MHz u < 500 MHz. Jinkludi USB 2.x, IEEE 1394/FireWire/i. LINK, u 100Mb Ethernet.

    C. Bil-Fili ≥ 500 MHz

    1.5

    0.5

    Port tal-konnessjoni fiżika tad-data jew tan-netwerk preżenti fuq it-tagħmir ta’ l-immaġini li huwa kapaċi ta’ rata ta’ trasferiment ≥ 500 MHz. Jinkludi 1G Ethernet.

    D. Mingħajr Fili

    3.0

    0.7

    Interface tal-konnessjoni tad-data jew tan-netwerk preżenti fuq it-tagħmir ta’ l-immaġini li huwa disinjat li jittrasferixxi d-data permezz ta’ mezzi tal-frekwenza tar-radju mingħajr fili jinkludi Bluetooth u 802.11.

    E. Kard/kamera/ħażna bil-wajer

    0.5

    0.1

    Port tal-konnessjoni fiżika tad-data jew tan-netwerk preżenti fuq it-tagħmir ta’ l-immaġini li huwa disinjat li jippermetti l-konnessjoni ta’ tagħmir estern, bħall-magni li jaqraw il-karti tal-memorja flash/karti smart- u l-interfaces tal-kamera (inkluż PictBridge).

    G. Infrared

    0.2

    0.2

    Interface tal-konnessjoni tad-data jew tan-netwerk preżenti fuq it-tagħmir ta’ l-immaġini li huwa disinjat li jittrasferixxi d-data permezz tat-teknoloġija infrared. Jinkludi IrDA.

    Oħrajn

    Ħazna

    -

    0.2

    Id-drives tal-ħażna preżenti fuq it-tagħmir ta’ l-immaġini. Jinkludi d-drives interni biss (ez., disk drives, DVD drives, Zip drives), u japplika għal kull drive separata. Dan l-aġent li jżid ma jkoprix interfaces mad-drives esterni (eż., SCSI) jew memorja interna.

    Skaners bil-lampi CCFL

    -

    2.0

    Il-preżenza ta’ skaner li juża t-teknoloġija tal-Cold Cathode Fluorescent Lamp (CCFL). Dan l-aġent li jzid huwa applikat darba biss, irrispettivament mid-daqs tal-lampa jew in-numru ta’ lampi/bozoz uzati.

    Skaners bil-lampi mhux CCFL

    -

    0.5

    Il-prezenza ta’ skaner li juza t-teknoloġija li mhijiex CCFL. Dan l-aġent li jzid huwa applikat darba biss, irrispettivament mid-daqs tal-lampa jew in-numru ta’ lampi/bozoz uzati. Dan l-aġent li jżid jindirizza l-iskaners bl-użu ta’ Light-Emitting Diode (LED), Haloġen, Hot-Cathode Fluorescent Tube (HCFT), Xenon, jew teknoloġiji Tubulari Florexxenti (TL).

    Sistema bbażata fuq il-PC (ma tistax tistampa/tikkopja/tiskanja mingħajr l-użu ta’ riżorsi sinifikanti tal-PC)

    -

    -0,5

    Dan l-aġent li jżid japplika għall-prodotti ta’ l-immaġini li jiddependu fuq kompjuter estern għal riżorsi sinifikanti, bħall-ipproċessar tal-memorja u tad-data, biex iwettqu l-funzjonijiet bażiċi komunament imwettaq minn prodotti ta’ l-immaġini, bħal rendering tal-paġna. Dan l-aġent li jżid ma japplikax għal prodotti li sempliċement jużaw kompjuter bħala sors jew destinazzjoni għad-data ta’ l-immaġini.

    Settijiet ta’ l-idejn mingħajr fili

    -

    0.8

    Il-kapaċità ta’ tagħmir ta’ l-immaġini li jikkomunika mas-settijiet ta’ l-idejn mingħajr fili. Dan l-aġent li jżid huwa applikat darba biss, irrispettivament min-numru ta’ settijiet ta’ l-idejn mingħajr fili li l-prodott huwa disinjat li jmexxi. Dan l-aġent li jżid ma jindirizzax ir-rekwiżiti ta’ l-enerġija tas-settijiet ta’ l-idejn mingħajr fili nnifsu.

    Memorja

    -

    1,0 W għal kull 1 GB

     

    I-kapaċità interna disponibbli fit-tagħmir ta’ l-immaġini biex jaħżen id-data. Dan l-aġent li jżid japplika għall-volumi kollha tal-memorja interna u għandu jkun skalat f’dan is-sens. Pereżempju, unità b’memorja ta’ 2.5 GB tiriċievi allowance ta’ 2.5 W filwaqt li unità b’0.5 GB tiriċievi allowance ta’ 0.5 W.

    Oħrajn

    Daqs tal-Provvista ta’ l-Enerġija (PS - Power-supply) fuq bażi tar-rata tal-produzzjoni tal-PS (OR – output rating)

    [Nota: Dan l-aġent li jżid ma jgħoddx għall-iskaners]

    -

    Għal PSOR > 10 W,

    0,05 × (PSOR – 10 W)

    Dan l-aġent li jżid japplika għat-tagħmir ta’ l-immaġini kollu ħlief l-iskaners. Din l- allowance hija kalkolata mill-produzzjoni ratat tad-DC tal-provvista ta’ l-enerġija interna jew esterna kif speċifikat mill-manifattur tal-provvista ta’ l-enerġija. (Mhijiex kwantità mkejla). Pereżempju, unità li hija ratata li tipprovdi sa 3 A bi 12 V għandu PSOR ta’ 36 W u tirċievi allowance ta’ 0.05 × (36-10) = 0.05 × 26 = 1.3 W ta’ allowance tal-provvista ta’ l-enerġija. Għall-provvisti li jipprovdu aktar minn vultaġġ wieħed, it-total ta’ l-enerġija mill-vultaġġi kollha jintuża kemm-il darba l-ispeċifikazzjonijiet jinnutaw li hemm limitu ratat aktar baxx minn dan. Pereżempju, provvista li tista’ tagħti produzzjoni ta’ 3A ta’ 24 V u 1.5 A ta 5 V għandha PSOR totali ta’ (3 × 24) + (1.5 × 5) = 79.5 W, u allowance ta’ 3 475 W.

    Għall-allowances ta’ l-aġenti li jżidu l-funzjonijiet murija fit-Tabella tal-Prodotti li Jikkwalifikaw 27 hawn fuq, isiru distinzjonijiet bejn it-tipi “Primarji” u “Sekondarji” ta’ aġenti li jżidu l-funzjonijiet. Dawn id-deskrizzjonijiet jirreferu għall-istat li fih l-interface huwa meħtieġ jibqa' fih meta t-tagħmir ta’ l-immaġini huwa fil-modalità sleep. Il-konnessjonijiet li jibqgħu attivi matul il-proċedura tat-test ta’ l-OM meta t-tagħmir ta’ l-immaġini huwa fil-modalità sleep huma definiti bħala Primarji, filwaqt li l-konnessjonijiet li jistgħu jkunu inattivi meta t-tagħmir ta’ l-immaġini huwa fil-modalità sleep huma definiti bħala Sekondarji. Tipikament, il-parti l-kbira ta’ l-aġenti li jżidu l-funzjonijiet huma tat-tip Sekondarju.

    Il-manifatturi għandhom iqisu biss it-tipi ta’ aġenti li jzidu li huma disponibbli fuq prodott fil-konfigurazzjoni tiegħu kif konsenjat. L-għażliet disponibbli għall-konsumaturi wara li l-prodott huwa konsenjat jew l-interfaces preżenti fuq id-digital front-end (DFE) tal-prodott li jieħu l-enerġija minn barra m’għandhomx jitqiesu meta jiġu applikati l-allowances għat-tagħmir ta’ l-immaġini.

    Għall-prodotti b’aktar minn interface wieħed, dawn l-interfaces għandhom jitqiesu bħala uniċi u separati. Madankollu, l-interfaces li jwettqu bosta funzjonijiet għandhom jitqiesu darba. Pereżempju, konnessjoni tal-USB li topera bħala 1.x kif ukoll bħala 2.x tista’ titqies darba biss u tingħata allowance waħda. Meta interface partikolari tista’ taqa’ taħt aktar minn Tip wieħed ta’ interface skond it-tabella, il-manifattur għandu jagħżel dik il-funzjoni li l-interface hija primarjament maħsuba li twettaq meta tkun determinata l-allowance xierqa ta’ l-aġent li jżid. For example, a USB connection on the front of the imaging product that is marketed as a PictBridge or “camera interface” in product literature should be considered a Type E interface rather than a Type B interface. Similarly, a memory-card-reader slot that supports multiple formats may only be counted once. Ukoll, sistema li tieħu aktar minn tip wieħed ta’ 802.11 tista’ tgħodd biss bħala interface wieħed mingħajr fili.

    TABELLA 28

    Tabella ta’ l-OM 1

    Prodott(i): Kopjaturi, MFDs

    Format(i) tad-Daqs: Format Kbir

    It-Teknoloġiji ta’ l-Immarkar: DS tal-Kulur, TT tal-Kulur, DT, DS Mono, EP Mono, TT Mono, EP tal-Kulur, SI

     

    Sleep (W)

    Magna ta’ l-Immarkar

    58


    Tabella 29

    Tabella ta’ l-OM 2

    Prodott(i): Magni tal-Faks, MFDs, Printers

    Format(i) tad-Daqs: Daqs Standard

    It-Teknoloġiji ta’ l-Immarkar: IJ tal-Kulur, IJ Mono

     

    Sleep (W)

    Magna ta’ l-Immarkar

    3


    Tabella 30

    Tabella ta’ l-OM 3

    Prodott(i): MFDs, Printers

    Format(i) tad-Daqs: Format Kbir

    It-Teknoloġiji ta’ l-Immarkar: IJ tal-Kulur, IJ Mono

     

    Sleep (W)

    Magna ta’ l-Immarkar

    13


    Tabella 31

    Tabella ta’ l-OM 4

    Prodott(i): Magni li jimpostaw

    Format(i) tad-Daqs: N/A

    It-Teknoloġiji ta’ l-Immarkar: DT, EP Mono, IJ Mono, TT Mono

     

    Sleep (W)

    Magna ta’ l-Immarkar

    3


    Tabella 32

    Tabella ta’ l-OM 5

    Prodott(i): Printers

    Format(i) tad-Daqs: Format Zgħir

    It-Teknoloġiji ta’ l-Immarkar: DS tal-Kulur, DT, IJ tal-Kulur, Impatt tal-Kulur, TT tal-Kulur, DS Mono, EP Mono, IJ Mono, Impatt Mono, TT Mono, EP tal-Kulur, SI

     

    Sleep (W)

    Magna ta’ l-Immarkar

    3


    Tabella 33

    Tabella ta’ l-OM 6

    Prodott(i): Printers

    Format(i) tad-Daqs: Daqs Standard

    It-Teknoloġiji ta’ l-Immarkar: Impatt tal-Kulur, Impatt Mono

     

    Sleep (W)

    Magna ta’ l-Immarkar

    6


    Tabella 34

    Tabella ta’ l-OM 7

    Prodott(i): Skaners

    Format(i) tad-Daqs: Format Kbir, Format Zgħir, Daqs Standard

    It-Teknoloġiji ta’ l-Immarkar: N/A

     

    Sleep (W)

    Magna li Tiskanja

    5


    Tabella 35

    Tabella ta’ l-OM 8

    Prodott(i): Printers

    Format(i) tad-Daqs: Format Kbir

    It-Teknoloġiji ta’ l-Immarkar: DS tal-Kulur, Impatt tal-Kulur, TT tal-Kulur, DT, DS Mono, EP Mono, Impatt Mono, TT Mono, EP tal-Kulur, SI

     

    Sleep (W)

    Magna ta’ l-Immarkar

    54

    D.   Il-Linji Gwida tat-Test

    L-istruzzjonijiet speċifiċi biex jiġi ttestjat l-użu effiċjenti ta’ l-enerġija tat-tagħmir ta’ l-immaġini huma deskritti fil-qosor fi tliet taqsimiet separati hawn taħt bit-titolu:

    Il-Proċedura tat-Test għall-Konsum Tipiku ta’ l-Elettriku;

    Il-Proċedura tat-Test għall-Modalità ta’ l-Operat;

    u

    Il-Kondizzjonijiet u t-Tagħmir tat-Test għat-Tagħmir ta’ l-Immaġini ta’ l-ENERGY STAR.

    Ir-riżultati tat-test prodotti minn dawn il-proċeduri għandhom jintużaw bħala l-bażi primarja biex tiġi determinata l-kwalifikazzjoni għall-ENERGY STAR.

    Il-manifatturi huma meħtieġa jwettqu testijiet u jiċċertifikaw huma stess dawk il-mudelli tal-prodotti li jilħqu l-linji gwida ta’ l-ENERGY STAR. Il-familji ta’ mudelli tat-tagħmir ta’ l-immaġini li huma mibnija fuq l-istess qafas u li huma identiċi f’kull aspett ħlief għall-kaxxa u l-kulur jistgħu jkunu kwalifikati permezz tas-sottomissjoni tad-data tat-test għal mudell wieħed rappreżentattiv. Bl-istess mod, il-mudelli li għadhom l-istess jew li huma differenti biss fil-finish minn dawk mibjugħa fis-sena ta’ qabel jistgħu jibqgħu kwalifikati mingħajr is-sottomissjoni ta’ data tat-test ġdida, jekk l-ispeċifikazzjoni tibqa’ l-istess.

    Jekk mudell ta’ prodott huwa offrut fis-suq f’bosta konfigurazzjonijiet bħala “familja” jew serje ta’ prodotti, l-imsieħeb jista’ jittestja u jirrapporta l-ogħla konfigurazzjoni disponibbli fil-familja, miflok kull mudell individwali. Meta jissottomettu mudelli tal-famliji, il-manifatturi għandhom jibqgħu jinżammu responsabbli għal kwalunkwe dikjarazzjoni ta’ effiċjenza dwar it-tagħmir ta’ l-immaġini tagħhom, inklużi dawk mhux ittestjati jew li għalihom ma kinitx irrapportata d-data.

    Jekk l-enerġija elettrika ta’ prodott tiġi mill-mejn, USB, IEEE1394, Power-over-Ethernet, sistema tat-telefon, jew kwalunkwe mezz jew kombinazzjoni ta’ mezzi oħra, l-enerġija elettrika AC netta kkonsmata mill-prodott (filwaqt li jitqies it-telf tal-konverżjoni minn AC għal DC, kif speċifikat fil-proċedura tat-test ta’ l-OM) għandha tintuża għall-kwalifikazzjoni.

    1.

    Ħtiġiet addizzjonali ta’ l-ittestjar u tar-rapportar huma mogħtija hawn taħt.

    Numru ta’ Unitajiet Meħtieġa għat-Test

    It-Test għandu jsir mill-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fuq unità waħda ta’ mudell.

    (a)

    Għall-prodotti deskritti fit-Taqsima VII. B Tabella 15 ta’ din l-ispeċifikazzjoni, jekk l-unità inizjali ttestjata għandha riżultati tat-test tat-TEC li jilħqu l-kriterji ta’ l-eliġibbiltà iżda huma sa 10 % tal-livell tal-kriterji, unità addizzjonali waħda ta’ l-istess mudell għandha wkoll tkun ittestjata. Il-manifatturi għandhom jirraportaw il-valuri għaż-żewġ unitajiet. Biex jikkwalifikaw bħala ENERGY STAR, iż-żewġ unitajiet għandhom jilħqu l-ispeċifikazzjoni ta’ l-ENERGY STAR.

    (b)

    Għall-prodotti msemmija fit-Tabella 16 tat-Taqsima VII. C ta’ din l-ispeċifikazzjoni, jekk l-unità inizjali għandha riżultati tat-test ta’ l-OM li jilħqu l-kriterji ta’ l-eliġibbiltà iżda huma sa 15 % tal-livell tal-kriterji fi kwalunkwe mil-modalitajiet ta’ operazzjoni speċifikati għal dak it-tip ta’ prodott, allura żewġ unitajiet jew aktar għandhom ikunu ttestjati. Biex jikkwalifikaw bħala ENERGY STAR, it-tliet unitajiet għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjoni ta’ l-ENERGY STAR.

    Il-preżentazzjoni ta’ Data tal-Prodott Ikkwalifikat lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, skond kif ikun xieraq

    L-imsieħba huma obbligati jiċċertifikaw huma stess dawk il-mudelli tal-prodotti li jissodisfaw il-linji gwida ta’ l-ENERGY STAR u jirrappurtaw l-informazzjoni lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, skond kif ikun xieraq. L-informazzjoni li għandha tiġi rrappurtata għall-prodotti għandha tiġi deskritta fil-qosor wara l-pubblikazzjoni ta’ l-ispeċifikazzjonijiet finali. Barra minn hekk, l-imsieħba għandhom jippreżentaw lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, skond kif ikun xieraq, siltiet mill-letteratura tal-prodott li jispjegaw lill-konsumaturi il-ħinijiet default ta’ dewmien rrakkomandati għas-settings ta’ l-immaniġġjar ta’ l-enerġija. L-iskop ta’ dan ir-rekwizit huwa b’appoġġ għall-fatt li l-prodotti qed jiġu ttestjati kif ittrasportati u rrakkomandati għall-uzu.

    Mudelli li Kapaċi Joperaw b’Kombinazzjonijiet Multipli ta’ Vultaġġ/Frekwenza

    Il-fabbrikanti għandhom jittestjaw il-prodotti tagħhom abbażi tas-suq/swieq fejn il-mudelli ser jinbiegħu u ser jiġu promossi bħala prodotti kwalifikati ENERGY STAR. EPA, il-Kummissjoni Ewropea u l-Imsieħba tagħhom ENERGY STAR tal-Pajjiż qablu dwar tabella bi tliet kombinazzjonijiet ta’ vultaġġ/frekwenza għall-finijiet ta’ l-ittestjar. Jekk jogħġbok irreferi għall-Kundizzjonijiet tat-Test għat-Tagħmir ta’ l-Immaġnijiet għal dettalji dwar qisien internazzjonali ta’ vultaġġ/frekwenza u tal-karti għal kull suq.

    Għal prodotti li jinbiegħu bħala ENERGY STAR fi swieq internazzjonali varji u li għalhekk jiġu rratati b’vultaġġi multipli tad-dħul, il-manifattur għandu jittestja l-konsum tta’ enerġija meħtieġ jew il-valuri ta’ l-effiċjenza fil-kombinazzjonijiet kollha rilevanti ta' vultaġġ/frekwenza u jirrapportahom. Per eżempju, fabbrikant li qed jittrasporta l-istess mudell lejn l-Istati Uniti u l-Ewropa għandu jkejjel, jissodisfa l-ispeċifikazzjoni, u jirrapporta l-valuri tat-test kemm f’115-il Volt/60Hz kif ukoll f’230 Volt/50Hz sabiex jikkwalifika l-mudell bħala ENERGY STAR fiż-żewġt iswieq. Jekk mudell jikkwalifika bħala ENERGY STAR f'kombinazzjoni waħda biss ta' vultaġġ/frekwenza (eż., 115-il Volt/60Hz), f'dan il-każ ikun jista' jiġi kkwalifikat u promoss bħala ENERGY STAR f'dawk ir-reġjuni biss li għandhom il-kombinazzjoni ttestjata ta’ vultaġġ/frekwenza (eż., l-Amerika ta’ Fuq u t-Tajwan).

    2.

    Il-Proċedura tat-Test tal-Konsum Tipiku ta’ l-Elettriku (TEC - Typical Electricity Consumption)

    (a)

    It-Tipi ta’ Prodotti Koperti: Il-Proċedura tat-Test tat-TEC tapplika biex jitkejlu l-prodotti tad-daqs Standard definiti fit-Tabella 15 tat-Taqsima VII.B.

    (b)

    Il-Parametri tat-Test

    Din it-taqsima tiddeskrivi l-parametri tat-test li għandhom jintużaw meta jitkejjel prodott taħt il-proċedura tat-test tat-TEC. Din it-taqsima ma tkoprix il-kondizzjonijiet tat-test, li huma deskritti fil-qosor fit-Taqsima VII.D.4, hawn taħt.

    L-ittestjar bis-Simplex

    Il-prodotti għandhom ikunu ttestjati fil-modalità simplex. L-oriġinali li ser jiġu kkopjati għandhom ikunu immaġini simplex.

    L-immaġini tat-test

    L-immaġini tat-test hija d-Disinn tat-Test A mill-istandard ISO/IEC 10561:1999. Għandha tkun riprodotta f’daqs ta’ 10 punti bit-tipa Courier ta’ wisa’ fissa (jew l-eqreb ekwivalenti); il-karattri speċifiċi għall-Ġermaniż m’għandhomx għalfejn ikunu riprodotti jekk il-prodott mhuwiex kapaċi jagħmilhom. L-immaġini għandha tkun riprodotta fuq folja tal-karta 8.5” × 11” jew A4, kif xieraq għas-suq intenzjonat. Għall-printers u l-MFDs li jistgħu jinterpretaw lingwa li tiddeskrivi l-paġna (PDL- page description language) (eż., PCL, Postscript), l-immaġini għandhom jintbagħtu lill-prodott f’PDL.

    L-ittestjar monokromu

    Il-prodotti kapaċi jieħdu l-kulur għandhom jiġu ttestjati b’immaġini monokromi sakemm ma jkunux inkapaċi li jagħmlu dan.

    It-tifi awtomatiku u l-abilitazzjoni tan-netwerk

    Il-prodott għandu jkun konfigurat bl-istess mod li ser jiġi kkonsenjat u rakkomandat għall-użu, b’mod partikolari għall-parametri ewlenin bħalma huma l-ħinijiet tad-dewmien default għall-immaniġġjar ta’ l-enerġija u r-riżoluzzjoni (ħlief kif speċifikat hawn taħt). L-informazzjoni kollha ġejja mingħand il-manifattur dwar il-ħinijet tad-dewmien default rakkomandati għandha tkun konsistenti mal-konfigurazzjoni kif ser jiġi kkonsenjat, inklużi dawk fil-manwali ta’ l-operat, fuq il-paġni tal-Web, u dak provdut mill-persunal ta’ l-istallazzjoni. Jekk printer, duplikatur diġitali jew MFD li għandu kapaċità li jistampa, jew magna tal-faks għandhom kapaċità li jintfew waħedhom u din hija faċilitata meta l-prodott ser jiġi kkonsenjat, għandha tkun mitfija qabel it-test. Il-printers u l-MFDs li jistgħu jiġu konnessi man-netwerk meta kkonsenjati (19) għandhom ikunu konnnessi ma’ netwerk. It-tip ta’ konnessjoni tan-netwerk (jew konnessjoni oħra tad-data jekk ma jistax ikun fuq netwerk) hija skond ma jagħżel il-manifattur, u t-tip użat għandu jkun irrapportat. Il-funzjonijiet ta’ l-istampar għat-test jistgħu jintbagħtu minn fuq konnessjonijiet li mhumiex tat-tip netwerk (eż., USB), anki fuq dawk l-unitajiet li jistgħu jiġu konnessi ma’ netwerk.

    Il-konfigurazzjoni tal-prodott

    L-sors tal-karta u l-hardware estern għandhom ikunu preżenti u konfigurati bl-istess mod li ser jiġu kkonsenjati u rrakkomandati għall-użu; iżda, l-użu tagħhom fit-test huwa skond id-diskrezzjoni tal-manifattur (eż., jista’ jintuża kwalunkwe sors tal-karti). Il-karatteristiċi kontra l-umdità jistgħu jintfew jekk huma kontrollabbli mill-utent. Kwalunkwe hardware li huwa parti mill-mudell u maħsub li jiġi istallat jew imwaħħal mill-utent (eż., karatteristika tal-karti) għandu jkun istallat qabel dan it-test.

    Duplikaturi diġitali

    Id-duplikaturi diġitali għandhom ikunu ppreparati u wżati skond id-disinn u l-kapaċitajiet tagħhom. Pereżempju, kull biċċa xogħol għandha tinkludi biss immaġini waħda oriġinali. Id-duplikaturi għandhom ikunu ttestjati bil-veloċità massima dikjarata, li hija wkoll il-veloċità li għandha tintuża biex ikun determinat id-daqs tal-biċċa xogħol biex isir it-test, mhux il-veloċità default kif ser jiġi kkonsenjat, jekk dawn huma differenti. Id-duplikaturi diġitali għandhom fl-aspetti l-oħrajn jiġu ttrattati bħala printers, kopjaturi jew MFDs, skond il-kapaċitajiet tagħhom meta ser jiġu kkonsenjati.

    (c)

    L-Istruttura tal-Biċċa Xogħol

    Din it-taqsima tiddeskrivi kif jiġi determinat in-numru ta’ immaġini għal kull biċċa xogħol li għandhom jintużaw meta jitkejjel prodott taħt il-proċedura tat-test tat-TEC, u x- xogħlijiet kuljum għall-kalkolu tat-TEC.

    Għall-għanijiet ta’ din il-proċedura tat-test, il-veloċità tal-prodott użat biex ikun determinat id-daqs tal-biċċa xogħol għat-test għandha tkun il-veloċità massima simplex li jirrapporta l-manifattur biex isiru l-immaġini monokromi fuq karta ta’ daqs standard (8.5” × 11” jew A4), miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ. Din il-veloċità tintuża wkoll għall-għanijiet tar-rapportar bħala l-Veloċità tal-Prodott tal-mudell. Il-veloċità default tal-prodott, li għandha tintuża fl-ittestjar attwali, ma titkejjilx u tista’ tkun differenti mill-veloċità massima dikjarata minħabba fatturi bħalma huma s-settings għar-riżoluzzjoni, il-kwalità ta’ l-immaġini, il-modalitajiet ta’ l-istampar, il-ħin ta’ l-iskanjar ta’ document, id-daqs u l-istruttura tal-biċċa xogħol, u d-daqs u l-piż tal-karta.

    Il-magni tal-faks għandhom dejjem jiġu ttestjati b’immaġini waħda għal kull biċċa xogħol. In-numru ta’ immaġini għal kull biċċa xogħol li għandhom jintużaw għall-prodotti kollha l-oħrajn ta’ l-IE għandhom jingħaddu skond dawn it-tliet passi li ġejjin. Għall-konvenjenza, it-Tabella 39 tipprovdi l-immaġini riżultanti għall-komputazzjoni ta’ kull biċċa xogħol għal kull Veloċità tal-Prodott integrali sa 100 immaġini fil-minuta (ipm).

    (i)

    Ikkalkula n-numru ta’ biċċiet xogħol fil-jum. In-numru ta’ biċċiet xogħol fil-jum ivarja skond il-Veloċità tal-Prodott:

    Għal unitajiet b’veloċità ta’ tmien ipm jew inqas, uża tmien biċċiet xogħol fil-jum.

    Għal unitajiet b’veloċità bejn tmien u 32 ipm, in-numru ta’ biċċiet xogħol fil-jum huwa daqs il-veloċità. Pereżempju, unità ta’ 14 ipm għandha tuża 14 biċċiet xogħol fil-jum.

    Għal unitajiet b’veloċità ta’ 32 ipm u aktar, uża 32 biċċiet xogħol fil-jum.

    (ii)

    Ikkalkula l-ammont nominali ta’ immaġini fil-jum  (20) mit-Tabella 36. Pereżempju, unità ta’ 14 ipm għandha tuża 0.50 × 142, jew 98 immaġini fil-jum.

    Tabella 36

    Tabella tal-Biċċiet ta’ Xogħol tat-Tagħmir ta’ l-Immaġini

    It-Tip ta’ Prodott

    Ir-rata li għandha tintuza

    Formula (immaġini fil-jum)

    Monokromu (ħlief faks)

    Veloċità monokromu

    0,50 × ipm2

    Kulur (ħlief faks)

    Veloċità monokromu

    0,50 × ipm2

    (iii)

    Ikkalkula n-numru ta’ immaġini għal kull biċċa xogħol billi tiddividi n-numru ta’ immaġini fil-jum bin-numru ta’ biċċiet ta’ xogħol fil-jum. Naqqas il-figura sa l-eqreb numru sħiħ. Pereżempju, figura ta’ 15.8 tindika li 15-il immaġini għandha ssir għal kull biċċa xogħol, minflok ma tkun miżjuda għal 16-il immaġini għal kull biċċa xogħol.

    Għal kopjaturi ta’ inqas minn 20 ipm, għandu jkun hemm oriġinali waħda għal kull immaġini meħtieġa. Għal biċċiet xogħol b’għadd kbir ta’ immaġini, bħal dawk għal magni li għandhom aktar minn 20 ipm, jista’ ma jkunx possibbli li jitqabbel in-numru ta’ immaġini meħtieġa, b’mod partikolari meta hemm limiti fuq il-kapaċità ta’ l-apparati li jdaħħal id-dokumenti. Għalhekk, il-kopjaturi ta’ 20 ipm u aktar jistgħu jagħmlu bosta kopji ta’ l-istess oriġinali, kemm-il darba n-numru ta’ oriġinali jkun għall-inqas għaxra. Dan jista’ jirriżulta f’li jkun hemm aktar immaġini magħmula milli meħtieġ. Bħala eżempju, għal unità ta’ 50 ipm li teħtieġ 39 immaġini għal kull biċċa xogħol, it-test jista’ jsir b’erba’ kopji ta’ għaxar oriġiali jew tliet kopji ta’ 13-il oriġinali.

    (d)

    Il-Proċeduri tal-Kejl

    Biex jitkejjel il-ħin, huwa biżżejjed stopwatch ordinarju b’kalkolu tal-ħin sa riżoluzzjoni ta’ sekonda. Il-figuri kollha ta’ l-enerġija huma rrekordjati bħala watt-hours (Wh). Il-ħin kollu għandu jkun irrekordjat f’sekondi jew minuti. Ir-referenzi “qiegħed il-miter fuq żero” huma għall-qari “Wh” tal-miter. It-Tabelli 35 u 36 jiddeskrivu fil-qosor il-passi tal-proċedura TEC.

    Il-modalitajiet tas-servizz/manutenzjoni (inkluża l-kalibrazzjoni tal-kulur) ġeneralment m’għandhomx ikunu inklużi fil-kejl tat-TEC. Kull waħda minn dawn il-modalitajiet li sseħħ matul it-test għandha tiġi nnutata. Jekk modalità tas-servizz isseħħ matul biċċa xogħol li ma tkunx l-ewwel waħda, dik il-biċċa xogħol tista’ tkun skartata u minflokha tiżdied biċċa xogħol oħra mat-test. Fil-każ li hija meħtieġa biċċa xogħol sostituta, tirrekordjax il-valuri ta’ l-enerġija għall-biċċa xogħol skartata u żid il-biċċa xogħol sostituta immedjatament wara l-Biċċa Xogħol 4. L-intervall ta’ 15-il minuta bejn biċċa xogħol u oħra għandu jinżamm f’kull ħin, inkluż għall-biċċa xogħol li hija skartata.

    L-MFDs mingħajr il-kapaċità li jistampaw għandhom ikunu trattati bħala kopjaturi għall-għanijiet kollha ta’ din il-proċedura tat-test.

    (i)

    Il-Proċedura għall-Printers, id-Duplikaturi Diġitali u l-MFDs bil-Kapaċità li Jistampaw, u l-Magni tal-Faks

    Tabella 37

    Il-Proċedura tat-Test tat-TEC - Printers, Duplikaturi Diġitali u l-MFDs bil-Kapaċità li Jistampaw, u l-Magni tal-Faks

    Pass

    Stat Inizjali

    Azzjoni

    Rekord (fl-aħħar tal-pass)

    L-Istati Possibbli Mkejla

    1

    Mitfi

    Ipplaggja l-unità fil-miter. Qiegħed il-miter fuq żero; stenna l-perjodu tat-test (ħames minuti jew aktar).

    L-enerġija mitfija

    Mitfi

    Il-ħin ta’ l-intervall tat-test

    2

    Mitfi

    Ixgħel l-unità. Stenna sakemm l-unità jindika li huwa fil-modalità Ready.

    3

    Ready

    Stampa biċċa xogħol ta’ għall-inqas immaġini waħda prodotta iżda mhux aktar minn biċċa xogħol waħda għal kull Tabella tal-Biċċiet ta’ Xogħol.

    Irrekordja l-ħin meta l-ewwel folja toħroġ mill-unità. Stenna sakemm il-miter juri li l-unità daħlet fl-aħħar modalità sleep tagħha.

    Ħin Attiv0

    4

    Sleep

    Qiegħed il-miter fuq żero; stenna siegħa.

    Enerġija sleep

    Sleep

    5

    Sleep

    Qiegħed il-miter u l-arloġġ fuq żero. Stampa biċċa xogħol waħda għal kull Tabella tal-Biċċiet ta’ Xogħol. Irrekordja l-ħin meta l-ewwel folja toħroġ mill-unità. Stenna sakemm l-arloġġ juri li għaddew 15-il minuta.

    Enerġija Biċċa Xogħol 1

    Jerġa’ jixgħel, Attiv, Ready, sleep

    Ħin Attiv1

    6

    Ready

    Irrepeti l-pass 5

    Enerġija Biċċa Xogħol2

    Bħal fuq

    Ħin Attiv2

    7

    Ready

    Irrepeti l-pass 5 (mingħajr il-kejl tal-ħin Attiv).

    Enerġija Biċċa Xogħol3

    Bħal fuq

    8

    Ready

    Irrepeti l-pass 5 (mingħajr il-kejl tal-ħin Attiv).

    Enerġija Biċċa Xogħol4

    Bħal fuq

    9

    Ready

    Qiegħed il-miter u l-arloġġ fuq żero. Stenna sakemm il-miter u/jew l-unità turi li daħlet fl-aħħar modalità sleep tagħha.

    Ħin Finali

    Ready, sleep

    Enerġija Finali

    Noti:

    Qabel ma tibda t-test, huwa utli li wieħed jivverifika l-ħinijiet ta’ dewmien default ta’ l-immaniġġjar ta’ l-enerġija sabiex jiġi żgurat li huma l-istess bħal kif ser jiġu kkonsenjati, u jiġi kkonfermat li hemm biżżejjed karti fit-tagħmir.

    Ir-referenzi “qiegħed il-miter fuq żero” jistgħu jinkisbu billi jkun irrekordjat il-konsum akkumulat ta’ l-enerġija f’dak il-ħin minflok ma l-miter litteralment jitqiegħed fuq żero.

    Pass 1 – Il-perjodu tal-kejl Mitfi jista’ jkun itwal jekk mixtieq biex jitnaqqas l-izball fil-kejl. Innota li l-enerġija meta Mitfi ma tintużax fil-kalkoli.

    Pass 2 – Jekk l-unità m’għandiex indikatur Ready, uża l-ħin li fih il-livell tal-konsum ta’ l-enerġija jistabbilizza għal-livell Ready.

    Pass 3 – Wara li tirrekordja l-ħin Active0, il-bqija ta’ din il-biċċa xogħol tista’ tkun kanċellata.

    Pass 5 – Il-15-il minuta hija mill-bidu tal-biċċa xogħol. L-unità għandha turi konsum miżjud ta’ l-enerġija fi żmien ħames sekondi minn meta l-miter jitqiegħed fuq żero; jista’ jkun meħtieġ li l-istampar jinbeda qabel ma l-miter jitqiegħed fuq żero biex dan jiġi żgurat.

    Pass 6 – Unità li hija konsenjata bil-ħinijiet ta’ dewmien default qosra tista’ tibda l-Passi 6-8 minn Sleep.

    Pass 9 – Il-unitajiet jista’ jkollhom bosta modalitajiet sleep sabiex il-modalitajiet Sleep kollha ħlief l-aħħar waħda huma inklużi fil-perjodu Finali.

    Kull immaġini għandha tintbagħat separatament; jistgħu kollha jkunu parti mill-istess dokument, iżda m’għandhomx ikunu speċifikati fid-dokument bħala bosta kopji ta’ immaġini waħda oriġinali (kemm-il darba l-prodott mhuwiex duplikatur diġitali, kif speċifikat fit-Taqsima VII.D.2(b)).

    Għall-magni tal-faks, li jużaw immaġini waħda biss għal kull biċċa xogħol, il-paġna għandha tiddaħħal fl-apparat li jdaħħal id-dokumenti għall-kopji tal-konvenjenza, u tista’ titqiegħed f’dan l-apparat qabel ma jibda t-test. L-unità m’għandiex għalfejn tkun konnessa ma’ linja tat-telefon kemm-il darba l-linja tat-telefon mhijiex meħtieġa biex isir it-test. Pereżempju, jekk il-magna tal-faks m’għandhiex kapaċità tal-kopji tal-konvenjenza, il-biċċa xogħol imwettqa fil-Pass 2 għandha tintbagħat permezz ta’ linja tat-telefon. Fuq il-magni tal-faks mingħajr apparat li jdaħħal id-dokumenti, il-paġna għandha titqiegħed fuq il-platen.

    (ii)

    Il-Proċedura għall-Kopjaturi, id-Duplikaturi Diġitali u l-MFDs mingħajr il-Kapaċità ta’ l-Istampar

    Tabella 38

    Il-Proċedura tat-Test tat-TEC - Printers, Duplikaturi Diġitali u l-MFDs Mingħajr Kapaċità li Jistampaw

    Pass

    Stat Inizjali

    Azzjoni

    Rekord (fl-aħħar tal-pass)

    L-Istati Possibbli Mkejla

    1

    Mitfi

    Ipplaggja l-unità fil-miter. Qiegħed il-miter fuq żero; stenna l-perjodu tat-test (ħames minuti jew aktar).

    L-enerġija mitfija

    Mitfi

    Il-ħin ta’ l-intervall tat-test

    2

    Mitfi

    Ixgħel l-unità. Stenna sakemm l-unità jindika li huwa fil-modalità Ready.

    3

    Ready

    Ikkopja biċċa xogħol ta’ għall-inqas immaġini waħda iżda mhux aktar minn biċċa xogħol waħda għal kull Tabella tal-Biċċiet ta’ Xogħol. Irrekordja l-ħin meta l-ewwel folja toħroġ mill-unità. Stenna sakemm il-miter juri li l-unità daħlet fl-aħħar modalità sleep tagħha.

    Ħin Attiv0

    4

    Sleep

    Qiegħed il-miter fuq żero; stenna siegħa. Jekk l-unità tintefa f’inqas minn siegħa, irrekordja l-ħin u l-enerġija fi sleep, iżda stenna s-siegħa sħiħa qabel ma tgħaddi għall-pass 5.

    Enerġija sleep

    Sleep

    Il-ħin ta’ l-intervall tat-test

    5

    Sleep

    Qiegħed il-miter u l-arloġġ fuq żero. Ikkopja biċċa xogħol waħda għal kull Tabella tal-Biċċiet ta’ Xogħol. Irrekordja l-ħin meta l-ewwel folja toħroġ mill-unità. Stenna sakemm l-arloġġ juri li għaddew 15-il minuta.

    Enerġija Biċċa Xogħol 1

    Jerġa’ jixgħel, Attiv, Ready, sleep, Mitfi awtomatikament

    Ħin Attiv1

    6

    Ready

    Irrepeti l-pass 5

    Enerġija Biċċa Xogħol2

    Bħal fuq

    Ħin Attiv2

    7

    Ready

    Irrepeti l-pass 5 (mingħajr il-kejl tal-ħin Attiv).

    Enerġija Biċċa Xogħol3

    Bħal fuq

    8

    Ready

    Irrepeti l-pass 5 (mingħajr il-kejl tal-ħin Attiv).

    Enerġija Biċċa Xogħol4

    Bħal fuq

    9

    Ready

    Qiegħed il-miter u l-arloġġ fuq żero. Stenna sakemm il-miter u/jew l-unità turi li daħlet fil-Modalità Mitfija Awtomatikament.

    Enerġija Finali

    Ready, sleep

    Ħin Finali

    10

    Mitfi awtom-atiku

    Qiegħed il-miter fuq żero; stenna l-perjodu tat-test (ħames minuti jew aktar).

    Enerġija Mitfi Awtoma-tikament

    Mitfi awtom-atiku

    Noti:

    Qabel ma tibda t-test, huwa utli li wieħed jivverifika l-ħinijiet ta’ dewmien default ta’ l-immaniġġjar ta’ l-enerġija sabiex jiġi żgurat li huma l-istess bħal kif ser jiġu kkonsenjati, u jiġi kkonfermat li hemm biżżejjed karti fit-tagħmir.

    Ir-referenzi “qiegħed il-miter fuq żero” jistgħu jinkisbu billi jkun irrekordjat il-konsum akkumulat ta’ l-enerġija f’dak il-ħin minflok ma l-miter litteralment jitqiegħed fuq żero.

    Pass 1 – Il-perjodu tal-kejl Mitfi jista’ jkun itwal jekk mixtieq biex jitnaqqas l-izball fil-kejl. Innota li l-enerġija meta Mitfi ma tintużax fil-kalkoli.

    Pass 2 – Jekk l-unità m’għandiex indikatur Ready, uża l-ħin li fih il-livell tal-konsum ta’ l-enerġija jistabbilizza għal-livell Ready.

    Pass 3 – Wara li tirrekordja l-ħin Active0, il-bqija ta’ din il-biċċa xogħol tista’ tkun kanċellata.

    Pass 4 – Jekk l-unità tintefa f’din is-siegħa, irrekordja l-enerġija fi sleep u l-ħin f’dak il-punt iżda stenna samekk tkun għaddiet siegħa sħiħa minn meta nbdiet il-modalità sleep finali qabel ma tibda l-Pass 5. Innota li l-kejl ta’ l-enerġija fi sleep ma jintużax f’dan il-kalkolu, u l-unità tista’ tidħol fil-Modalità Mitfija Awtomatikament fis-siegħa sħiħa.

    Pass 5 – Il-15-il minuta hija mill-bidu tal-biċċa xogħol. Sabiex ikunu jistgħu jiġu evalwati b’din il-proċedura tat-test, il-prodotti għandhom ikunu jistgħu ilestu l-biċċa xogħol meħtieġa għal kull Tabella ta’ Biċċa Xogħol fl-intervall tal-biċċa xogħol ta’ 15-il minuta.

    Pass 6 – Unità li hija konsenjata bil-ħinijiet ta’ dewmien default qosra tista’ tibda l-Passi 6-8 minn sleep jew Mitfi Awtomatikament.

    Pass 9 – Jekk l-unità tkun diġà daħlet f’Mitfi Awtomatikament qabel il-bidu tal-Pass 9, il-valuri għall-enerġija finali u ħin finali huma żero.

    Pass 10 – L-intervall tat-test għal Mitfi Awtomatikament jista’ jkun itwal biex tizdied il-preċizjoni.

    L-oriġinali għandhom jitqiegħdu fl-apparat li jdaħħal id-dokumenti qabel ma jibda t-test. Il-prodotti mingħajr apparat li jdaħħal id-dokumenti jistgħu jagħmlu l-immaġini kollha minn oriġinal wieħed imqiegħed fuq il-platen.

    (iii)

    Kejl addizzjonali għall-Prodotti li għandhom Digital Front End (DFE)

    Dan il-pass jgħodd biss ghall-prodotti li għandhom DFE kif definit fit-Taqsima VII.A.29.

    Jekk id-DFE għandu wajer ta’ l-elettriku tal-mejn separat, irrispettivament jekk il-wajer u l-kontrollatur humiex interni jew esterni għat-tagħmir ta’ l-immaġini, kejl ta’ ħames minuti ta’ l-enerġija tad-DFE waħdu għandu jsir waqt li l-prodott huwa fil-modalità ready. L-unità għandha tkun konnessa ma’ netwerk jekk hija kapaċi titqabbad fuq netwerk meta tiġi konsenjata.

    Jekk id-DFE m’għandux wajer ta’ l-elettriku tal-mejn separat, il-manifattur għandu jiddokumenta l-elettriku AC meħtieġ għad-DFE meta l-unità sħiħa hija f’modalità ready. Dan iseħħ l-aktar komuni billi jittieħed kejl istantanju ta’ l-elettriku tad-dħul tad-DC għad-DFE u din l-enerġija tiżdied biex jittieħed qies tat-telf fil-provvista ta’ l-enerġija.

    (e)

    Il-metodi tal-kalkolu

    Il-valur TEC jirrifletti assunzjonijiet dwar kemm sigħat fil-jum il-prodott huwa f’użu ġenerali, it-tendenza ta’ l-użu f’dawk is-sigħat, u l-ħinijiet ta’ dewmien default li juża l-prodott biex jgħaddi għal modalitajiet ta’ inqas enerġija. Il-kejl kollu ta’ l-elettriku jsir bħala enerġija akkumulata mal-ħin, u mbagħad maqluba għall-enerġija billi ssir diviżjoni bit-tul ta’ ħin.

    Il-kalkoli huma bażati fuq il-biċċiet xogħol ta’ l-immaġini mqassma f’żewġ ġabriet kuljum u l-unità tgħaddi għall-modalità ta’ l-enerġija l-aktar baxxa bejniethom (bħal fil-ħin ta’ l-ikel), kif jidher fil-Figura 2, li jista’ jinsab fl-aħħar ta’ dan id-dokument. Huwa assunt li ma jsirx użu fi tmiem il-ġimgħa, u li ma jsir ebda tifi manwali.

    Il-Ħin Finali huwa l-perjodu minn meta nbdiet l-aħħar biċċa xogħol sal-bidu tal-modalità ta’ l-enerġija l-aktar baxxa (Tifi Awtomatiku għall-kopjaturi, għad-duplikaturi diġitali u l-MFDs mingħajr il-kapaċità ta’ l-istampar; u sleep għal printers, duplikaturi diġitali u l-MFDs li għandhom il-kapaċità ta’ l-istampar, ui l-magni tal-faks) bit-tnaqqis tal-ħin ta’ l-intervall tal-biċċa xogħol ta’ 15-il minuta.

    Dawn iz-zewġ ekwazzjonijiet jintuzaw għat-tipi kollha tal-prodotti:

    Enerġija Medja tal-Biċċa Xogħol = (Xogħol + Xogħol3 + Xogħol4) / 3 Enerġija għall-Biċċiet Xogħol Kuljum = (Xogħol1 × 2) + [(Biċċiet Xogħol fil-Jum– 2) × Enerġija Medja tal-Biċċa Xogħol)]

    Il-metodu tal-kalkolu għall-printers, duplikaturi diġitali u l-MFDs li għandhom il-kapaċità ta’ l-istampar u għall-magni tal-faks ukoll juża dawn it-tliet ekwazzjonijiet:

    Enerġija Medja tal-Biċċa Xogħol = [24 siegħa – ((Biċċiet Xogħol fil-Jum/4) + (Ħin Finali × 2))] × Enerġija sleep Enerġija Kuljum = Enerġija għall-Biċċiet Xogħol Kuljum + (2 × Enerġija Finali) + Enerġija Finali sleep TEC = (Enerġija Kuljum × 5) + (Enerġija sleep × 48)

    Il-metodu tal-kalkolu għall-printers, duplikaturi diġitali u l-MFDs li m’għandhomx il-kapaċità ta’ l-istampar ukoll juża dawn it-tliet ekwazzjonijiet:

    Enerġija Kuljum Tifi Awtomatiku = [24 siegħa – ((Biċċiet Xogħol fil-Jum/4) + (Ħin Finali × 2))] × Enerġija Tifi Awtomatiku Daily Energy = Daily Job Energy + (2 × Final Energy) + Daily Auto-off Energy TEC = (Enerġija Kuljum × 5) + (Enerġija Tifi Awtomatiku × 48)

    L-ispeċifikazzjonijiet tat-tagħmir tal-kejl u l-iskali wzati f’kull kejl għandhom ikunu rrapportati. Il-kejl għandu jitwettaq sabiex jirrizulta fi zball potenzjali totali tal-valur tat-TEC ta’ mhux aktar minn 5 %. Il-preċizjoni m’għandhiex għalfejn tkun rapportata għall-kazijiet fejn l-izball potenzjali huwa inqas minn 5 %. Meta l-iżball potenzjali tal-kejl huwa qrib il-5 %, il-manifatturi għandhom jieħdu miżuri sabiex jikkonfermaw li jiġi osservat il-limitu ta’ 5 %.

    (f)

    Referenzi

    ISO/IEC 10561:1999. Teknoloġija informatika — Tagħmir ta’ l-uffiċċju — Tagħmir ta’ l-istampar — Metodu biex jiġi żgurat throughput — Printers tal-Klassi 1 u tal-Klassi 2.

    Tabella 39

    It-Tabella tal-Biċċiet Xogħol Ikkalkolata

    Speed

    Jobs/Day

    Interim Images/Day

    Interim Images/Job

    Images/Job

    Images/Day

    1

    8

    1

    0.06

    1

    8

    2

    8

    2

    0.25

    1

    8

    3

    8

    5

    0.56

    1

    8

    4

    8

    8

    1.00

    1

    8

    5

    8

    13

    1.56

    1

    8

    6

    8

    18

    2.25

    2

    16

    7

    8

    25

    3.06

    3

    24

    8

    8

    32

    4.00

    4

    32

    9

    9

    41

    4.50

    4

    36

    10

    10

    50

    5.00

    5

    50

    11

    11

    61

    5.50

    5

    55

    12

    12

    72

    6.00

    6

    72

    13

    13

    85

    6.50

    6

    78

    14

    14

    98

    7.00

    7

    98

    15

    15

    113

    7.50

    7

    105

    16

    16

    128

    8.00

    8

    128

    17

    17

    145

    8.50

    8

    136

    18

    18

    162

    9.00

    9

    162

    19

    19

    181

    9.50

    9

    171

    20

    20

    200

    10.00

    10

    200

    21

    21

    221

    10.50

    10

    210

    22

    22

    242

    11.00

    11

    242

    23

    23

    265

    11.50

    11

    253

    24

    24

    288

    12.00

    12

    288

    25

    25

    313

    12.50

    12

    300

    26

    26

    338

    13.00

    13

    338

    27

    27

    365

    13.50

    13

    351

    28

    28

    392

    14.00

    14

    392

    29

    29

    421

    14.50

    14

    406

    30

    30

    450

    15.00

    15

    450

    31

    31

    481

    15.50

    15

    465

    32

    32

    512

    16.00

    16

    512

    33

    32

    545

    17.02

    17

    544

    34

    32

    578

    18.06

    18

    576

    35

    32

    613

    19.14

    19

    608

    36

    32

    648

    20.25

    20

    640

    37

    32

    685

    21.39

    21

    672

    38

    32

    722

    22.56

    22

    704

    39

    32

    761

    23.77

    23

    736

    40

    32

    800

    25.00

    25

    800

    41

    32

    841

    26.27

    26

    832

    42

    32

    882

    27.56

    27

    864

    43

    32

    925

    28.89

    28

    896

    44

    32

    968

    30.25

    30

    960

    45

    32

    1013

    31.64

    31

    992

    46

    32

    1058

    33.06

    33

    1056

    47

    32

    1105

    34.52

    34

    1088

    48

    32

    1152

    36.00

    36

    1152

    49

    32

    1201

    37.52

    37

    1184

    50

    32

    1250

    39.06

    39

    1248

    51

    32

    1301

    40.64

    40

    1280

    52

    32

    1352

    42.25

    42

    1344

    53

    32

    1405

    43.89

    43

    1376

    54

    32

    1458

    45.56

    45

    1440

    55

    32

    1513

    47.27

    47

    1504

    56

    32

    1568

    49.00

    49

    1568

    57

    32

    1625

    50.77

    50

    1600

    58

    32

    1682

    52.56

    52

    1664

    59

    32

    1741

    54.39

    54

    1728

    60

    32

    1800

    56.25

    56

    1792

    61

    32

    1861

    58.14

    58

    1856

    62

    32

    1922

    60.06

    60

    1920

    63

    32

    1985

    62.02

    62

    1984

    64

    32

    2048

    64.00

    64

    2048

    65

    32

    2113

    66.02

    66

    2112

    66

    32

    2178

    68.06

    68

    2176

    67

    32

    2245

    70.14

    70

    2240

    68

    32

    2312

    72.25

    72

    2304

    69

    32

    2381

    74.39

    74

    2368

    70

    32

    2450

    76.56

    76

    2432

    71

    32

    2521

    78.77

    78

    2496

    72

    32

    2592

    81.00

    81

    2592

    73

    32

    2665

    83.27

    83

    2656

    74

    32

    2738

    85.56

    85

    2720

    75

    32

    2813

    87.89

    87

    2784

    76

    32

    2888

    90.25

    90

    2880

    77

    32

    2965

    92.64

    92

    2944

    78

    32

    3042

    95.06

    95

    3040

    79

    32

    3121

    97.52

    97

    3104

    80

    32

    3200

    100.00

    100

    3200

    81

    32

    3281

    102.52

    102

    3264

    82

    32

    3362

    105.06

    105

    3360

    83

    32

    3445

    107.64

    107

    3424

    84

    32

    3528

    110.25

    110

    3520

    85

    32

    3613

    112.89

    112

    3584

    86

    32

    3698

    115.56

    115

    3680

    87

    32

    3785

    118.27

    118

    3776

    88

    32

    3872

    121.00

    121

    3872

    89

    32

    3961

    123.77

    123

    3936

    90

    32

    4050

    126.56

    126

    4032

    91

    32

    4141

    129.39

    129

    4128

    92

    32

    4232

    132.25

    132

    4224

    93

    32

    4325

    135.14

    135

    4320

    94

    32

    4418

    138.06

    138

    4416

    95

    32

    4513

    141.02

    141

    4512

    96

    32

    4608

    144.00

    144

    4608

    97

    32

    4705

    147.02

    157

    4704

    98

    32

    4802

    150.06

    150

    4800

    99

    32

    4901

    153.14

    153

    4896

    100

    32

    5000

    156.25

    156

    4992

    Image

    Il-Figura 2 turi forma grafika tal-proċedura tal-kejl. Wieħed għandu jinnota li l-prodotti ta' ħinijiet default-delay qosra jistgħu jinkludu perjodi ta' Sleep fi ħdan il-kejl ta' erba' biċċiet xogħol (jobs), jew Auto-off fi ħdan il-kejl ta' Sleep fil-Pass 4 (Step 4). Barra minn hekk, il-prodotti b'faċilità ta' stampar li jkollhom modalità ta' Sleep waħda biss ma jkollhomx modalità ta' Sleep fl-aħħar perjodu. Il-Pass 10 japplika biss għall-kopjaturi, duplikaturi diġitali, u MFDs mingħajr il-faċilità ta' stampar.

    Image

    Il-Figura 3 turi eżempju skematiku ta' kopjatur ta' tmien ipm li jagħmel erba' biċċiet xogħol fil-għodu, erba' biċċiet xogħol wara nofsinhar, ikollu żewġ perjodi “finali” u modalità Auto-off għall-bqija tal-ġurnata tax-xogħol u għall-weekend kollu. Huwa impliċitu, iżda mhux espliċitu, li wieħed jassumi li jkun hemm perjodu lunchtime. Il-figura mhijiex preċiża fuq bażi ta' skala. Kif wieħed jista' jara, il-biċċiet tax-xogħol huma dejjem 15-il minuta separati minn xulxin u f'żewġ raggruppamenti. Ikun hemm dejjem żewġ perjodi “finali” sħaħ irrispettivament mit-tul ta' dawn il-perjodi. L-istampaturi, id-duplikaturi diġitali u l-MFDs bil-faċilità ta' stampar, u l-magni tal-faks jużaw il-modalità Sleep u mhux il-modalità Auto-off bħala l-modalità bażi, iżda altrimenti huma trattati l-istess bħall-kopjaturi.

    3.

    Attiv/ready

    (a)

    It-Tipi ta’ Prodotti Koperti: Ready/sleep

    (b)

    Il-Parametri tat-Test

    Il-Parametri tat-Test Din it-taqsima tiddeskrivi l-parametri tat-test li għandhom jintuzaw meta jitkejjel il-konsum ta’ l-enerġija minn prodott taħt il-proċedura tat-test OM.

    Il-Konnettività Man-Netwerk

    Il-prodotti li huma kapaċi li jkunu konnessi ma’ netwerk meta ser jiġu kkonsenjati (21) għandhom ikunu konnessi għall-inqas ma’ netwerk waħda matul il-proċedura tat-test. It-tip ta’ konnessjoni tan-netwerk li hija attiva qiegħda fid-diskrezzjoni tal-manifattur, u t-tip użat għandu jkun irrapportat.

    Il-prodott m’għandux jirċievi enerġija operattiva minn fuq il-konnessjoni tan-netwerk (eż., permezz ta’ l-Elettriku Fuq l-Ethernet, USB, USB PlusPower, jew IEEE 1394) kemm-il darba dak mhuwiex l-uniku sors ta’ enerġija għall-prodott (i.e., m’hemm ebda sors ta’ l-elettriku AC).

    Il-konfigurazzjoni tal-prodott

    Il-prodott għandu jkun konfigurat kif ser jiġi kkonsenjat u rakkomandat għall-użu, b’mod partikolari għall-parametri ewlenin bħall-ħinijiet ta’ dewmien default ta’ l-immaniġġjar ta’ l-enerġija, il-kwalità ta’ l-immaġini, u r-riżoluzzjoni. Ukoll:

    Għandu jkun hemm preżenti u konfigurati kif ser jiġu kkonsenjati l-sors tal-karti u l-hardware estern; madankollu l-użu ta’ dawn il-karatteristiċi fit-test huwa fid-diskrezzjoni tal-manifattur (eż., kwalunkwe sors tal-karti jista’ tintuża). Kwalunkwe hardware li huwa parti mill-mudell u maħsub li jiġi istallat jew imwaħħal mill-utent (eż., karatteristika tal-karti) għandu jkun istallat qabel dan it-test.

    Il-karatteristiċi kontra l-umdità jistgħu jintfew jekk huma kontrollabbli mill-utent.

    Għall-magni tal-faks, paġna għandha tiddaħħal fit-tagħmir ta’ l-unità li ddaħħal il-karti għall-ikkopjar tal-konvenjenza, u tista’ titqiegħed fit-tagħmir li jdaħħal il-karti qabel ma jibda t-test. L-unità m’għandiex għalfejn tkun konnessa ma’ linja tat-telefon kemm-il darba l-linja tat-telefon mhijiex meħtieġa biex isir it-test. Pereżempju, jekk il-magna tal-faks m’għandhiex kapaċità tal-kopji tal-konvenjenza, il-biċċa xogħol imwettqa fil-Pass 2 għandha tintbagħat permezz ta’ linja tat-telefon. Fuq il-magni tal-faks mingħajr apparat li jdaħħal id-dokumenti, il-paġna għandha titqiegħed fuq il-platen.

    Jekk prodott għandu il-modalità Tifi Awtomatiku mixgħula meta ser jiġi kkonsenjat, din għandha tkun mixgħula qabel ma jsir it-test.

    Il-Veloċità

    Meta titkejjel l-enerġija skond din il-proċedura tat-test, il-prodott għandu jipproduċi immaġini fil-veloċità li tirriżulta mid-default settings tiegħu kif ġie kkonsenjat. Iżda, il-veloċità simplex massima li jirrapporta l-manifattur biex isiru l-immaġini monokromi fuq karta tad-daqs standard għandha tintuża għall-għanijiet tar-rapport.

    (ċ)

    Il-Metodu tal-Kejl ta’ l-Enerġija

    Il-kejl kollu ta’ l-enerġija għandu jsir skond IEC 62301 b’dawn l-eċċezzjonijiet li ġejjin:

    Biex ikunu determinati l-kondizzjonijiet tal-vultaġġ/frekwenza li għandhom jintużaw waqt it-test, ara l-Kondizzjonijiet u t-Tagħmir tat-test Għall-Prodotti tat-Tagħmir ta’ l-immaġini ta’ l-ENERGY STAR fit-Taqsima VII.D.4.

    Ir-rekwiżit ta’ l-armoniċi użat matul it-test huwa dak speċifikat fid-dokument tal-Kondizzjonijiet tat-Test ta’ l-IE, li huwa aktar strinġenti minn dak meħtieġ minn IEC 62301.

    Ir-rekwiżit tal-preċiżjoni għal din il-proċedura tat-test OM huwa 2 % għall-kejl kollu ħlief dak ta’ l-enerġija Ready. Ir-rekwiżit tal-preċiżjoni għall-kejl kollu ta’ l-enerġija Ready huwa 5 %, kif provdut fid-dokument tal-Kondizzjonijiet tat-Test ta’ l-IE. Il-figura ta’ 2 % hija konsistenti ma’ l-IEC 62301, għalkemm l-istandard ta’ l-IEC jesprimiha bħala livell tal-kunfidenza.

    Għal prodotti disinjati li jaħdmu bil-batteriji meta mhux konnessi mal-mejn, il-batterija għandha titħalla f’postha għat-test; iżda, il-kejl m’għandux jirrifletti l-iċċarġjar attiv tal-batterija lil hinn mill-iċċarġjar tal-manutenzjoni (jiġifieri, il-batterija għandha tkun għal kollox iċċarġjata qabel ma jibda t-test).

    Il-prodotti bil-provvisti ta’ l-enerġija esterni għandhom ikunu ttestjati bil-prodott konness mal-provvista esterna ta’ l-enerġija.

    Il-prodotti mħaddma bi provvista standard ta’ vultaġġ baxx DC (eż., USB, USB PlusPower, IEEE 1394, u Enerġija Fuq Ethernet) għandhom jużaw sors xieraq ta’ l-elettriku AC li jagħti elettriku DC. Il-konsum ta’ l-enerġija mis-sors ta’ l-AC għandu jitkejjel u jiġi rapportat għat-tagħmir ta’ l-immaġini li qed jiġi ttestjat. Għat-tagħmir ta’ l-immaġini mħaddem minn USB, għandu jintuża hub bl-elettriku li jservi biss it-tagħmir ta’ l-immaġini li qed jiġi ttestjat. Għat-tagħmir ta’ l-immaġini mħaddem minn Enerġija Fuq Ethernet jew USB PlusPower, huwa aċċettabbli li t-tagħmir tad-distribuzzjoni ta’ l-enerġija jitħaddem bi u mingħajr it-tagħmir ta’ l-immaġini konness, u din id-differenza tintuża bħala l-konsum tat-tagħmir ta’ l-immaġini. Il-manifattur għandu jikkonferma li dan jirrefletti b’mod raġonevoli l-konsum tad-DC mill-unità u xi allowance għall-ineffiċjenza fil-provvista u fid-distribuzzjoni ta’ l-enerġija.

    (d)

    Il-Proċedura tal-Kejl

    Biex jitkejjel il-ħin, huwa biżżejjed stopwatch ordinarju b’kalkolu tal-ħin sa riżoluzzjoni ta’ sekonda. Il-figuri kollha ta’ l-enerġija għandhom ikunu rrekordjati f’watts (W). It-Tabella 40 tiddeskrivi fil-qosor il-passi tal-proċedura tat-test OM.

    Il-modalitajiet tas-servizz/mantenuzzjoni (inkluz il-kalibrazzjoni tal-kulur) ġeneralment m’għandhomx ikunu inkluzi fil-kejl. Kwalunkwe adattazzjoni tal-proċedura meħtieġa sabiex ikunu eskluzi dawn il-modalitajiet li jseħħu matul it-test għandhom ikunu nnutati.

    Kif jingħad hawn fuq, il-kejl ta’ l-enerġija għandu jsir skond IEC 62301. Skond in-natura tal-modalità, IEC 62301 jipprovdi għall-kejl istantanju ta’ l-enerġija, kejl ta’ l-enerġija li takkumua f’ħames minuti, jew kejl ta’ l-enerġija akkumulata fuq perjodi twal biżżejjed biex ikunu stmati sew it-tendenzi tal-konsum ċikliku. Irrispettivament mill-metodu, għandhom ikunu rrapportati biss il-valuri ta’ l-enerġija.

    Tabella 40

    Il-Proċedura tat-Test OM

    Pass

    Stat Inizjali

    Azzjoni

    Irrekordja

    1

    Mitfi

    Ipplaggja l-unità fil-miter. Ixgħel l-unità. Stenna sakemm l-unità jindika li huwa fil-modalità Ready.

    2

    Ready

    Stampa, ikkopja jew skanja immaġini waħda.

    3

    Ready

    Kejjel l-enerġija Ready.

    L-enerġija Ready

    4

    Ready

    Stenna l-ħin ta’ dewmien minn default sa sleep.

    Il-ħin ta’ dewmien default sa sleep

    5

    Sleep

    Kejjel l-enerġija sleep.

    L-enerġija sleep

    6

    Sleep

    Stenna l-ħin ta’ dewmien default sa Tifi Awtomatiku.

    Il-ħin ta’ dewmien default sa Tifi Awtomatiku

    7

    Mitfi awtom-atiku

    Kejjel l-enerġija Tifi Awtomatiku.

    L-enerġija Tifi Awtomatiku

    8

    Mitfi

    Itfi t-tagħmir manwalment. Stenna sakemm l-unità hija fil-Modalità Mitfija.

    9

    Mitfi

    Kejjel l-enerġija Mitfi.

    L-enerġija Mitfi

    Noti:

    Qabel ma tibda t-test, huwa utli li wieħed jivverifika l-ħinijiet ta’ dewmien default ta’ l-immaniġġjar ta’ l-enerġija sabiex jiġi żgurat li huma kif konsenjati.

    Pass 1 – Jekk l-unità m’għandiex indikatur tal-modalità ready, uża l-ħin li fih il-livell tal-konsum ta’ l-enerġija jistabbilizza ruħu għal-livell Ready, u nnota dan id-dettall meta tirrapporta d-data tat-test tal-prodott.

    Passi 4 u 5 – Għal prodotti li li għandhom aktar minn livell wieħed sleep, irreperti dawn il-passi kemm il-darba jkun meħtieġ sabiex jinqabdu l-liveli suċċessivi kollha ta’ sleep u rrapporta din id-data. Tipikament jintużaw żewġ livelli ta’ sleep fil-kopjaturi tal-format kbir u fl-MFDs li jużaw teknoloġiji ta’ l-immarkar ta’ sħana għolja. Għall-prodotti li m’għandhomx din il-modalità, skarta l-Passi 4 u 5.

    Passi 4 u 6 – Il-kejl tal-ħin tad-dewmien default għandu jsir b’mod parallel, kumulattiv mill-bidu tal-Pass 4. Pereżempju, prodott issettjat biex jidħol fil-modalita’ sleep fi 15-il minuta u jidħol fit-tieni livell sleep 30 minuta wara li jidħol fl-ewwem livell ta’ sleep ikollu ħin tad-dewmien default ta’ 15-il minuta sa l-ewwel livell u ħin tad-dewmien default ta’ 45 minuta sat-tieni livell.

    Passi 6 u 7 – Il-parti l-kbira tal-prodotti OM m’għandhomx mod Tifi Awtomatiku distinta. Għall-prodotti li m’għandhomx din il-modalità, skarta l-Passi 6 u 7.

    Pass 8 – Jekk l-unità m’għandiex swiċċ ta’ l-enerġija, stenna sakemm tidħol fil-modalità ta’ l-enerġija l-aktar baxxa u nnota dan id-dettall meta tirrapporta d-data tat-test tal-prodott.

    (i)

    Kejl addizzjonali għall-Prodotti li għandhom Digital Front End (DFE)

    Dan il-pass jgħodd biss ghall-prodotti li għandhom DFE kif definit fit-Taqsima VII.A.29.

    Jekk id-DFE għandu wajer ta’ l-elettriku tal-mejn separat, irrispettivament jekk il-wajer u l-kontrollatur humiex interni jew esterni għat-tagħmir ta’ l-immaġini, kejl ta’ ħames minuti ta’ l-enerġija tad-DFE waħdu għandu jsir waqt li l-prodott huwa fil-modalità ready. L-unità għandha tkun konnessa ma’ netwerk jekk hija kapaċi titqabbad fuq netwerk meta tiġi konsenjata.

    Jekk id-DFE m’għandux wajer ta’ l-elettriku tal-mejn separat, il-manifattur għandu jiddokumenta l-elettriku AC meħtieġ għad-DFE meta l-unità sħiħa hija f’modalità ready. Dan iseħħ l-aktar komuni billi jittieħed kejl istantanju ta’ l-elettriku tad-dħul tad-DC għad-DFE u din l-enerġija tiżdied biex jittieħed qies tat-telf fil-provvista ta’ l-enerġija.

    (e)

    Referenzi

    IEC 62301:2005. Tagħmir Elettriku tad-Dar– Kejl ta’ l-Elettriku Standby

    4.

    Il-Kondizzjonijiet u t-Tagħmir tat-Test Għall-Prodotti tat-Tagħmir ta’ l-Immaġini ta’ l-ENERGY STAR

    Dawn il-kondizzjonijiet tat-test li ġejjin għandhom ikunu applikati għall-Proċeduri tat-Test ta’ l-OM u tat-TEC. Dawn ikopru kopjaturi, duplikaturi diġitali, magni tal-faks, magni ta’ l-impustar, mekkaniżmi b'diversi funzjonijiet, printers, u skaners.

    Hawn taħt jinsabu l-kondizzjonijiet ta’ l-ambjent tat-test li għandhom ikunu stabbiliti meta jsir il-kejl ta’ l-enerġija jew ta’ l-elettriku. Dawn huma meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-varjanza fil-kondizzjonijiet ta’ l-ambjent ma taffettwax ir-riżultati tat-test, u li r-riżultati tat-test jistgħu jkunu riprodotti. Wara l-kondizzjonijiet tat-test hemm l-ispeifikazzjonijiet għat-tagħmir tat-test.

    (a)

    Kondizzjonijiet tat-Test

    Il-Kriterji Ġenerali

    Il-Vultaġġ tal-Provvista  (22) :

    Amerika ta’ Fuq/Tajwan:

    115 (±1 %) Volts AC, 60 Hz (±1 %)

    Ewropa/Awstralja/New Zealand:

    230 (±1 %) Volts AC, 50 Hz (±1 %)

    Ġappun:

    100 (±1 %) Volts AC, 50 Hz (±1 %)/60 Hz (±1 %)

     

    Nota: Għal prodotti ratati għal qawwa elettrika massima > 1.5 kW, il-firxa tal-vultaġġ hija ±4 %

    Distorsjoni Armonika Totali (THD) (Vultaġġ):

    < 2 % THD (< 5 % għal prodotti ratati għal > 1.5 kW qawwa elettrika massima)

    Temperatura Ambjentali:

    23 °C ±5 °C

    Umdità Relattiva:

    10 – 80 %

    (Referenza IEC 62301: Household Electrical Appliances – Measurement of Standby Power, Taqsimiet 3.2, 3.3)

    L-Ispeċifikazzjonijiet tal-Karta

    Għat-testijiet kollha tat-TEC u għat-testijiet OM li jeħtieġu l-uzu tal-karti, id-daqs tal-karti u l-piz ta’ bazi għandhom ikunu xierqa għas-suq intern, skond din it-tabella.

    Daqs u Piz tal-Karta

    Suq

    Daqs

    Piz Bazi

    Amerika ta’ Fuq/Tajwan:

    8.5” × 11”

    75 g/m2

    Ewropa/Awstralja/New Zealand:

    A4

    80 g/m2

    Ġappun:

    A4

    64 g/m2

    (b)

    It-Tagħmir tat-Test

    L-għan tal-proċeduri tat-test huwa li jitkejjel b’mod preċiż il-konsum REALI (23) ta’ l-elettriku tal-prodott. Dan jeħtieġ l-użu ta’ miter ta’ l-enerġija REALI RMS. Hemm ħafna minn dawn il-miters disponibbli u l-manifatturi għandhom ikunu attenti meta jagħżlu mudell xieraq. Dawn il-fatturi għandhom jitqiesu meta jingħażel miter u jitwettaq it-test. Ir-Reazzjoni għall-Frekwenza:

    Reazzjoni għall-frekwenza: Apparat elettroniku li fih provvisti ta' enerġija bis-swiċċ joħloq armonika (armonika bil-fart tipikament sal-21 post). Jekk dawn l-armoniċi mhumiex meqjusa fil-kejl ta’ l-enerġija, ir-riżultat ma jkunx preċiż. L-EPA tirrakkomanda li l-manifatturi jużaw miters li għandhom reazzjoni għall-frekwenza ta’ mhux inqas minn 3 kHz; dan iqis l-armoniċi sal-50 post, u huwa rakkomandat mill-IEC 555.

    Rizoluzzjoni: Għal kejl dirett ta’ l-enerġija, ir-rizoluzzjoni tat-tagħmir tal-kejl għandha tkun konsistenti ma’ dawn ir-rekwiziti ta’ l-IEC 62301:

    “L-istrument tal-kejl ta’ l-elettriku għandu jkollu rizoluzzjoni ta’:

    W jew aħjar għall-kejl ta’ l-enerġija ta’ 10 W jew inqas.

    W jew aħjar għall-kejl ta’ l-enerġija ta’ aktar minn 10 W sa 100 W.

    W jew aħjar għall-kejl ta’ l-enerġija ta’ aktar minn 100 W.” (24)

    Barra minn hekk, l-istrument tal-kejl għandu jkollu riżoluzzjoni ta’ 10 W jew aħjar għall-kejl ta’ l-enerġija ta’ aktar minn 1.5 kW. Il-kejl ta’ l-enerġija għandu jkollu riżoluzzjonijiet ġeneralment konsistenti ma’ dawn il-valuri meta konvertiti għal elettriku medju. Għall-kejl ta’ l-enerġija akkumulata, il-figura ta’ mertu għad-determinazzjoni tal-preċiżjoni meħtieġa hija l-valur massimu ta’ l-enerġija, mhux il-medja, għaliex huwa l-massimu li jiddetermina t-tagħmir u s-setup tal-kejl.

    Preċizjoni

    Il-kejl li jsir b’dawn il-proċeduri f’kull kaz għandu jkollu preċizjoni ta’ 5 % jew aħjar, għalkemm il-manifatturi normalment jiksbu aħjar minn hekk. Il-proċeduri tat-test għandhom jispeċifikaw preċizjoni akbar minn 5 % għal xi kejl. Bl-għarfien tal-livelli ta’ l-enerġija tal-prodotti ta’ l-immaġini kurrenti u l-miters disponibbli, il-manifatturi jistgħu jikkalkolaw l-iżball massimu fuq bai tal-kari u l-firxa wżata għall-qari. Għal kejl ta’ 0.50 W jew inqas, il-preċizjoni meħtieġa hija 0.02 W.

    Kalibrazzjoni

    Il-miters għandhom ikunu ġew kalibrati fl-aħħar 12-il xahar biex tiġi żgurata l-preċiżjoni.

    E.   L-Interface ta’ l-Utent

    L-Interface ta’ l-Utent Standard for User Interface Elements in Power Control of Electronic Devices Employed in Office/Consumer Environments. This standard was developed to make power controls more consistent and intuitive across all electronic devices. Għal dettalji dwar dan il-proġett ara http://eetd.LBL.gov/controls.

    F.   Data Effettiva

    Id-data meta l-manifatturi jistgħu jibdew jikkwalifikaw il-prodotti bħala ENERGY STAR skond il-Verżjoni 1.0 ta’ l-ispeċifikazzjoni, se tiġi definita bħala d-data effettiva tal-ftehim. Kwalunkwe ftehim li twettaq preċedentement dwar is-suġġett tat-tagħmir ta’ l-immaġini ikkwalifikat ENERGY STAR għandu jitqies bħala effettivament itterminat mill-31 ta' Marzu, 2007.

    Il-kwalifikazzjoni u t-Tikkettar ta’ Prodotti skond il-Verzjoni 1.0:

    L-ispeċifikazzjoni Verżjoni 1.0 għandha tibda mill-1 ta' April 2007, għajr id-duplikaturi diġitali. Il-prodotti kollha, inklużi mudelli li oriġinarjament kienu kkwalifikati taħt speċifikazzjonijiet preċedenti ta’ tagħmir ta’ l-immaġini, b’data tal-manifattura fid-data effettiva jew warajha, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-Verżjoni 1.0 sabiex jikkwalifikaw għall-ENERGY STAR (inklużi produzzjonijiet addizzjonali ta' mudelli li oriġinarjament kienu kkwalifikati taħt speċifikazzjonijiet preċedenti). Id-data tal-manifattura hija speċifika għal kull unità u hija d-data (eż. ix-xahar u s-sena) li fiha unità titqies li ġiet armata kompletament.

    (a)

    Livell I – Il-livell I għandu jibda f’April 1, 2007. Il-Livell I japplika għall-prodotti kollha deskritti fit-Taqsima VII. B ta’ din l-ispeċifikazzjoni.

    (b)

    Livell II – Il-Livell II għandu jibda f’April 1, 2009. Il-Livell II għandu japplika għall-livelli TEC massimi għall-prodotti TEC kollha, kif ukoll għal-livelli Standby għal prodotti Large-format OM u magni tal-posta. Barra minn hekk, id-definizzjonijiet, il-prodotti indirizzati, il-mod kif ikunu indirizzati, u l-livelli inklużi għall-prodotti kollha taħt il-Verżjoni 1.0 ta’ l-ispeċifikazzjoni jistgħu jiġu kkunsidrati mill-ġdid. L-EPA se tinforma lill-partijiet interessati bil-pjanijiet għal tibdil bħal dan mhux iktar tard minn sitt xhur wara d-data effettiva tal-Livell I.

    (ċ)

    Duplikaturi Diġitali – Il-Livell I tal-Verżjoni 1.0 ta' l-ispeċifikazzjoni jsir effettiv għad-duplikaturi diġitali mal-finalizzazzjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-US EPA.

    Eliminazzjoni tal-Grandfathering:

    L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea mhux se jippermettu li jsir grandfathering taħt din il-Verżjoni 1.0 ta’ l-ispeċifikazzjoni ENERGY STAR. Il-kwalifikazzjoni ENERGY STAR skond Verżjonijiet preċedenti ma tingħatax awtomatikament għall-ħajja tal-mudell tal-prodott. Għaldaqstant, kwalunkwe prodott mibjugħ, immarkitjat, jew identifikat mill-imsieħeb tal-manifattura bħala ENERGY STAR għandu jissodisfa l-ispeċifikazzjoni kurrenti li tkun effettiva fil-waqt tal-manifattura tal-prodott.

    G.   Reviżjonijiet Futuri ta’ l-Ispeċifikazzjoni

    L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea jirriservaw id-dritt li jbiddlu l-ispeċifikazzjoni f'każ li l-bidliet teknoloġiċi u/jew dawk tas-suq jaffettwaw l-utilità tagħha għall-konsumaturi, l-industrija jew l-ambjent. B'konformità mal-politika attwali, ir-reviżjonijiet ta’ l-ispeċifikazzjoni jsiru permezz ta’ diskussjonijiet mal-partijiet interessati. L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea se jevalwaw perjodikament is-suq fir-rigward ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija u t-teknoloġiji l-ġodda. Bħal dejjem, il-partijiet interessati se jkollhom l-opportunità jaqsmu d-data tagħhom, iressqu proposti, u jesprimu kwalunkwe tħassib. L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea se jaħdmu biex jiżguraw li l-ispeċifikazzjoni tirrikonoxxi l-aktar mudelli fis-suq li huma effiċjenti f'termini ta' enerġija u tippremja lil dawk il-manifatturi li ħadmu biex itejbu dejjem iktar l-effiċjenza ta’ l-enerġija.

    (a)

    L-ittestjar tal-Kulur: Fuq il-bażi tad-data tat-test imressqa, il-preferenzi futuri tal-konsumaturi u l-avvanzi fl-inġinerija, l-EPA u l-Kummissjoni Ewropea jistgħu jimmodifikaw din l-ispeċifikazzjoni f’xi waqt fil-ġejjieni biex jiġu inklużi l-immaġini tal-kulur fil-metodu tat-test.

    (b)

    Ħin ta' rkupru: L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea se jimmonitorjaw mill-qrib il-ħinijiet inkrimentali u assoluti ta’ l-irkupru kif irrappurtati mill-imsieħba li jittestjaw skond il-metodu TEC, kif ukoll dokumentazzjoni mressqa mill-imsieħba dwar default settings ta’ dewmien. L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea se jqisu l-modifikazzjoni ta’ din l-ispeċifikazzjoni biex jindirizzaw il-ħin ta’ l-irkurpu jekk isir evidenti li l-prassi tal-manifattura qed jirriżultaw f’modalitajiet ta’ mmaniġġjar ta’ l-enerġija li jfixklu l-utent.

    (ċ)

    L-indirizzar tal-Prodotti OM Skond it-TEC: Fuq il-bażi ta’ data tat-test imressqa, l-opportunitajiet għal iktar iffrankar ta' l-enerġija, u l-avvanzi fl-inġinerija, l-EPA u l-Kummissjoni Ewropea jistgħu jimmodifikaw din l-ispeċifikazzjoni f'xi punt fil-ġejjieni biex jindirizzaw prodotti li attwalment qed jiġu ttrattati bl-approċċ OM skond l-approċċ TEC inkluż prodotti b’Format Kbir u b’Format Żgħir, kif ukoll prodotti li jħaddmu teknoloġija IJ.

    VIII.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦALL-KOMPJUTERS - RIVEDUTI GĦALL-2007

    Din l-ispeċifikazzjoni tal-Kompjuters għandha tapplika mill-20 ta' Lulju 2007.

    Din ta' hawn taħt hija l-ispeċifikazzjoni tal-prodott Verżjoni 4.0 għall-kompjuters li jikkwalifikaw bħala ENERGY STAR. Prodott għandu jissodisfa l-kriterji identifikati kollha biex ikollu l-ENERGY STAR.

    1)   DEFINIZZJONIJIET

    Dawn li ġejjin huma d-definizzjonijiet tat-termini rilevanti f'dan id-dokument.

    A.

    Kompjuter: Dispożittiv li jwettaq operazzjonijiet loġiċi u jipproċessa data. Il-kompjuters huma ta' l-anqas magħmulin minn: (1) unità ċentrali ta' pproċessar (CPU) biex jitwettqu operazzjonijiet; (2) dispożittivi biex l-utent idaħħal l-informazzjoni bħal tastiera, maws, diġitizzatur jew kontrollur tal-logħob, u (3) skrin fejn tintwera l-informazzjoni ta' l-output. Għall-finijiet ta' din l-ispeċifikazzjoni, il-kompjuters jinkludu kemm unitajiet stazzjonarji kif ukoll portabbli, inklużi desktops, konsols tal-logħob, kompjuters integrati, kompjuters notebook, tablet PCs, desktop servers u workstations. Għalkemm il-kompjuters għandhom ikunu kapaċi jużaw dispożittivi għall-input u skrins, kif innotat fin-numri 2 u 3 hawn fuq, mhux meħtieġ li s-sistemi tal-kompjuters jinkludu dawn id-dispożittivi waqt il-ġarr biex jissodisfaw din id-definizzjoni.

    Komponenti

    B.

    Display: Prodott elettroniku, disponibbli kummerċjalment, bi skrin għall-wiri u l-elettronika assoċjata miegħu, magħluqin f'kaxxa waħda, jew fil-kaxxa tal-kompjuter (eż., kompjuter notebook jew integrat), li jista’ juri informazzjoni prodotta minn kompjuter permezz ta’ input wieħed jew aktar, bħal VGA, DVI, u/jew IEEE 1394. Eżempji ta' teknoloġiji display huma t-tubu katodiku (CRT) u d-display bil-kristalli likwidi (LCD).

    Ċ.

    Provvista Esterna ta' Kurrent: Komponent li qiegħed fiżikament magħluq b'mod separat estern għall-kaxxa tal-kompjuter u ddisinjat biex jaqleb il-vultaġġ ta' l-input ta' kurrent alternanti (ac) mill-mejn għal vultaġġ(i) aktar baxx(i) ta' kurrent dirett (dc) għall-fini li jitħaddem il-kompjuter. Provvista esterna tal-kurrent għandha tikkonnettja mal-kompjuter permezz ta' konnessjoni elettrika maskili/femminili, kejbil, fil jew wajer ieħor li huwa permanenti jew li jista' jitneħħa.

    D.

    Provvista Interna ta' Kurrent: Komponent intern għall-kaxxa tal-kompjuter u ddisinjat biex jaqleb il-vultaġġ ac mill-mejn għal vultaġġ(i) dc għall-fini li jitħaddmu l-komponenti tal-kompjuter. Għall-finijiet ta' din l-ispeċifikazzjoni, provvista interna tal-kurrent għandha tkun fil-kaxxa tal-kompjuter iżda separata mill-kompjuter-bord prinċipali. Il-provvista tal-kurrent għandha tikkonnettja mal-mejn permezz ta' kejbil uniku mingħajr ebda sistema ta' ċirkwiti intermedji bejn il-provvista tal-kurrent u l-mejn. Barra minn hekk, il-konnessjonijiet kollha mill-provvista tal-kurrent għall-komponenti tal-kompjuter għandhom ikunu interni għall-kaxxa tal-kompjuter (jiġifieri, b'ebda kejbil estern li jkun sejjer mill-provvista tal-kurrent għall-kompjuter jew għall-komponenti individwali). Konvertituri interni minn dc għal dc użati biex jinqaleb vultaġġ dc uniku minn provvista ta' kurrent esterna għal vultaġġi multipli għall-użu mill-kompjuter mhumiex ikkunsidrati bħala provvisti interni ta' kurrent.

    Tipi ta' Kompjuters

    E.

    Desktop: Kompjuter fejn l-unità prinċipali huja maħsuba li tkun f'post permanenti, spiss fuq skrivanija jew ma' l-art. Id-desktops mhumiex iddisinjati biex jinġarru u jutilizzaw moniter, tastiera u maws esterni. Id-desktops huma ddisinjati għal firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet fid-dar jew fl-uffiċċju inklużi l-posta elettronika, l-ibbrawżjar fuq il-web, l-ipproċessar tal-kliem, l-applikazzjonijiet standard ta' grafika, il-logħob, eċċ.

    F.

    Server minn Desktop: Server minn desktop huwa kompjuter li tipikament juża komponenti tad-desktop f'għamla ta' torri, iżda huwa ddisinjat espliċitament biex jospita kompjuters u applikazzjonijiet oħrajn. Għall-finijiet ta' din l-ispeċifikazzjoni, kompjuter għandu jiġi kkummerċjalizzat bħala server u jkollu l-karatterisitiċi li ġejjin biex jitqies bħala server minn desktop:

    Ikun iddisinjat u jitqiegħed fis-suq bħala prodott Klassi B skond il-EuroNorm EN55022:1998 taħt id-Direttiva EMC 89/336/KEE u ma jkollux aktar minn kapaċità ta' proċessur wieħed (bi plakka waħda);

    Ikun iddisinjat f'għamla ta' pedestall, torri, jew forma oħra simili għal dik ta' desktop b'tali mod li l-ipproċessar kollu tad-data, il-ħażna, u l-interfaċċar tan-netwerk ikun f'kaxxa/prodott wieħed;

    Ikun iddisinjat biex jaħdem f'ambjent ta' applikazzjonijiet b'affidabbiltà għolja u b'disponibbiltà għolja fejn il-kompjuter irid ikun operattiv għal 24 siegħa kuljum u 7 ijiem fil-ġimgħa, u l-ħin ta' waqfien mhux skedat ikun estremament baxx (fl-ordni ta' sigħat fis-sena);

    Ikun kapaċi jaħdem f'ambjent multi-utenti simultaneu filwaqt li jservi lil diversi utenti permezz ta' unitajiet ta' klijenti f'netwerk;

    u

    Ikun trasportat b'sistema operattiva għal applikazzjonijiet ta' servers standard aċċettata mill-industrija (eż., Windows NT, Windows 2003 Server, Mac OS X Server, OS/400, OS/390, Linux, Unix u Solaris).

    Servers minn desktop huma ddisinjati biex iwettqu funzjonijiet bħall-ipproċessar ta' informazzjoni għal sistemi oħrajn, il-forniment ta' servizzi ta' infrastruttura għal netwerk (eż., arkivjar), il-hosting ta' data u t-tħaddim ta' servers mill-web.

    Din l-ispeċifikazzjoni ma tkoprix servers kbar jew ta' kapaċità medja, li għall-finijiet ta' din l-ispeċifikazzjoni huma ddefiniti bħala:

    Iddisinjati u mqegħdin fis-suq bħala prodott Klassi A skond il-EuroNorm EN55022:1998 taħt id-Direttiva EMC 89/336/KEE u ddisinjati u jista' jkollhom kapaċità ta' proċessur wieħed jew tnejn (bi plakka waħda jew aktar);

    Imqegħdin fis-suq bħala prodott Klassi B, iżda b'hardware imtejjeb minn prodott ta' Klassi A, skond il-EuroNorm EN55022:1998 taħt id-Direttiva EMC 89/336/KEE u ddisinjati b'kapaċità li ikollhom kapaċità ta' proċessur wieħed jew tnejn (bi plakka waħda jew aktar);

    u

    Iddisinjati u mqegħdin fis-suq bħala prodott Klassi B skond il-EuroNorm EN55022:1998 taħt id-Direttiva EMC 89/336/KEE u ddisinjati u jista' jkollhom kapaċità minima ta' żewġ proċessuri (b'2 plakek).

    G.

    Konsols tal-Logħob: Kompjuters stand-alone li l-użu primarju tagħhom huwa l-logħob video. Għall-finijiet ta' din l-ispeċifikazzjoni, il-konsols tal-logħob għandhom jużaw struttura ta' hardware ibbażata fuq komponenti tipiċi tal-kompjuters (eż., proċessuri, memorja tas-sistema, struttura tal-video, hard drives u/jew drives ottiċi, eċċ.). L-input primarju għall-konsols tal-logħob huma kontrolluri speċjali li jinżamu fl-idejn aktar milli l-maws u t-tastiera użati minn tipi ta' kompjuters aktar konvenzjonali. Il-konsols tal-logħob huma mgħammra wkoll b'outputs awdjoviżivi għall-użu mat-televiżjoni bħala d-display ewlieni, aktar milli moniter estern jew display integrat. Mhux tipiku li dawn id-dispożittivi jużaw sistema operattiva konvenzjonali, iżda spiss iwettqu varjetà ta' funzjonijiet multimedjali bħal: wiri/daqq ta' DVD/CD, wiri ta' stampi diġitali, u daqq ta' mużika diġitali.

    H.

    Kompjuter Integrat: Sistema desktop li fiha l-kompjuter u d-display jaħdmu bħala unità waħda li tieħu l-kurrent alternanti tagħha minn kejbil uniku. Il-kompjuters integrati jaslu f'żewġ għamliet possibbli: (1) sistema fejn il-kompjuter u d-display huma fiżikament magħqudin f'unità waħda; jew (2) sistema ppakkjata bħala sistema unika fejn id-display huwa separat iżda huwa mqabbad mal-qafas prinċipali permezz ta' fil ta' kurrent dirett u kemm il-kompjuter kif ukoll id-display jingħataw il-kurrent minn provvista waħda ta' l-elettriku. Bħala tip partikolari ta' desktop, il-kompjuters integrati huma tipikament iddisinjati biex jipprovu funzjonalità simili bħas-sistemi desktop.

    I.

    Kompjuters Notebook u Tablet: Kompjuter iddisinjat speċifikament biex jinġarr u jitħaddem għal perijodi twal mingħajr konnessjoni diretta ma' sors ta' kurrent alternanti. Notebooks u tablets għandhom jużaw moniter integrat u jkunu kapaċi jaħdmu fuq batterija integrata jew sors ieħor portabbli ta' kurrent. Barra minn hekk, il-biċċa l-kbira tan-notebooks u t-tablets jużaw provvista esterna ta' kurrent u għandhom tastiera u dispożittiv għall-indikazzjoni li huma integrati, għalkemm it-tablets jużaw skrins sensittivi għas-swaba'. In-notebooks u t-tablets huma tipikament iddisinjati biex jipprovdu funzjonalità simili għad-desktops iżda permezz ta' dispożittiv portabbli. Għall-finijiet ta' din l-ispeċifikazzjoni, stazzjonijiet ta' docking huma kkunsidrati bħala aċċessorji u għalhekk, il-livelli ta' prestazzjoni assoċjati man-notebooks mogħtija fit-Tabella 41 tat-Taqsima 3, aktar 'l isfel, ma jinkluduhomx.

    J.

    Workstation: Għall-finijiet ta' din l-ispeċifikazzjoni, biex jitqies bħala workstation, kompjuter irid:

    Ikun ikkummerċjalizzat bħala workstation;

    Ikollu ħin medju bejn il-ħsarat (MTBF) ta' mill-anqas 15,000 siegħa bbażat jew fuq Bellcore TR-NWT-000332, il-ħarġa 6, 12/97 jew fuq data miġbura fuq il-post;

    u

    Kapaċi jieħu l-kodiċi ta' korrezzjoni ta' l-iżbalji (ECC) u/jew memorja bbaferjata.

    Barra minn hekk, workstation irid jissodisfa tlieta mis-sitt karatteristiċi mhux obbligatorji li ġejjin:

    Għandu kapaċità li jieħu kurrent supplimentari għall-grafika l-aktar avvanzata (jiġifieri, sors ta' kurrent supplimentari PCI-E 6-pin 12V);

    Il-wiring hu maħsub għal sistema b'aktar minn x4 PCI-E fuq il-motherboard barra mill-islott(ijiet) tal-grafika u/jew il-kapaċità għall-PCI-X;

    Ma jiħux il-grafika tal-Uniform Memory Access (UMA);

    Jinkludi 5 slottijiet jew aktar PCI, PCIe jew PCI-X;

    Jiflaħ jieħu multi-proċessuri sa żewġ proċessuri jew aktar (irid jieħu pakketti/plakek tal-proċessur fiżikament separati, jiġifieri, mingħajr appoġġ għal proċessur uniku multi-core);

    u/jew

    Ikun ikkwalifika għal 2 ċertifikazzjonijiet tal-prodott minn Bejjiegħa Indipendenti tas-Software (ISV); dawn iċ-ċertifikazzjonijiet jistgħu jkunu għadhom qed isiru, iżda jridu jitlestew fi żmien tliet xhur mill-kwalifika.

    Stati Operattivi

    K.

    Stat Inattiv: Għal finijiet ta' ttestjar u kkwalifikar ta' kompjuters taħt din l-ispeċifikazzjoni, dan huwa l-istat li fih is-sistema operattiva u software ieħor ikunu spiċċaw jillowdjaw, il-magna mhix rieqda, u l-attività hija limitata għal dawk l-applikazzjonijiet bażiċi li s-sistema tistartja biha.

    L.

    Stat Rieqed: Stat ta' qawwa elettrika baxxa li l-kompjuter kapaċi jdaħħal awtomatikament wara perijodu ta' inattività jew permezz ta' selezzjoni manwali. Kompjuter b'kapaċità ta' rqad jista' “jqum” malajr b'rispons għall-konnessjonijiet tan-netwerk jew dispożittivi ta' interfaċċa ta' l-utent. Għall-finijiet ta' din l-ispeċifikazzjoni, l-istat Rieqed jikkorrispondi għall-istat tal-Livell S3 tas-Sistema ACPI (suspend to RAM), fejn hu applikabbli.

    M.

    Livell Standby (Stat Mitfi): Il-livell ta' konsum ta' qawwa elettrika fl-istat l-aktar baxx li ma jistax jintefa (jiġi influwenzat) mill-utent u li jista’ jdum għal żmien indefinit meta l-apparat huwa konness mal-provvista ewlenija ta’ l-elettriku u jintuża skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant. Għall-finijiet ta' din l-ispeċifikazzjoni, l-istat Standby jikkorrispondi għall-istati tal-Livell S4 jew S5 tas-Sistema ACPI, fejn hu applikabli.

    Netwerking u Ġestjoni tal-Qawwa Elettrika

    N.

    Interfaċċa tan-Netwerk: Il-komponenti (hardware u software) li l-funzjoni primarja tagħhom hija li jagħmlu l-kompjuter kapaċi jikkomunika fuq teknoloġija tan-netwerk waħda jew aktar. Għal finijiet ta' ttestjar ta' din l-ispeċifikazzjoni, Interfaċċa tan-Netwerk tirreferi għall-interfaċċa ta' Ethernet b'wiring IEEE 802.3.

    O.

    Avveniment ta' Riattivazzjoni: Avveniment jew stimolu mill-utent jew ipprogrammat jew estern li jġiegħel lill-kompjuter jaqleb mill-istat Rieqed jew Standby għall-istat attiv ta' operat. Eżempji ta' avvenimenti ta' riattivazzjoni jinkludu, iżda mhumiex limitati għal: ċaqliq tal-maws, attività tat-tastiera, jew l-għafsa ta' buttuna fuq il-qafas u, fil-każ ta' avvenimenti esterni, stimolu li jitwassal permezz ta’ kontroll remot, ta’ netwerk, ta’ modem, eċċ.

    P.

    Riattivazzjoni fuq LAN (WOL): Funzjonalità li tippermetti li kompjuter iqum minn stat Rieqed jew Standby meta mitlub hekk minn netwerk.

    2)   IL-PRODOTTI LI JIKKWALIFIKAW

    Biex jikkwalifikaw għal ENERGY STAR, il-kompjuters iridu jissodisfaw id-definizzjoni ta' kompjuter kif ukoll waħda mid-definizzjonijiet tat-tip ta' prodott imniżżlin fit-Taqsima 1, hawn fuq. Jekk jogħġbok innota li l-EPA u l-Kummissjoni Ewropea ser jesploraw tipi oħrajn ta' kompjuter, bħal thin clients, għal ħtiġiet potenzjali tal-Livell 2. It-tabella li ġejja tagħti lista tat-tipi ta' kompjuters li huma (u li m'humiex) eliġibbli għal ENERGY STAR.

    Prodotti Koperti mill-Ispeċifikazzjoni Verżjoni 4.0

    Prodotti Mhux Koperti mill-Ispeċifikazzjoni Verżjoni 4.0

    a. Desktop

    b. Konsols tal-logħob

    ċ. Sistemi Integrati tal-Kompjuter

    d. Notebook/Tablet PCs

    e. Servers minn Desktop

    f. Workstations

    g. Servers Kbar u b'Kapaċità Medja (kif iddefinit fit-Taqsima 1) F.)

    h. Thin Clients/Blade PCs

    ċ. Handhelds u PDAs

    3)   KRITERJI GĦALL-EFFIĊJENZA TA' L-ENERĠIJA U L-ĠESTJONI TAL-QAWWA ELETTRIKA

    Biex jikkwalifikaw għal ENERGY STAR, il-Kompjuters iridu jissodisfaw il-ħtiġiet ta' hawn taħt. Id-dati effettivi għal-Livell 1 u l-Livell 2 huma koperti fit-Taqsima 5 ta' din l-ispeċifikazzjoni.

    A)   Ħtiġiet għal-Livell 1 - Effettivi Lulju 20, 2007

    (1)

    Ħtiġiet għall-Effiċjenza tal-Provvista tal-Kurrent

    Kompjuters li Jużaw Provvista Interna ta' Kurrent: 80 % effiċjenza minima b'20 %, 50 %, u 100 % ta' output nominali u Fattur ta' Kurrent > 0.9 b'output nominali ta' 100 %.

    Kompjuters li jużaw Provvista Esterna ta' Kurrent: Iridu jkunu kwalifikati għal ENERGY STAR jew jissodisfaw il-livelli ta' effiċjenza fl-istat mhux illowdjat u attiv mogħtija fil-Ħtiġiet ta' Programm ta' l-ENERGY STAR għal Provvisti ta' Kurrenti Esterni b'Vultaġġ Uniku Ac-Ac u Ac-Dc. L-ispeċifikazzjoni ta' l-ENERGY STAR u l-lista ta' prodotti kwalifikati tinsab fuq www.energystar.gov/powersupplies. Nota: Din il-ħtieġa ta' prestazzjoni tapplika wkoll għal provvisti esterni ta' kurrent b'output ta' vultaġġ multiplu kif ittestjat skond il-metodu ta' ttestjar tal-Provvista Interna ta' Kurrent kif imsemmi fit-Taqsima 4, hawn taħt.

    (2)

    Ħtiġiet ta' l-Effiċjenza fl-Istat Operattiv

    Kategoriji tad-Desktop għall-Kriterji fl-istat Inattiv: Għall-finijiet biex jiġu ddeterminati l-livelli ta' l-istat Inattiv, id-desktops (inklużi kemm l-kompjuters integrati, is-servers minn desktops u l-konsols tal-logħob) għandhom jikkwalifikaw taħt il-Kategoriji A, B, jew Ċ kif iddefinit hawn taħt:

    Kategorija A: Id-desktops kollha li ma jissodisfawx id-definizzjoni tal-Kategorija B jew tal-Karegorija Ċ hawn taħt ikunu kkunsidrati taħt il-Kategorija A għall-kwalifika ta' ENERGY STAR.

    Kategorija B: Biex jikkwalifikaw taħt il-Kategorija B d-dektops irid ikollhom:

    Proċessur(i) multi-core jew aktar minn proċessur diskret wieħed;

    u

    Minimu ta' 1 gigabyte ta' memorja tas-sistema.

    Kategorija Ċ: Biex jikkwalifikaw taħt il-Kategorija Ċ d-dektops irid ikollhom:

    Proċessur(i) multi-core jew aktar minn proċessur diskret wieħed;

    u

    GPU b'memorja mhux kondiviża, speċifika b'aktar minn 128 megabytes.

    Flimkien mal-ħtiġiet ta' hawn fuq, il-mudelli li jikkwalifikaw taħt il-Kategorija Ċ iridu jkunu kkonfigurati b'minimu ta' 2 mit-3 karatterisitiċi li ġejjin:

    Minimu ta' 2 gigabytes ta' memorja tas-sistema;

    Tuner tat-televiżjoni u/jew kapaċità li jiġbdu video li tiflaħ għal definizzjoni għolja;

    u/jew

    Minimu ta' 2 hard disk drives.

    Kategoriji ta' Notebooks għall-Kriterji ta' l-istat Inattiv: Għall-finijiet biex jiġu ddeterminati l-livelli ta' l-istat Inattiv, in-notebooks u t-tablets għandhom jikkwalifikaw taħt il-Kategoriji A jew B kif iddefinit hawn taħt:

    Kategorija A: Il-kompjuters notebook kollha li ma jissodisfawx id-definizzjoni tal-Kategorija B hawn taħt ikunu kkunsidrati taħt il-Kategorija A għall-kwalifika ta' ENERGY STAR.

    Kategorija B: Biex jikkwalifikaw taħt il-Kategorija B n-notebooks irid ikollhom:

    GPU b'memorja mhux kondiviża, speċifika b'minimu ta' 128 megabytes.

    Livelli tal-Workstation: Il-livelli tal-workstation ser ikunu ddeterminati bl-użu ta' approċċ ta' Konsum Tipiku ta' l-Elettriku (TEC) simplifikat biex jippermetti kumpens elettriku bejn stati operattivi differenti, ibbażat fuq fattur ta' ppeżar partikolari għal kull stat. Il-livell finali ser ikun ibbażat fuq il-livell ta' qawwa elettrika TEC (PTEC) li ser ikun iddeterminat mill-formola li ġejja:

    PTEC = 0.1 * PStandby +0,2 * PSleep +0,7 * PIdle

    fejn PStandby hija l-qawwa elettrika mkejla fuq Standby, PSleep hija l-qawwa elettrika mkejla fl-istat Rieqed, u PIdle hija l-qawwa elettrika mkejla fl-istat Inattiv. Dan il-valur PTEC ser jiġi mbagħad imqabbel mal-baġit TEC li huwa ddeterminat b'perċentwali fissa tal-qawwa elettrika massima tas-sistema, inkluż dispożittiv li jippermetti ż-żieda għal hard drives kif indikat fl-ekwazzjoni fit-Tabella 41. Il-proċedura tat-test biex tiġi ddeterminata l-qawwa elettrika massima tal-workstations tista' tinstab fit-Taqsima 4 ta' l-Appendiċi A.

    Ħtiġiet għal-Livell tal-Qawwa Elettrika: It-tabelli li ġejjin jindikaw il-qawwa elettrika meħtieġa għall-ispeċifikazzjoni tal-Livell 1. It-Tabella 41 tagħti l-ħtiġiet inizjali, filwaqt li t-Tabella 42 tagħti l-qawwa elettrika addizzjonali meħtieġa għall-WOL. Għal dawk il-prodotti li jissodisfaw il-ħtieġa ta' l-attivazzjoni tal-WOL għall-istat Rieqed jew Standby, mudell irid jissodisfa l-livell ta' enerġija mogħti fit-Tabella 41 magħdud ma' l-ammonti mit-Tabella 42. Nota: Il-prodotti li l-livelli tagħhom ta' l-istat Rieqed jissodisfaw il-ħtiġiet ta' qawwa elettrika fuq Standby m'għandhomx bżonn ta' Standby (stat Mitfi) apparti, u jistgħu jikkwalifikaw għal din l-ispeċifikazzjoni bl-użu biss ta' l-istat Rieqed.

    Tabella 41

    Ħtiġiet ta' l-Effiċjenza ta' l-Enerġija tal-Livell 1

    Tip ta’ Prodott

    Ħtiġiet tal-Livell 1

    Desktops, Kompjuters Integrati, Servers minn Desktops and Konsols tal-Logħob

    Standby (Stat Mitfi): ≤ 2,0 W

    Stat Rieqed: ≤ 4,0 W

    Stat Inattiv:

    Kategorija A: ≤ 50,0 W

    Kategorija B: ≤ 65,0 W

    Kategorija Ċ: ≤ 95,0 W

    Nota: Is-Servers minn Desktops (kif iddefiniti fit-taqsima 1 F.) huma eżenti mil-livell ta' l-istat Rieqed ta' hawn fuq.

    Notebooks u Tablets:

    Standby (Stat Mitfi): ≤ 1,0 W

    Stat Rieqed: ≤ 1,7 W

    Stat Inattiv:

    Kategorija A: ≤ 14,0 W

    Kategorija B: ≤ 22,0 W

    Workstations:

    Qawwa elettrika TEC (PTEC):

    ≤ 0.35 * [PMax + (# HDDs * 5)] W

    Nota: Fejn Pmax hija l-qawwa elettrika massima meħuda mis-sistema kif ittestjata skond il-proċedura tat-test fit-Taqsima 4 ta' l-Appendiċi A, u #HDD huwa n-numru ta' hard drives installati fis-sistema.


    Tabella 42

    Dispożittiv ta' Żieda għal Kapaċità tal-Livell 1 għall-istat Rieqed u Standby

    Kapaċità

    Ammont ta' Qawwa Elettrika Addizzjonali

    Riattivazzjoni fuq LAN (WOL)

    +0,7 W għal stat Rieqed

    +0,7 W għal stat Standby

    Kompjuters li Jikkwalifikaw b'Kapaċitajiet ta' Ġestjoni tal-Qawwa Elettrika: Il-ħtiġiet li ġejjin għandhom jiġu segwiti meta jiġi ddeterminat jekk il-mudelli għandhomx jikkwalifikaw bil-WOL jew mingħajru:

    Standby: Il-kompjuters għandhom jiġu ttestjati u rrapportati bħala li huma ttrasportati għal Standby. Il-mudelli li jiġu ttrasportati bil-WOL attivat għal Standby għandhom jiġu ttestjati bil-WOL attivat u jikkwalifikaw bl-użu ta' l-ammont miżjud għal Standby li jinsab fit-Tabella 42 hawn fuq. Bl-istess mod, il-prodotti ttrasportati bil-WOL diżattivat għal Standby għandhom jiġu ttestjati bil-WOL diżattivat u jridu jissodisfaw il-ħtiġiet inizjali għal Standby li jinsabu fit-Tabella 41.

    Stat Rieqed: Il-kompjuters għandhom jiġu ttestjati u rrapportati bħala li huma ttrasportati għall-istat Rieqed. Il-mudelli mibjugħin permezz ta' kanali ta' intrapriżi, kif iddefinit fil-Ħtiġiet tal-Ġestjoni tal-Qawwa Elettrika tal-Livell 1 (Taqsima 3.A.3), għandhom jiġu ttestjati, kwalifikati, u ttrasportati bil-WOL attivata. Il-prodotti li jmorru direttament għand il-konsumaturi permezz tal-kanali normali tal-bejgħ bl-imnut mhux meħtieġa li jiġu ttrasportati bil-WOL attivata mill-istat Rieqed, u jistgħu jiġu ttestjati, kwalifikati, u ttrasportati bil-WOL attivata jew diżattivata. Dawk il-mudelli mibjugħin kemm permezz tal-kanali ta' intrapriżi u kemm direttament lill-konsumaturi għandhom jittestjaw u jissodisfaw kemm il-livell bil-WOL kif ukoll dak mingħajru.

    Is-Sistemi fejn kwalunkwe servizz ta' ġestjoni addizzjonali huwa, fuq talba tal-klijent, ipprovdut minn qabel mill-fabbrikant, ma jeħtiġux li jittestjaw is-sistemi b'dawn il-funzjonijiet fi stat attiv dment li l-funzjoni mhix fil-fatt attivata sakemm ikun hemm azzjoni speċifika mill-utent aħħari (jiġifieri, il-fabbrikant għandu jittestja fl-istat ipprovdut minn qabel u m'għandux jikkonsidra l-użu tal-qawwa elettrika wara li jipprovdi għad-domanda sħiħa fuq il-post).

    (3)

    Ħtiġiet tal-Ġestjoni tal-Qawwa Elettrika

    Ħtiġiet għat-trasport: Il-prodotti jridu jiġu ttrasportati bl-istat Rieqed tad-display issettjat li jattiva ruħu fi żmien 15-il minuta ta' inattività mill-utent. Il-prodotti kollha, ħlief għas-servers minn desktop li huma eżenti minn din il-ħtieġa, iridu jiġu ttrasportati bl-istat Rieqed issettjat li jattiva ruħu fi żmien 30 minuta ta' inattività mill-utent. Il-prodotti jista' jkollhom aktar minn stat wieħed ta' qawwa elettrika baxxa iżda dawn il-kriterji proposti jindirizzaw l-istat Rieqed kif iddefinit f'din l-ispeċifikazzjoni. Il-kompjuters għandhom inaqqsu l-veloċità ta' kwalunkwe kollegament attiv fuq in-netwerk bl-Ethernet ta' 1 Gb/s meta jgħaddi għall-istat Rieqed jew Standby.

    Il-kompjuters kollha, irrispettivament mill-kanal ta' distribuzzjoni, għadhom ikunu jistgħu jattivaw u jiddiżattivaw il-WOL għall-istat Rieqed. Is-sistemi ttrasportati permezz ta' kanali ta' intrapriża għandu jkollhom ir-Riattivazzjoni fuq LAN (WOL) attivat mill-istat Rieqed meta jaħdmu fuq kurrent alternanti (jiġifieri, in-notebooks jistgħu awtomatikament jiddiżattivaw il-WOL meta jkunu qed jaħdmu fuq is-sors ta' kurrent portabbli tagħhom. Għall-fini ta' din l-ispeċifikazzjoni, “il-kanali ta' intrapriża” huma ddefiniti bħala kanali ta' bejgħ normalment użati min-negozji l-kbar jew ta' daqs medju, minn organizzazzjonijiet governattivi, u istituzzjonijiet edukattivi, bil-ħsieb li jiġu identifikati l-magni li ser ikunu użati f'ambjenti ġestiti mill-klijent/server. Għall-kompjuters kollha bil-WOL attivata kwalunkwe filtru-pakkett speċifiku għandu jkun attivat u ssettjat għal konfigurazzjoni default standard industrijali. Sakemm ikun hemm qbil dwar standard wieħed (jew aktar), l-imsieħba huma mitluba jagħtu l-konfigurazzjonijiet tal-filtri pakkett speċifiċi tagħhom lill-EPA għall-pubblikazzjoni fuq il-website biex jistimolaw id-diskussjoni u l-iżvilupp tal-konfigurazzjonijiet standard. Sistemi li fihom l-istat Rieqed iżomm konnettività sħiħa man-netwerk, u jagħti l-istess stat ta' konnessjoni sħiħa man-netwerk bħall-istat Inattiv, jistgħu jitqiesu li jissodisfaw il-ħtieġa ta' attivazzjoni tal-WOL u jistgħu jikkwalifikaw bl-użu tad-dispożittiv korrispondenti li jippermetti ż-żieda tal-kapaċità WOL.

    Il-magni kollha ttrasportati lil klijenti ta' intrapriżi għandhom ikunu kapaċi għal avvenimenti ta' riattivazzjoni mill-istat Rieqed kemm remoti kif ukoll skedati. Il-fabbrikanti għandhom jiżguraw, fejn il-fabbrikant għandu kontroll (jiġifieri, b'konfigurazzjoni permezz ta' l-issettjar tal-hardware aktar milli tas-software), li dawn is-settings jistgħu jiġu ġestiti ċentralment, kif jixtieq il-klijent, b'għodod ipprovduti mill-fabbrikant.

    Ħtieġa ta' Informazzjoni lill-Utent: Sabiex jiġi żgurat li x-xerrejja/l-utenti jkunu informati kif suppost dwar il-benefiċċji tal-ġestjoni tal-qawwa elettrika, il-fabbrikant għandu ma' kull kompjuter jinkludi waħda milli ġejjin:

    Informazzjoni dwar l-ENERGY STAR u l-benefiċċji tal-ġestjoni tal-qawwa elettrika f'kopja fuq il-karti jew f'kopja elettronika tal-manwal ta' l-utent. Din l-informazzjoni għandha tkun 'il quddiem fil-gwida ta' l-utent;

    jew

    F'pakkett jew f'kaxxa apposta dwar l-ENERGY STAR u l-benefiċċji tal-ġestjoni tal-qawwa elettrika.

    Kwalunkwe waħda minn dawn l-għażliet irid ikollha ta' l-anqas l-informazzjoni li ġejja:

    Nota li l-kompjuter ġie ttrasportat attivat għall-ġestjoni tal-qawwa elettrika u x'inhuma s-settings tal-ħin;

    u

    Kif tirriattiva l-kompjuter mill-istat Rieqed;

    (B)   Ħtiġiet għal-Livell 2 - Effettivi Jannar 1, 2009

    (1a)

    Kejl tal-Prestazzjoni ta' l-Effiċjenza ta' l-Enerġija tal-Livell 2

    Il-kompjuters kollha jeħtieġ li jissodisfaw il-kejl li ġej tal-prestazzjoni minima għal kull unità ta' enerġija:

    Software għall-Prestazzjoni ta' l-Effiċjenza ta' l-Enerġija u l-Livelli Assoċjati: TBD

    - JEW -

    (1b)

    Ħtiġiet Proviżorji ta' l-Istat Inattiv tal-Livell 2

    Jekk il-kejl tal-prestazzjoni ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija u l-livelli tal-prestazzjoni assoċjati mhumiex lesti biex jidħlu b'effett mill-1 ta' Jannar, 2009, ser tidħol awtomatikament b'effett speċifikazzjoni proviżorja tal-Livell 2 u ser tibqa' b'effett sakemm jiġi stabbilit il-livell imsemmi qabel. Il-Livell 2 proviżorju ser jinkludi livelli riveduti ta' l-istat Inattiv għat-tipi kollha ta' kompjuters (dawk inklużi fil-Livell 1 kif ukoll oħrajn skond il-każ [eż., thin clients]) bil-ħsieb li jinstabu l-aqwa 25 % prestazzjoni fl-effiċjenza ta' l-enerġija.

    Suġġetti addizzjonali, inklużi dawn li ġejjin, ukoll ser jerġgħu jiġu eżaminati taħt il-Livell 2 proviżorju:

    Livelli fl-istat Inattiv għan-notebooks u l-kompjuters integrati li jinkorporaw l-użu ta' l-enerġija tad-displays;

    Distinzjonijiet kwantitattivi bejn kategoriji ta' desktop (eż., megabytes tal-memorja tal-video, numru ta' processor cores, megabytes tal-memorja tas-sistema) biex jiġi żgurat li dawn id-distinzjonijiet jibqgħu attwali;

    Livelli fl-istat Rieqed għas-servers minn desktops;

    u

    Ammonti għal għodod ta' ġestjoni addizzjonali, bħal proċessuri ta' serviżż fi stat Rieqed u Standby, li jistgħu jgħinu fl-adozzjoni tal-ġestjoni tal-qawwa elettrika tal-kompjuter.

    Fil-każ ta' l-implimentazzjoni ta' Livell 2 proviżorju, l-EPA u l-Kummissjoni Ewropea ser jerġgħu jeżaminaw dawn is-suġġetti l-ġodda u jiffinalizzaw livelli ġodda ta' l-anqas sitt xhur qabel id-data effettiva tal-Livell 2.

    (2)

    Ħtiġiet tal-Ġestjoni tal-Qawwa Elettrika

    Flimkien mal-ħtiġiet previsti taħt il-Livell 1, hawn fuq, il-kompjuters kwalifikati għal ENERGY STAR għandhom iżommu konnettività sħiħa man-netwerk waqt li jkunu fl-istat Rieqed, skond standard industrijali indipendenti mill-pjattaforma. Il-kompjuters kollha għandhom inaqqsu l-veloċità tal-kollegament tan-netwerk tagħhom f'ħinijiet ta' livelli baxxi ta' traffiku tad-data skond kwalunkwe standard industrijali li jipprevedi transizzjoni bil-ħeffa bejn ir-rati ta' kollegamenti.

    Ċ)   Ħtiġiet Volontarji

    L-Interfaċċa ta’ l-Utent: Għalkemm mhux mandatorja, il-fabbrikanti huma mħeġġa bil-qawwa li jiddisinjaw il-prodotti skond il-Power Control User Interface Standard - IEEE 1621 (formalment magħruf bħal “l-Istandard għall-Elementi ta' l-Interfaċċa ta' l-Utent fil-Kontroll tal-Qawwa Elettrika ta' Dispożittivi Elettroniċi Użati f'Ambjenti ta' Uffiċju/Konsumatur”). Il-konformità ma' l-IEEE 1621 ser iġġib il-kontrolli tal-qawwa elettrika aktar konsistenti u intuwittivi fid-dispożittivi elettroniċi kollha. Għal aktar tagħrif dwar l-istandard ara http://eetd.LBL.gov/Controls.

    4)   PROĊEDURI TAT-TEST

    Il-fabbrikanti huma meħtieġa jwettqu testijiet u jiċċertifikaw huma stess dawk il-mudelli li jissodisfaw il-linji gwida ta’ l-ENERGY STAR.

    Fit-twettiq ta' dawn it-testijiet, l-imsieħeb jaqbel li juża l-proċeduri tat-test mogħtija fit-Tabella 43, hawn taħt.

    Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu rrappurtati lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, skond kif ikun xieraq.

    Ħtiġiet addizzjonali ta’ l-ittestjar u tar-rapportar huma mogħtija hawn taħt.

    A.

    Numru ta’ Unitajiet Meħtieġa għall-Ittestjar ta' l-istat Inattiv: Il-fabbrikanti jistgħu inizjalment jittestjaw unità unika għall-kwalifika. Jekk l-unità inizjali ttestjata tissodisfa l-livell ta' qawwa elettrika massima għall-istat Inattiv iżda taqa' sa 10 % ta' dak il-livell, għandha tiġi ttestjata wkoll unità oħra ta' l-istess mudell b'konfigurazzjoni identika. Il-fabbrikanti għandhom jirrapportaw il-valuri ta' l-istat Inattiv għaż-żewġ unitajiet. Biex jikkwalifikaw bħala ENERGY STAR, iż-żewġ unitajiet għandhom jilħqu l-livell massimu ta' l-istat Inattiv għal dik il-kategorija ta' prodott. Nota: Dan l-ittestjar addizzjonali huwa meħtieġ biss għall-kwalifika ta' l-istat Inattiv - unità waħda biss hi meħtieġa li tiġi ttestjata għall-istat Rieqed u Standby. Dan l-eżempju li ġej ikompli jispjega dan l-approċċ:

    Id-desktops tal-Kategorija A jridu jilħqu livell fl-istat Inattiv ta' 50 watt jew anqas, u b'hekk 45 Watt ikun il-limitu ta' 10 % għal ittestjar addizzjonali. Imbagħad jistgħu jseħħu dawn ix-xenarji li ġejjin meta jkun qed jiġi ttestjat mudell għall-kwalifika:

    Jekk l-ewwel unità titkejjel f’44 watt, m’hemmx bżonn aktar ittestjar u l-mudell jikkwalifika (44 watt huwa 12 % aktar effiċjenti mill-ispeċifikazzjoni u għaldastant huwa “barra” mil-limitu ta’ 10 %).

    Jekk l-ewwel unità titkejjel f’45 watt, m’hemmx bżonn aktar ittestjar u l-mudell jikkwalifika (45 watt huwa eżattament 10 % aktar effiċjenti mill-ispeċifikazzjoni).

    Jekk l-ewwel unità titkejjel f’47 watt, allura trid tiġi ttestjata unità addizzjonali biex il-kwalifikazzjoni tkun iddeterminata (47 Watt huwa biss 6 % aktar effiċjenti mill-ispeċifikazzjoni u huwa “ġewwa” l-limitu ta’ 10 %).

    Jekk iż-żewġ unitajiet jiġu mbagħad ittestjati f’47 u 51 watt, il-mudell ma jikkwalifikax bħala ENERGY STAR — minkejja li l-medja hija 49 watt — għaliex wieħed mill-valuri (51) huwa aktar mill-ispeċifikazzjoni ta’ l-ENERGY STAR.

    Jekk iż-żewġ unitajiet jiġu mbagħad ittestjati f’47 u 49 watt, il-mudell jikkwalifika bħala ENERGY STAR minħabba li ż-żewġ valuri jissodisfaw l-ispeċifikazzjoni ta’ 50 watt ta' l-ENERGY STAR.

    B.

    Mudelli li Kapaċi Joperaw b’Kombinazzjonijiet Multipli ta’ Vultaġġ/Frekwenza: Il-fabbrikanti għandhom jittestjaw il-prodotti tagħhom abbażi tas-suq/swieq fejn il-mudelli ser jinbiegħu u ser jiġu promossi bħala prodotti kwalifikati ENERGY STAR. L-EPA u l-Pajjiżi Mseħbin ENERGY STAR tagħha qablu dwar tabella bi tliet kombinazzjonijiet ta’ vultaġġ/frekwenza għall-finijiet ta’ l-ittestjar. Jekk jogħġbok irreferi għall-Kondizzjonijiet tat-Test fil-Proċedura tat-Test (Appendiċi A) għad-dettalji dwar kombinazzjonijiet internazzjonali ta’ vultaġġ/frekwenza għal kull suq.

    Għal prodotti li jinbiegħu bħala ENERGY STAR f'diversi swieq internazzjonali u, għalhekk, irratati b’vultaġġi multipli ta' input, il-fabbrikant għandu jittestja u jirrapporta l-konsum ta’ qawwa elettrika meħtieġa jew il-valuri ta’ l-effiċjenza fil-kombinazzjonijiet kollha rilevanti ta' vultaġġ/frekwenza. Per eżempju, fabbrikant li qed jittrasporta l-istess mudell lejn l-Istati Uniti u l-Ewropa għandu jkejjel, jissodisfa l-ispeċifikazzjoni, u jirrapporta l-valuri tat-test kemm f’115-il Volt/60Hz kif ukoll f’230 Volt/50Hz sabiex jikkwalifika l-mudell bħala ENERGY STAR fiż-żewġt iswieq. Jekk mudell jikkwalifika bħala ENERGY STAR f'kombinazzjoni waħda biss ta' vultaġġ/frekwenza (eż., 115-il Volt/60Hz), f'dan il-każ ikun jista' jiġi kkwalifikat u promoss bħala ENERGY STAR f'dawk ir-reġjuni biss li għandhom il-kombinazzjoni ttestjata ta’ vultaġġ/frekwenza (eż., l-Amerika ta’ Fuq u t-Tajwan).

    Tabella 43

    Proċeduri tat-Test għall-Kejl ta' Stati Operattivi

    Ħtieġa ta' l-Ispeċifikazzjoni

    Protokoll tat-Test

    Sors

    Standby (Stat Mitfi), Stat Rieqed, Stat Inattiv u Qawwa Elettrika Massima

    Metodu għat-Test tal-Kompjuter għall-ENERGY STAR (Verżjoni 4.0)

    Appendiċi A

    Effiċjenza tal-Provvista tal-Qawwa Elettrika

    IPS: Protokoll ta' l-Effiċjenza tal-Provvista Interna tal-Qawwa Elettrika

    EPS: Metodu tat-Test ta' l-ENERGY STAR għall-Provvista Esterna tal-Qawwa Elettrika

    IPS: www.efficientpowersupplies.org

    EPS: www.energystar.gov/powersupplies

    Ċ.

    Familji ta' Prodotti li Jikkwalifikaw: Il-mudelli li ma nbidlux jew li huma differenti biss esternament minn dawk mibjugħin f'sena preċedenti jistgħu jibqgħu kwalifikati mingħajr is-sottomissjoni ta’ data tat-test ġdida, jekk l-ispeċifikazzjoni tibqa’ l-istess. Jekk mudell ta’ prodott huwa offrut fis-suq f’konfigurazzjonijiet jew stili multipli, bħala “familja” jew serje ta’ prodotti, l-imsieħeb jista’ jirrapporta u jikkwalifika l-prodott taħt numru uniku tal-mudell, dment li l-mudelli kollha f'dik il-familja jew serje jissodisfaw wieħed minn dawn il-ħtiġiet li ġejjin:

    Kompjuters mibnijin fuq l-istess pjattaforma u identiċi f’kull aspett ħlief għall-kaxxa u l-kulur jistgħu jkunu kwalifikati permezz tas-sottomissjoni tad-data tat-test għal mudell uniku rappreżentattiv.

    Jekk mudell ta’ prodott huwa offrut fis-suq f’konfigurazzjonijiet multipli, l-imsieħeb jista’ jirrapporta u jikkwalifika l-prodott taħt numru uniku tal-mudell li jirrappreżenta l-ogħla konfigurazzjoni tal-qawwa elettrika disponibbli fil-familja, aktar milli jirrapporta kull mudell individwali fil-familja. F'dan il-każ, l-ogħla konfigurazzjoni tkun tikkonsisiti fi: il-proċessur ta' l-ogħla qawwa elettrika, il-konfigurazzjoni massima tal-memorja, il-GPU ta' l-ogħla qawwa elettrika, eċċ. Għas-sistemi desktop li jissodisfaw id-definizzjoni għal kategoriji multipli ta' desktop (kif iddefinit fit-taqsima 3.A.2) skond il-konfigurazzjoni speċifika, il-fabbrikanti għandhom jippreżentaw il-konfigurazzjoni ta' l-ogħla qawwa elettrika għal kull kategorija li taħtha jixtiequ li s-sistema tikkwalifika. Per eżempju, sistema li tista' tiġi kkonfigurata bħala desktop ta' Kategorija A jew Kategorija B tkun teħtieġ li tiġi ppreżentata l-konfigurazzjoni ta' l-ogħla qawwa elettrika għaż-żewġ kategoriji sabiex tikkwalifika bħala ENERGY STAR. Jekk prodott seta' jiġi kkonfigurat biex jissodisfa t-tliet kategoriji kollha, allura jkollu jippreżenta data għall-konfigurazzjoni ta' l-ogħla qawwa elettrika fil-kategoriji kollha. Il-fabbrikanti ser jinżammu responsabbli għal kwalunkwe dikjarazzjoni ta’ effiċjenza dwar il-mudelli kollha l-oħrajn fil-familja, inklużi dawk mhux ittestjati jew li għalihom ma kinitx irrapportata data.

    5)   DATA EFFETTIVA

    Id-data meta l-fabbrikanti jistgħu jibdew jikkwalifikaw il-prodotti bħala Energy Star, skond din il-Verżjoni 4.0 ta’ l-ispeċifikazzjoni, ser tiġi ddefinita bħala d-data effettiva tal-ftehim. Kwalunkwe ftehim li twettaq preċedentement dwar is-suġġett tal-kompjuters ikkwalifikati għal Energy Star għandu jintemm b'effett mid-19 ta' Lulju, 2007.

    1.

    Kwalifika ta' Prodotti Taħt il-Livell 1 tal-Verżjoni 4.0 ta' l-Ispeċifikazzjoni: L-ewwel fażi ta' din l-ispeċifikazzjoni ser tibda fl-20 ta' Lulju, 2007. Il-prodotti kollha, inklużi l-mudelli li oriġinarjament ikkwalifikaw taħt il-Verżjoni 3.0, b'data ta' fabbrikazzjoni li hija dik ta' l-20 ta' Lulju, 2007 jew wara, iridu jissodisfaw il-ħtiġiet il-ġodda (Verżjoni 4.0) sabiex jikkwalifikaw għal Energy Star. Id-data tal-fabbrikazzjoni hija speċifika għal kull unità u hija d-data (eż., ix-xahar u s-sena) li fiha unità titqies li ġiet immuntata kompletament.

    2.

    Kwalifika ta' Prodotti Taħt il-Livell 2 tal-Verżjoni 4.0 ta' l-Ispeċifikazzjoni: It-tieni fażi ta' din l-ispeċifikazzjoni, il-Livell 2, ser tibda fl-1 ta' Jannar, 2009. Il-prodotti kollha, inklużi l-mudelli li oriġinarjament ikkwalifikaw taħt il-Livell 1, b'data ta' fabbrikazzjoni li hija dik ta' l-1 ta' Jannar, 2009 jew wara, iridu jissodisfaw il-ħtiġiet tal-Livell 2 sabiex jikkwalifikaw għal Energy Star.

    3.

    Eliminazzjoni tal-Grandfathering: L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea mhux se jippermettu li jsir grandfathering taħt din il-Verżjoni 4.0 ta’ l-ispeċifikazzjoni ta' l-Energy Star. Il-kwalifika Energy Star skond verżjonijiet preċedenti ma tingħatax awtomatikament għall-ħajja tal-mudell tal-prodott. Għalhekk, kwalunkwe prodott mibjugħ, kummerċjalizzat, jew identifikat mill-imsieħeb tal-fabbrikazzjoni bħala Energy Star għandu jissodisfa l-ispeċifikazzjoni attwali li tkun fis-seħħ fil-mument tal-fabbrikazzjoni tal-prodott.

    6)   REVIŻJONIJIET FUTURI TA’ L-ISPEĊIFIKAZZJONI

    L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea jirriżervaw id-dritt li jirrevedu l-ispeċifikazzjoni f'każ li l-bidliet teknoloġiċi u/jew dawk tas-suq jaffettwaw l-utilità tagħha għall-konsumaturi jew l-industrija jew l-impatt tagħha fuq l-ambjent. B'konformità mal-politika attwali, ir-reviżjonijiet ta’ l-ispeċifikazzjoni ser jiġu diskussi mal-partijiet interessati. Jekk jogħġbok innota li, f'każ ta' reviżjoni ta' l-ispeċifikazzjoni, il-kwalifika ENERGY STAR ma tingħatax awtomatikament għall-ħajja ta' mudell ta' prodott. Biex jikkwalifika bħala ENERGY STAR, mudell ta' prodott għandu jissodisfa l-ispeċifikazzjoni ta’ l-ENERGY STAR li tkun fis-seħħ fid-data tal-fabbrikazzjoni tal-mudell.

    7)   APPENDIĊI A: PROĊEDURA TAT-TEST GĦALL-ENERGY STAR BIEX JIĠI DDETERMINAT L-UŻU TAL-QAWWA ELETTRIKA TAL-KOMPJUTERS FL-ISTAT STANDBY, RIEQED, INATTIV U QAWWA MASSIMA

    Il-protokoll li ġej għandu jiġi segwit meta jitkejlu l-livelli ta' konsum ta' qawwa elettrika tal-kompjuters għall-konformità mal-livelli ta' l-istat Standby, Rieqed, u Inattiv mogħtija fl-Anness VIII, Taqsima 3) A) (2). L-imsieħba għandhom ikejlu kampjun rappreżentattiv tal-konfigurazzjoni kif ittrasportata lill-klijent. Madankollu, l-Imsieħeb m'għandux bżonn jikkunsidra l-bidliet fil-konsum ta' qawwa elettrika li jistgħu jirriżultaw minn żidiet ta' komponenti, BIOS u/jew settings tas-software li jsiru mill-utent tal-kompjuter wara l-bejgħ tal-prodott. Din il-proċedura hija maħsuba li tiġi segwita fl-ordni u fejn hu opportun l-istat li qed jiġi ttestjat huwa ttikkettat.

    I.   Definizzjonijiet

    Sakemm mhux speċifikati mod ieħor, it-termini kollha użati f'dan id-dokument huma konsistenti mad-definizzjonijiet li jinsabu fl-Anness VIII, Taqsima 1.

    UUT

    UUT huwa akronimu għal “unità li qed tiġi ttestjata” (“unit under test”) li f'dan il-każ jirreferi għall-kompjuter li qed jiġi ttestjat.

    UPS

    UPS huwa akronimu għal “Provvista Ininterrotta ta' Kurrent” (“Uninterruptible Power Supply”), li jirreferi għal taħlita ta' konvertituri, swiċċijiet u mezzi ta' ħażna ta' l-enerġija, per eżempju batteriji, li tikkostitwixxi provvista ta' kurrent biex tinżamm il-kontinwità fil-qawwa elettrika f'każ ta' nuqqas ta' dħul ta' kurrent.

    II   Ħtiġiet għall-Ittestjar

    Meter approvat

    Il-meters approvati għadhom jinkludu dawn il-karatteristiċi li ġejjin (25):

    Riżoluzzjoni ta' qawwa elettrika ta' 1mW jew aħjar;

    Disponibbiltà ta' l-ogħla fattur tal-kurrent ta' 3 jew aktar fil-valur nominali tagħhom;

    u

    Ikunu fil-livell ta' isfel tal-medda tal-kurrent ta' 10mA jew anqas.

    Flimkien mal-karatteristiċi ta' hawn fuq huma ssuġġeriti dawn li ġejjin:

    Rispons ta' frekwenza ta' mill-anqas 3kHz;

    u

    Kalibrazzjoni bi standard li huwa rintraċċabbli għall-Istitut Nazzjonali ta' l-Istati Uniti għall-Istandards u t-Teknoloġija (NIST).

    Ikun jaqbel ukoll li l-istrumenti tal-kejl ikunu kapaċi joħorġu medja preċiża tal-qawwa elettrika tul kwalunkwe intervall ta' ħin magħżul mill-utent (dan normalment isir b'kalkolu matematiku intern li jiddividi bil-ħin l-enerġija akkumulata fil-meter, li huwa l-approċċ l-aktar preċiż). Bħala alternattiva, l-istrument tal-kejl irid ikun kapaċi jintegra l-enerġija tul kwalunkwe intervall ta' ħin magħżul mill-utent b'riżoluzzjoni ta' l-enerġija ta' 0.1 mWh jew anqas u jintegra l-ħin muri b'riżoluzzjoni ta' sekonda jew anqas.

    Preċizjoni

    Il-kejl ta' qawwa elettrika ta' 0.5 W jew aktar għandu jsir b'inċertezza ta' 2 % jew anqas f'livell ta' kunfidenza ta' 95 %. Il-kejl ta' qawwa elettrika ta' anqas minn 0.5 W għandu jsir b'inċertezza ta' 0.01 W jew anqas f'livell ta' kunfidenza ta' 95 %. L-istrument tal-kejl tal-qawwa elettrika għandu jkollu riżoluzzjoni ta’:

    0,01 W jew aħjar għall-kejl ta' qawwa elettrika ta’ 10 W jew anqas;

    0,1 W jew aħjar għall-kejl ta' qawwa elettrika ta’ aktar minn 10 W sa 100 W;

    u

    1 W jew aħjar għall-kejl ta' qawwa elettrika ta’ aktar minn 100 W.

    Iċ-ċifri kollha tal-qawwa elettrika għandhom ikunu f'watts u rranġati sat-tieni punt deċimali. Għal tagħbijiet ta' 10 W jew aktar, għandhom jiġu rraportati tliet ċifri sinifikanti.

    Kondizzjonijiet tat-Test

    Vultaġġ tal-Provvista:

    Amerika ta’ Fuq/Tajwan:

    115 (±1 %) Volts AC, 60 Hz (±1 %)

    Ewropa/Awstralja/New Zealand:

    230 (±1 %) Volts AC, 50 Hz (±1 %)

    Ġappun:

    100 (±1 %) Volts AC, 50 Hz (±1 %)/60 Hz (±1 %)

     

    Nota: Għal prodotti ratati għal qawwa elettrika massima > 1.5 kW, il-firxa tal-vultaġġ hija ±4 %

    Distorsjoni Armonika Totali (THD) (Vultaġġ):

    < 2 % THD (< 5 % għal prodotti ratati għal > 1.5 kW qawwa elettrika massima)

    Temperatura Ambjentali:

    23 °C ±5 °C

    Umdità Relattiva:

    10 – 80 %

    (Referenza IEC 62301: Household Electrical Appliances – Measurement of Standby Power, Taqsimiet 3.2, 3.3)

    Konfigurazzjoni tat-Test

    Il-konsum ta' qawwa elettrika ta' kompjuter għandu jitkejjel u jiġi ttestjat minn sors ta' kurrent alternanti għall-UUT.

    Il-UUT trid tkun imqabbda ma' swiċċ ta' netwerk ta' l-Ethernet kapaċi għall-veloċità l-aktar għolja u l-aktar baxxa tan-netwerk. Il-konnessjoni tan-netwerk trid tkun mixgħula tul it-testijiet kollha.

    III   Proċedura tat-Test għall-Istat Standby, Rieqed u Inattiv għall-Prodotti Kollha

    Il-kejl tal-konsum ta' qawwa ta' kurrent alternanti minn kompjuter irid isir kif ġej:

    Tħejjija tal-UUT

    1.

    Irreġistra l-isem tal-fabbrikant u tal-mudell tal-UUT.

    2.

    Iżgura li l-UUT huwa mqabbad ma' swiċċ mixgħul ta' netwerk ta' l-Ethernet (IEEE 802.3) kif speċifikat fit-Taqsima II, “Konfigurazzjoni tat-Test,” hawn fuq, u li l-konnessjoni hija mixgħula. Il-kompjuter għandu jżomm din il-konnessjoni mixgħula mas-swiċċ għat-tul tat-test, mingħajr ma' jingħata kas ta' intervalli qosra waqt transizzjonijiet bejn il-veloċitajiet tal-kollegament.

    3.

    Qabbad meter approvat li kapaċi jkejjel il-qawwa elettrika reali għal sors ta' vultaġġ ac mill-mejn issettjat għal kombinazzjoni ta' vultaġġ/frekwenza adatta għat-test.

    4.

    Ipplakkja l-UUT fil-ħruġ tal-kejl tal-qawwa elettrika fil-meter. M'għandhomx jitqabbdu strippi ta' plakek jew unitajiet ta' UPS bejn il-meter u l-UUT. Biex ikun hemm test validu l-meter għandu jibqa f'postu sakemm tiġi rreġistrata d-data kollha tal-qawwa elettrika fl-istat Standby, Rieqed u Inattiv.

    5.

    Irreġistra l-vultaġġ tal-kurrent alternanti.

    6.

    Ibbutja l-kompjuter u stenna sakemm is-sistema operattiva tkun illowdjat kompletament.

    7.

    Jekk hemm bżonn, irrannja s-setup tas-sistema operattiva inizjali u ħalli li jsir l-indexing kollu tal-fajls preliminari u proċessi oħrajn ta' darba/perjodiċi sakemm jitlestew.

    8.

    Irreġistra l-informazzjoni bażika dwar il-konfigurazzjoni tal-kompjuter - it-tip ta' kompjuter, l-isem u l-verżjoni tas-sistema operattiva, it-tip u l-veloċità tal-proċessur, u t-total tal-memorja fiżika u dik disponibbli, eċċ (26).

    9.

    Irreġistra l-informazzjoni bażika dwar il-kard tal-video - l-isem tal-kard tal-video, ir-riżoluzzjoni, l-ammont tal-memorja li fiha, u l-bits għal kull pixel (27).

    10.

    Iżgura li l-UUT huwa kkonfigurat hekk kif ġie ttrasportat inklużi l-aċċessorji kollha, is-settings tal-ġestjoni tal-qawwa elettrika, attivazzjoni tal-WOL u s-software li jintbagħat normalment. Il-UUT għandha tiġi kkonfigurata wkoll bl-użu tal-ħtiġiet li ġejjin għat-testijiet kollha:

    (a)

    Is-sistemi desktop (inklużi l-workstations u s-servers minn desktops) mibgħutin mingħajr aċċessorji għandhom jiġu kkonfigurati b'maws, tastiera u moniter estern standard.

    (b)

    Notebooks u tablets għandhom jinkludu l-aċċessorji kollha mibgħutin mas-sistema, u m'hemmx bżonn jinkludu tastiera jew maws separati meta jkunu mgħammra b'dispożittiv għall-indikazzjoni integrat jew b'diġitizzatur.

    (ċ)

    Notebooks u tablets għandu jkollhom l-unità(jiet) tal-batterija mneħħija għat-testijiet kollha. Għal sistemi fejn mhix maħsuba konfigurazzjoni għat-tħaddim mingħajr unità tal-batterija, it-test jista' jsir b'unità(jiet) tal-batterija installati u ċċarġjati kompletament, u għandu jiġi żgurat li din il-konfigurazzjoni tiġi rrapportata fir-riżultati tat-testijiet.

    (d)

    Il-kurrent għal radjijiet mingħajr fil għandu jintefa għat-testijiet kollha. Dan japplika għal adattaturi ta' netwerks mingħajr fil (eż., 802.11) jew għal protokolli mingħajr fil minn dispożittiv għal dispożittiv.

    11.

    Il-linji gwida li ġejjin għandhom jiġu segwiti biex jiġi kkonfigurat l-issettjar tal-qawwa elettrika għad-displays (mingħajr ebda aġġustament ieħor tas-settings tal-ġestjoni tal-qawwa elettrika):

    (e)

    Għal kompjuters b'displays esterni (il-biċċa l-kbira tad-desktops): uża s-settings tal-ġestjoni tal-qawwa elettrika tal-moniter biex tevita li l-moniter jintefa biex tiżgura li jibqa' mixgħul għat-tul kollu tat-test ta' l-istat Inattiv kif deskritt hawn taħt.

    (f)

    Għal kompjuters b'moniters integrati (notebooks, tablets u sistemi integrati): uża s-settings tal-ġestjoni tal-qawwa elettrika biex tissettja l-moniter ħalli jintefa wara minuta.

    12.

    Itfi l-kompjuter.

    Ittestjar ta' Standby (Stat Mitfi)

    13.

    Bil-UUT mitfija u fuq Standby, issettja l-meter biex tibda takkumula l-valuri reali tal-qawwa elettrika f'intervall ta' qari wieħed kull sekonda. Akkumula l-valuri tal-qawwa elettrika għal 5 minuti oħra u rreġistra l-valur medju (il-medja aritmetika) osservat matul dak il-perijodu ta' 5 minuti (28).

    Ittestjar ta' l-Istat Inattiv

    14.

    Ixgħel il-kompjuter u ibda rreġistra l-ħin li jgħaddi billi tibda minn meta l-kompjuter jinxtegħel inizjalment jew immedjatament wara li titlesta kull attività ta' login meħtieġa biex is-sistema tiġi bbutjata kompletament. Ladarba tkun illoggjat u bis-sistema operattiva llowdjata u lesta kompletament, agħlaq kwalunkwe tieqa miftuħa ħalli jkun jidher l-iskrin operattiv standard tad-desktop jew l-iskrin lest ekwivalenti. Eżattament 15-il minuta wara l-ibbutjar jew il-login, issettja l-meter biex jibda jakkumula l-valuri reali tal-qawwa elettrika f'intervalli ta' qari wieħed kull sekonda. Akkumula l-valuri tal-qawwa elettrika għal 5 minuti oħra u rreġistra l-valur medju (il-medja aritmetika) osservat matul dak il-perijodu ta' 5 minuti.

    Ittestjar ta' l-Istat Rieqed

    15.

    Wara li jkun lest il-kejl ta' l-istat Inattiv, itfa' l-kompjuter fl-istat Rieqed. Irrisettja l-meter (jekk meħtieġ) u ibda akkumula l-valuri reali tal-qawwa elettrika f'intervalli ta' qari wieħed kull sekonda. Akkumula l-valuri tal-qawwa elettrika għal 5 minuti oħra u rreġistra l-valur medju (il-medja aritmetika) osservat matul dak il-perijodu ta' 5 minuti.

    16.

    Jekk qed tittestja l-WOL attivata kif ukoll diżattivata għall-istat Rieqed, irriattiva l-kompjuter u biddel is-setting tal-WOL mill-istat Rieqed permezz tas-settings tas-sistema operattiva jew b'xi mezz ieħor. Erġa' itfa' l-kompjuter fl-istat Rieqed u rrepeti l-pass 14, filwaqt li tirreġistra l-qawwa elettrika meħtieġa ta' l-istat Rieqed għal din il-konfigurazzjoni alternata.

    Rappurtar tar-Riżultati tat-Test

    17.

    Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu rrappurtati lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, kif meħtieġ, waqt li jiġi żgurat li tkun ġiet inkluża l-informazzjoni kollha meħtieġa.

    IV   Test tal-Qawwa Elettrika Massima għall-Workstations

    Il-qawwa elettrika massima għall-workstations tinstab bit-tħaddim simultanju ta' żewġ livelli standard industrijali: Linpack biex titfa' taħt prova l-core system (eż., il-proċessur, il-memorja, eċċ.) u SPECviewperf® (verżjoni 9.x jew ogħla) biex titfa' taħt prova l-GPU tas-sistema. Aktar informazzjoni dwar dawn il-livelli, inklużi downloads b'xejn, tista' tinstab fuq il-URLs ta' hawn taħt:

    Linpack

    http://www.netlib.org/linpack/

    SPECviewperf®

    http://www.spec.org/benchmarks.html#gpc

    Dan it-test irid jiġi rripetut għal tliet darbiet fuq l-istess UUT, u t-tliet kejliet iridu jaqgħu fi ±2 % ta' tolleranza mqabblin mal-medja tat-tliet valuri ta' qawwa elettrika massima mkejlin.

    Il-kejl tal-konsum massimu ta' qawwa ta' kurrent alternanti minn workstation għandu jsir kif ġej:

    Tħejjija tal-UUT

    1.

    Qabbad meter approvat li kapaċi jkejjel il-qawwa elettrika reali għal sors ta' vultaġġ ac mill-mejn issettjat għal kombinazzjoni ta' vultaġġ/frekwenza adatta għat-test. Il-meter għandu jkun kapaċi jaħżen u joħroġ il-kejl tal-qawwa elettrika massima milħuqa matul it-test jew ikun kapaċi jiddetermina l-qawwa elettrika massima b'metodu ieħor.

    2.

    Ipplakkja l-UUT fil-ħruġ tal-kejl tal-qawwa elettrika fil-meter. M'għandhomx jitqabbdu strippi ta' plakek jew unitajiet ta' UPS bejn il-meter u l-UUT.

    3.

    Irreġistra l-vultaġġ tal-kurrent alternanti.

    4.

    Ibbutja l-kompjuter u, jekk ma jkun diġà installat, installa l-Linpack u s-SPECviewperf kif indikat fuq il-Websites imsemmijin hawn fuq.

    5.

    Issettja l-Linpack bis-settings tal-bidu għall-istruttura partikolari tal-UUT u ssettja d-daqs meħtieġ “n” ta' l-array biex tinġibed il-qawwa elettrika massima tul it-test.

    6.

    Iżgura li jiġu sodisfatti l-linji gwida kollha ssettjati mill-organizzazzjoni SPEC biex jitħaddem is-SPECviewperf.

    Ittestjar tal-Qawwa Elettrika Massima

    7.

    Issettja l-meter biex tibda takkumula l-valuri reali tal-qawwa elettrika f'intervalli ta' qari wieħed kull sekonda, u ibda ħu l-kejl. Iftaħ is-SPECviewperf u n-numru meħtieġ ta' istanzi simultanji tal-Linpack biex titfa' s-sistema taħt prova totali.

    8.

    Akkumula l-valuri tal-qawwa elettrika sakemm is-SPECviewperf u l-istanzi kollha jkunu tlestew. Irreġistra l-valur ta' qawwa elettrika massima miksuba matul it-test.

    Rappurtar tar-Riżultati tat-Test

    9.

    Ir-riżultati tat-test għandhom jiġu rrappurtati lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, waqt li jiġi żgurat li tkun ġiet inkluża l-informazzjoni kollha meħtieġa.

    10.

    Hekk kif tiġi ppreżentata d-data, il-fabbrikanti jridu jinkludu wkoll id-data li ġejja:

    (a)

    Il-valur ta' n (id-daqs l-array) użat għal-Linpack,

    (b)

    In-numru tal-kopji simultanji tal-Linpack li ntużaw matul it-test,

    (ċ)

    Il-verżjoni ta' SPECviewperf użata għat-test,

    (d)

    L-ottimizzazzjonijiet kollha tal-kompilatur użati waqt il-kompilazzjoni tal-Linpack u ta' SPECviewperf,

    u

    (e)

    Binarju kkompilat minn qabel għall-utenti finali biex iniżżlu u jirrannjaw kemm is-SPECviewperf kif ukoll il-Linpack. Dawn jistgħu jitqassmu permezz ta' entità ċentralizzata ta' standards bħal SPEC, mill-OEM jew minn parti terza relatata.

    V   Verifika Kontinwa

    Din il-proċedura ta' ttestjar tiddeskrivi l-metodu li bih unità unika tista' tiġi ttestjata għall-konformità. Huwa rrakkomandat ħafna li jkun hemm proċess ta' ttestjar kontinwu biex jiġi żgurat li l-prodotti minn linji ta' produzzjoni differenti ikunu konformi ma' l-ENERGY STAR.


    (1)  Ir-rata massima kontinwa tal-provvista ta’ provvista ta’ l-enerġija hija l-valur definit mill-manifattur fl-istruzzjonijiet ta’ l-operat provduti mal-prodott.

    (2)  Jekk il-prodotti għandhom jinbiegħu fl-Ewropa jew l-Asja, l-ittestjar għandu jitwettaq ukoll fil-vultaġġ u l-frekwenza xierqa rratati mill-magna. Per eżempju, prodotti maħsuba għal swieq Ewropej jistgħu jiġu ttestjati f'230 V u 50 Hz. Il-logo m’għandux jintwera fuq prodotti mibgħuta lejn l-Ewropa jew l-Asja jekk l-apparat ma jkunx konformi mal-ħtiġiet ta' enerġija tal-Programm fil-kondizzjonijiet ta' vultaġġ u frekwenza lokali.

    (3)  Ibid.

    (4)  Enerġija reali hija definita bħala (volts) × (amps) × (fattur ta' enerġija) u hija tipikament irrapportata bħala watts. Enerġija apparenti hija definita bħala (volts) × (amps) u hija normalment espressa f'termini ta' VA jew volt-amps. Il-fattur ta' enerġija għal apparat bi provvisti ta' enerġija li tinxtegħel huwa dejjem anqas minn 1,0, għalhekk l-enerġija reali hija dejjem anqas mill-enerġija apparenti

    (5)  Il-fattur crest ta' watt-miter huwa ta' spiss ipprovdut kemm għall-kurrent kif ukoll għall-vultaġġ. Għall-kurrent huwa l-proporzjon tal-quċċata tal-kurrent għall-kurrent RMS f'firxa speċifika ta' kurrent. Meta jingħata biss fattur crest wieħed, dan huwa normalment għall-kurrent. Il-medja tal-watt-miter reali RMS għandu fattur crest fil-firxa ta' 2:1 sa 6:1

    (6)  fn Il-fattur crest ta' watt-miter huwa ta' spiss ipprovdut kemm għall-kurrent kif ukoll għall-vultaġġ. Għall-kurrent huwa l-proporzjon tal-quċċata tal-kurrent għall-kurrent RMS f'firxa speċifika ta' kurrent. Meta jingħata biss fattur crest wieħed, dan huwa normalment għall-kurrent. Il-medja tal-watt-miter reali RMS għandu fattur crest fil-firxa ta' 2:1 sa 6:1

    (7)  fn Din id-definizzjoni hija konsistenti ma’ IEC 62301: Tagħmir Elettriku tad-Dar – Kejl ta’ l-Enerġija Standby minn Marzu 2004.

    (8)  Fn Il-Vultaġġ tal-Provvista: Il-manifatturi għandhom jittestjaw il-monitors tal-kompjuter tagħhom fuq bażi tas-suq fejn se jinbiegħu l-mudelli. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti li jikkwalifikaw imqiegħda fis-suq u mibjugħa f’kwalunkwe reġjun bħala ENERGY STAR ma jeċċedux il-livelli ta’ l-enerġija ddikjarati fil-formola ta’ l-Informazzjoni dwar il-Prodott li Jikkwalifika (QPI - Qualifying Product Information) (u maħżuna fid-database ta’ l-ENERGY STAR) fil-kondizzjonijiet standard tal-vultaġġ u l-frekwenza tal-mejn ta’ dak ir-reġjun. Għat-tagħmir mibjugħ f’bosta swieq internazzjonali u għalhekk mogħti rata f’bosta vultaġġi tad-dħul, il-manifattur għandu jittestja fi u jirrapporta kull vultaġġ u livell ta’ konsum ta’ l-enerġija rilevanti jekk bi ħsiebu jirreġistra l-prodott bħala ENERGY STAR fis-swieq rispettivi. Per eżempju, manifattur li qed jikkonsenja l-istess mudell ta’ monitor tal-kompjuter fl-Istati Uniti u fl-Ewropa għandu jkejjel u jirrapporta l-konsum ta’ l-enerġija ta’ Mixgħul, Sleep, u Mitfi kemm f’115 Volts/60 Hz kif ukoll f’230 Volts/50 Hz.

    (9)  Il-valuri tal-vultaġġ korrispondendi għall-monitors ta’ l-interface diġitali biss li jikkorrispondu għal-luminożità ta’ l-immaġini (0 sa 0.7 volts) huma:

    0 volts (iswed) = setting ta’ 0

    0,1 volts (il-lewn l-aktar skur tal-griz analogu) = 36 griz diġitali

    0,7 volts (abjad analogu) = 255 griz diġitali

    Innota li l-ispeċifikazzjonijiet futuri ta’ l-interface diġitali jistgħu jwessgħu din l-iskala, iżda fil-każijiet kollha, 0 volts għandu jikkorrispondi għall-iswed u l-valur massimu għandu jikkorrispondi għall-abjad, u 0,1 volts bojod jikkorrispondu għal wieħed minn seba mill-valur massimu.

    (10)  Fn Innota li ġaladarba unità bażi ta' stampatur tiġi mtejba għal MFD (per eżempju jiżdied unità ta' kopjatur) allura l-prodott ġenerali għandu jikkwalifika skond l-Ispeċifikazzjoni MFD ta' ENERGY STAR sabiex il-prodott jibqa’ konformi ma’ l-Istilla ta' Enerġija

    (11)  Inkluża l-elettrofotografija monokroma, it-trasferiment termali monokromu u l-ink jet monokromu jew tal-kulur.

    (12)  fn Għal printers li jużaw kompjuter funzjonalment integrat, kemm jekk jinsab ġewwa jew barra mill-kabinet ta’ l-istampatur, il-konsum ta’ l-enerġija mill-kompjuter m’għandux għalfejn ikun inkluż meta jkun determinat il-valur tal-Modalità Sleep ta’ l-unità ta’ l-istampatur. Madankollu, l-integrazzjoni tal-kompjuter m’għandhiex tfixkel l-abbiltà tal-printer milli jidħol fi jew joħroġ mill-modalità Sleep. Din id-dispożizzjoni hija kondizzjonata fuq li l-manifattur jaqbel li jipprovdi lill-konsumaturi potenzjali tiegħu b’letteratura dwar il-prodott li b’mod ċar tgħid li l-konsum ta’ l-enerġija mill-kompjuter integrat huwa minbarra l-enerġija kkonsmata mill-unità tal-printer, speċjalment meta l-unità tal-printer hija fil-Modalità Sleep.

    (13)  Inkluza l-elettrofotografija bil-kulur u t-trasferiment termali bil-kulur.

    (14)  Fn It-Taqsima VII.B.1 ta' din l-Ispeċifikazzjoni fiha l-miri ta' konsum massimu ta' enerġija fil-Modalità Mitfi. Huwa mistenni li l-parti l-kbira tal-kumpaniji li jikkonformaw ma’ dawn il-miri ta' konsum ta' enerġija fil-Modalità Mitfi billi jinkorporaw karatteristika ta' tifi awtomatiku fil-kopjatur. Iżda, huwa possibbli u permissibbli taħt din l-Ispeċifikazzjoni għall-manifattur li jutilizza modalità ta’ enerġija baxxa, pjuttost milli karatteristika ta' tifi awtormatiku jekk il-konsum ta' enerġija tal-mod enerġija baxxa jkun ugwali jew anqas mill-miri tal-konsum ta' enerġija tal-Modalità Mitfi li jinsabu f'din l-Ispeċifikazzjoni. (Ara l-Linji Gwida tat-test għal aktar informazzjoni dwar din il-kwistjoni.)

    (15)  fn Għal mekkaniżmu b'funzjonijiet varji, fejn il-metodu ta' hawn fuq jagħti riżultat mhux eżatt (għaliex il-mekkaniżmu ma jkunx issaħħan għal kollox wara l-ewwel ċiklu ta' tisħin miżjud bi 15-il minuta ħin stand-by), il-proċedura li ġejja (b'konformità ma’ l-istandard ASTM F757-94) tista’ tintuża:

    Tixgħel l-MFD u ħalli l-magna tisħon u tistabbilizza fil-mod lest (= mod stand-by) għal sagħtejn. Matul l-ewwel 105 minuti, tħallix lill-MFD li jidħol fil-modalità ta’ enerġija baxxa (per eżempju billi tagħmel kopja kull 14-il minuta matul dan il-perjodu). Għamel l-aħħar kopja fil-105 minuta wara li l-MFD jkun inxtegħel. Imbagħad stenna eżattament 15-il minuta. Wara li jkunu għaddew 15-il minuta, aqra u rrekordja l-indikazzjoni tal-meter ta' watts fis-siegħa u l-ħin (jew ibda l-istopwatch jew il-ħin). Wara siegħa erġa’ aqra u rrekordja l-indikazzjoni ta' watts fis-siegħa. Id-differenza bejn iż-żewġ qari tal-meter ta' watts fis-siegħa hija l-użu ta' enerġija fil-modalità ta’ enerġija baxxa; iddividi b'siegħa biex tikseb ir-rata medja ta' enerġija.

    (16)  Fn Għal MFDs li jikkonsistu f'unitajiet integrati funzjonalment, iżda li huma fiżikament separati u li jikkonsistu f'komponenti separati għall-istampar, l-iskannjar jew kompjuting, il-Watts totali fl-isleep mode għas-sistema kollha kemm hi jistgħu jiżdiedu b'ammot ugwali għall-Watts fl-isleep mode għal kompjuter ikkwalifikat ENERGY STAR.

    Innota li l-kriterji għall-kopjaturi diġitali li jistgħu jittejbu huma identiċi għal dawk ta' l-Ispeċifikazzjonijiet tal-kopjatur.

    (17)  Fn Għal prodotti rreġistrati mal-Kummissjoni Ewropea, il-Parteċipanti fil-Programm jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni Ewropea

    (18)  fn IEC 62301 – Tagħmir elettriku tad-dar – Kejl ta’ l-enerġija standby. 2005.

    (19)  Fn It-tip ta’ konnessjoni man-netwerk għandha tiġi rrappurtata wkoll. Tipi komuni huma Ethernet, 802.11, u Bluetooth. Tipi komuni ta' konnessjoni mad-data iżda mhux ma' netwerk huma USB, Serial, u Parallel.

    (20)  Fn Immaġini/Jum Interim fit-Tabella 37.

    (21)  Fn It-tip ta’ konnessjoni man-netwerk għandha tiġi rrappurtata wkoll. Tipi komuni huma Ethernet, 802.11, u Bluetooth. Tipi komuni ta' konnessjoni mad-data iżda mhux ma' netwerk huma USB, Serial, u Parallel.

    (22)  Il-Vultaġġ tal-Provvista: Il-manifatturi għandhom jittestjaw il-prodotti tagħhom fuq bażi tas-suq li fih l-imsieħeb bi ħsiebu jbiegħ il-prodotti bħala kwalifikati għal ENERGY STAR. Għat-tagħmir mibjugħ fi swieq internazzjonali diversi u għalhekk ratati fuq bosta vultaġġi tad-dħul, il-manifattur għandu jittestja u jirrapporta il-vultaġġi kollha rilevanti u l-livelli kollha tal-konsum ta’ l-elettriku. Pereżempju, manifattur li qed jikkonsenja l-istess mudell ta’ printer lill-Istati Uniti u l-Ewropa għandu jkejjel u jirrapporta l-valuri tat-TEC jew ta’ l-OM kemm f’115 Volts/60 Hz kif ukoll 230 Volts/50 Hz. Jekk prodott huwa disinjat li jaħdem f’kombinazzjoni ta’ vultaġġ/frekwenza f’suq speċifiku li huwa differenti mill-kombinazzjoni ta’ vultaġġ/frekwenza għal dak is-suq (eż., 230 Volts, 60 Hz fl-Amerika ta’ Fuq), il-manifattur għandu jittestja l-prodott fil-kombinazzjon ireġjonali li l-aktar taqbel mal-kapaċitajiet tad-disinn tal-prodott u jinnota dan il-fatt fuq il-folja tar-rapport tat-test.

    (23)  Fn Enerġija vera hija definita bħala (volts) × (amps) × (fattur ta' enerġija) u hija tipikament irrapportata bħala watts. Enerġija apparenti hija definita bħala (volts) × (amps) u hija normalment espressa f'termini ta' VA jew volt-amps. Il-fattur ta' enerġija għal apparat bi provvisti ta' enerġija li tinxtegħel huwa dejjem anqas minn 1,0, għalhekk l-enerġija reali hija dejjem anqas mill-enerġija apparenti. Somom akkumulati ta’ kejl ta’ l-enerġija, kejl ta’ l-enerġija fuq perjodu ta' żmien, eċċ., jeħtieġu jiġu bbażati wkoll fuq kejl ta' enerġija reali.

    (24)  Fn IEC 62301 – Tagħmir Elettriku tad-Dar– Kejl ta’ l-Elettriku Standby. 2005.

    (25)  Il-karatteristiċi ta' meters approvati huma meħudin minn IEC 62301 Ed 1.0: Il-Kejl tal-Qawwa Elettrika Standby

    (26)  Fuq magni li jaħdmu bil-Windows, ħafna minn din l-informazzjoni tista' tinstab billi tisselektja t-tieqa: Start/Programs/Accessories/System Tools/System Information.

    (27)  Fuq magni li jaħdmu bil-Windows, din tista' tinstab billi tisselektja t-tieqa li ġejja: Start/Programs/Accessories/System Tools/System Information.

    (28)  Meters li jkunu ta' grad ta' laboratorju u għandhom il-funzjonjiet kollha jistgħu jintegraw il-valuri tul perijodu ta' ħin u jirrapportaw il-valur medju awtomatikament. Meters oħrajn ikunu jeħtieġu li l-utent jaqbad serje ta' valuri li jinbidlu kull 5 sekondi għal perijodu ta' ħames minuti u mbagħad jaħdem il-medja manwalment.


    Top