This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0765
2006/765/EC: Commission Decision of 6 November 2006 repealing certain implementing acts concerning food hygiene and health conditions for the production and placing on the market of certain products of animal origin intended for human consumption (notified under document number C(2006) 5175) (Text with EEA relevance)
2006/765/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta' Novembru 2006 li tirrevoka ċerti atti ta' implimentazzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel u r-regoli sanitarji li jmexxu l-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem (innotifikata taħt id-dokument numru C(2006) 5175) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
2006/765/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta' Novembru 2006 li tirrevoka ċerti atti ta' implimentazzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel u r-regoli sanitarji li jmexxu l-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem (innotifikata taħt id-dokument numru C(2006) 5175) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 320, 18.11.2006, pp. 50–52
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
In force
|
18.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
50 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-6 ta' Novembru 2006
li tirrevoka ċerti atti ta' implimentazzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel u r-regoli sanitarji li jmexxu l-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem
(innotifikata taħt id-dokument numru C(2006) 5175)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2006/765/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jiffissa r-regoli speċifiċi ta' l-iġjene applikabbli għall-oġġetti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jiffissa r-regoli speċifiċi ta' organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali li jikkonċernaw il-prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-regoli sanitarji u ta' politika sanitarja li jmexxu l-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali huma ffissati fir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 rigward l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel (3), (KE) Nru 853/2004 u (KE) Nru 854/2004. ; |
|
(2) |
Id-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) irrevokat ċerti direttivi li għandhom x'jaqsmu ma' l-iġjene ta' l-oġġetti ta' l-ikel u r-regoli sanitarji li jmexxu l-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum tal-bniedem u barra minn hekk speċifikat li l-miżuri ta' implimentazzjoni meħudha fuq il-bażi ta' dawn it-testijiet li jibqgħu fis-seħħ sakemm ma jinbidlux b'test ieħor. Minħabba raġunijiet ta' sigurtà ġuridika, jintħieġ li tinbeda revoka formali tal-miżuri ta' implimentazzjoni li ġew mibdula effettivament b'mod partikolari bl-atti li ġejjin:
|
|
(3) |
Ir-Regolamenti msemmija hawn fuq daħlu fis-seħħ fil-11 ta' Jannar 2006; |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/371/KE ta' l-20 ta' Ġunju 1994 li tistabbilixxi ċerti kondizzjonijiet sanitarji speċifiċi dwar it-tqegħid fuq is-suq ta' ċerti tipi ta' bajd (8) ġiet adottata mill-Kunsill wara l-opinjoni sfavorevoli tal-Kumitat veterinarju. Madankollu, il-Kummissjoni żżomm il-ħila ta' twettiq tagħha; |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:
Artikolu 1
Id-Direttivi u d-Deċiżjonijiet li ġejjin ġew irrevokati fil-11 ta' Jannar 2006:
|
1. |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 83/201/KEE tat-12 ta' April 1983 li tistabbilixxi d-derogi tad-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE għal ċerti prodotti li jkollhom oġġetti ta' l-ikel oħra u persentaġġ żgħir biss ta' laħam jew prodott tal-laħam (9). |
|
2. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 84/371/KEE tat-3 ta Lulju 1984 li tistabbilixxi l-karatteristiċi tal-marka speċjali għal-laħam frisk imsemmi fl-Artikolu 5(a) tad-Direttiva 64/433/KEE (10). |
|
3. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 87/260/KEE tat-28 ta April 1987 li tagħti (11) deroga lill-Olanda u tiffissa l-kondizzjonijiet ekwivalenti tas-saħħa li għandhom ikunu rrispettati għat-tqattigħ ta' laħam frisk (12). |
|
4. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 87/266/KEE tat-8 ta' Mejju 1987 li tirrikonoxxi li l-iskema ta' l-eżami mediku ta' l-impjegati mibgħuta mill-Olanda toffri garanziji ekwivalenti (13). |
|
5. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 87/562/KEE ta' l-24 ta' Novembru 1987 li tagħti deroga lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ekwivalenti tas-saħħa li għandhom ikunu rrispettati rigward it-tqattigħ ta' laħam frisk (14). |
|
6. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 88/235/KEE tas-7 ta' Marzu 1998 li tagħti deroga lid-Danimarka u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa ekwivalenti li għandhom jiġu rrispettati fil-każ tat-tqattigħ tal-laħam frisk (15). |
|
7. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 88/363/KEE tat-13 ta' Ġunju 1988 li tikkonċedi deroga lir-Renju Unit u tiffissa l-kondizzjonijiet tas-saħħa ekwivalenti li jridu jiġu rrispettati rigward it-tqattigħ tal-laħam frisk (16). |
|
8. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/30/KEE ta' l-10 ta' Jannar 1990 li tagħti deroga lil Spanja u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ekwivalenti tas-saħħa li għandhom ikunu rrispettati rigward it-tqattigħ ta' laħam frisk (17). |
|
9. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/31/KEE ta' l-10 ta' Jannar 1990 li tagħti deroga lil Franza u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ekwivalenti tas-saħħa li għandhom ikunu rrispettati għat-tqattigħ tal-laħam frisk (18) . |
|
10. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/469/KEE tal-5 ta' Settembru 1990li tagħti deroga lill-Italja u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ekwivalenti tas-saħħa li għandhom ikunu rrispettati dwar it-tqattigħ tal-laħam frisk (19). |
|
11. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/514/KEE tal-25 ta' Settembru 1990 li tagħraf li l-iskema ta' l-eżami mediku tal-persunal ippreżentata mid-Danimarka toffri garanziji ekwivalenti (20) . |
|
12. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/92/KEE tat-9 ta' Jannar 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet ta' tagħmir u strutturi taċ-ċentri ta' kunsinna u ta' purifikazzjoni tal-molluski bivalvi ħajjin, tista' tkun suġġetta għal derogi (21). |
|
13. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/140/KEE tad-19 ta' Jannar 1993 li tippreskrivi regoli dettaljati rigward l-ispezzjoni viżiva għall-iskop tas-sejbien ta' parassiti fil-prodotti tas-sajd (22). |
|
14. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/14/KE tal-21 ta' Diċembru 1993 li tistabbilixxi lista ta' stabbilimenti tal-Komunità li lilhom tingħata deroga temporanja u limitata għar-regoli Komunitarji tas-saħħa speċifiċi għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam frisk (23). |
|
15. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/92/KE tas-17 ta' Frar 1994 rigward l-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għat-tħaddim tal-laboratorju Komunitarju ta' referenza għall-bijotossini ta' l-ibħra (Laboratorio del Ministerio de Sanidad y Consumo, Vigo, Spanja) (24). |
|
16. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/356/KE ta' l-20 ta' Mejju 1994 li tniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE, rigward kontrolli proprji tas-saħħa fuq prodotti tas-sajd (25). |
|
17. |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/371/KE ta' l-20 ta' Ġunju 1994 li tistabbilixxi ċerti kondizzjonijiet sanitarji speċifiċi dwar it-tqegħid fuq is-suq ta' ċerti tipi ta' bajd (26). |
|
18. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/383/KE tat-3 ta' Ġunju 1994 dwar il-kriterji li għandhom ikunu applikati lill-istabbilimenti li jimmanifatturaw prodotti tal-laħam mingħajr ma jkollhom struttura industrijali jew kapaċità ta' produzzjoni industrijali (27). |
|
19. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 Diċembru 1994 li tippreskrivi l-kondizzjonijiet speċjali għall-approvazzjoni ta' ċentri għat-tgeżwir mill-ġdid imsemmija fid-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE u regoli għall-marketing tal-prodotti minnhom (28) . |
|
20. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/149/KE tat-8 ta' Marzu 1995 li tiffissa l-limiti tal-valuri tat-total tan-nitroġenu volatili bażiku (TVB-N) għal ċerti kategoriji ta' prodotti tas-sajd u li tispeċifika l-metodi ta' l-analiżi li għandhom jintużaw (29). |
|
21. |
Id-Deciżjoni tal-Kummissjoni 95/165/KE ta' l-4 ta' Mejju 1995 li tistabbilixxi kriterji uniformi għall-għoti ta' derogazzjonijiet lil ċerti stabbilimenti li jimmanifatturaw prodotti magħmula mill-ħalib (30). |
|
22. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/536/KE tad-29 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi l-lista ta' prodotti magħmula mill-ħalib li għalihom l-Istati Membri huma awtorizzati biex jagħtu derogi individwali jew ġenerali skond l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 92/46/KEE u t-tip ta' derogi li japplikaw għall-manifattura ta' dawk il-prodotti (31). |
|
23. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/658/KE tat-13 ta' Novembru 1996 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet speċjali sabiex jiġu approvati l-istabbilimenti lokati fis-swieq tal-bejgħ bl-ingrossa (32). |
|
24. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/470/KE tad-9 ta' Lulju 1998 li timplementa d-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE f'dak li jirrigwardja l-informazzjoni dwar il-verifiki veterinarji (33). |
|
25. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/471/KE tat-8 ta' Ġunju, 2001 li tistabbilixxi regoli għall-kontroll regolari fuq l-iġjene ġenerali miżmuma mill-operaturi ta' stabbilimenti skond id-Direttiva 64/433/KEE dwar il-kundizzjonijiet sanitarji għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' laħam frisk u d-Direttiva 71/118/EEC fuq problemi li jolqtu l-problemi sanitarji għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambju ta' laħam frisk ta' tajr domestiku (34). |
|
26. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/225/KE tal-15 ta' Marzu 2002 li twaqqaf regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/492/KEE rigward il-limiti massimi u l-metodi ta' analiżi ta' ċerti bijotossini marini f'molluski b'żewġ valvoli, ekinodermi, tunikati u gasteropodi marini (35). |
|
27. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/477/KE ta' l-20 ta' Ġunju, 2002, li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta' saħħa pubblika għal-laħam frisk u laħam frisk tat-tjur importati minn pajjiżi terzi, u li temenda d-Deċiżjoni 94/984/KE (36). |
|
28. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/380/KE tat-22 ta' Mejju 2003 li tagħti lill-Iżvezja deroga mid-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ekwivalenti tas-saħħa li għandhom ikunu rrispettati fir-rigward tat-tqattigħ ta' laħam frisk (37). |
|
29. |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/774/KE tat-30 ta' Ottubru 2003 li tapprova ċerti trattamenti biex timpedixxi l-iżvilupp ta' mikro-organiżmi patoġeniċi f'molluski bivalvi u gastropodi marini (38). |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar is-6 ta' Novembru 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Verżjoni kkoreġurta mill–ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83).
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206. Verżjoni kkoreġurta mill-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1. Verżjoni kkoreġurta mill-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.
(4) ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33. Verżjoni kkoreġuta mill-ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12.
(5) ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1.
(6) ĠU L 338, 22.12.2005, p. 27.
(7) ĠU L 338, 22.12.2005, p. 60.
(8) ĠU L 168, 2.7.1994, p. 34.
(9) ĠU L 112, 28.4.1983, p. 28.
(10) ĠU L 196, 26.7.1984, p. 46.
(11) ĠU L 168, 2.7.1994, p. 34.
(12) ĠU L 123, 12.5.1987, p. 8.
(13) ĠU L 126, 15.5.1987, p. 20.
(14) ĠU L 341, 3.12.1987, p. 35.
(15) ĠU L 105, 26.4.1988, p. 20.
(16) ĠU L 177, 8.7.1988, p. 57.
(17) ĠU L 16, 20.1.1990, p. 35.
(18) ĠU L 16, 20.1.1990, p. 37.
(19) ĠU L 255, 19.9.1990, p. 16.
(20) ĠU L 286, 18.10.1990, p. 29.
(21) ĠU L 34, 11.2.1992, p. 34.
(22) ĠU L 56, 9.3.1993, p. 42.
(23) ĠU L 14, 17.1.1994, p. 1.
(24) ĠU L 46, 18.2.1994, p. 63.
(25) ĠU L 156, 23.6.1994, p. 50.
(26) ĠU L 168, 2.7.1994, p. 34.
(27) ĠU L 174, 8.7.1994, p. 33.
(28) ĠU L 352, 31.12.1994, p. 15.
(29) ĠU L 97, 29.4.1995, p. 84.
(30) ĠU L 108, 13.5.1995, p. 84.
(31) ĠU L 230, 11.9.1996, p. 12.
(32) ĠU L 302, 26.11.1996, p. 22.
(33) ĠU L 208, 24.7.1998, p. 54.
(34) ĠU L 165, 21.6.2001, p. 48.
(35) ĠU L 75, 16.3.2002, p. 62.
(36) ĠU L 164, 22.6.2002, p. 39.