Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0732

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta' Ottubru 2006 li ma tippubblikax ir-referenza ta' l-istandard EN 13683:2003 Tagħmir tal-ġonna – apparat għat-tqattigħ/għall-iċċipjar ( shredders/chippers ) bil-mutur integrat – Sigurtà skond id-Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5060) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 299, 28.10.2006, p. 29–29 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 142M, 5.6.2007, p. 415–415 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/732/oj

    5.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    415


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-27 ta' Ottubru 2006

    li ma tippubblikax ir-referenza ta' l-istandard EN 13683:2003 “Tagħmir tal-ġonna – apparat għat-tqattigħ/għall-iċċipjar (shredders/chippers) bil-mutur integrat – Sigurtà” skond id-Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5060)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2006/732/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-22 ta' Ġunju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-makkinarju (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti stabbilit bl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li jistipula l-proċedura għad-dispożizzjoni ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards tekniċi u r-regolamenti u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà ta' Informazzjoni (2),

    Billi:

    (1)

    Meta standard nazzjonali li jittrasponi standard armonizzat, li r-referenza tiegħu ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, ikopri rekwiżit wieħed jew aktar tas-saħħa u s-sigurtà essenzjali stipulati fl-Anness I tad-Direttiva 98/37/KE, il-makkinarju mibni skond dan l-istandard jitqies li jilħaq ir-rekwiżiti essenzjali kkonċernati.

    (2)

    Skond l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 98/37/KE, il-Ġermanja ppreżentat oġġezzjoni formali fir-rigward ra’ l-istandard EN 13683:2003, adottat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) fit-8 ta' Settmebru 2003, li r-referenza tiegħu għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    (3)

    Wara li vvalutat l-istandard EN 13683:2003, il-Kummissjoni stabbiliet li ma jirnexxilux jilħaq ir-rekwiżiti essenzjali ta' saħħa u sigurtà 1.1.2 (c) (il-prinċipji ta' l-integrazzjoni tas-sigurtà), 1.3.8 (L-għażla tal-protezzjoni kontra r-riskji li għandhom x'jaqsmu mal-partijiet li jiċċaqalqu) u 1.4.1 (ħtiġijiet ġenerali għall-ilqugħ u l-apparat tal-protezzjoni) ta' l-Anness I tad-Direttiva 98/37/KE L-ewwel nett, il-karatteristiċi speċifiċi stipulati fil-klawżoli 5.2.1.1 u 5.2.1.2 ta' l-istandard marbut mat-tneħħija ta' l-aċċess għax-xafra ta' tqattigħ min-naħa tal-makkinarju minn fejn jidħol il-forniment ta' materjal u min-naħa ta' fuq mhumiex biżżejjed sabiex jevitaw kuntatt max-xafra. Huwa possibbli li jitneħħa tqattigħ imblukkat filwaqt li l-makkinarju jkun qiegħed jaħdem u għall-id sabiex tidħol f'kuntatt max-xafra tat-tqattigħ filwaqt li tagħmel din l-azzjoni. It-tieni, il-karatteristiċi speċifiċi stipulati fil-klawżola 5.2.2 ta' l-istandard marbut mat-tneħħija ta' aċċess għax-xafra ta' tqattigħ min-naħa tal-passaġġ ta' emissjoni minn taħt mhumiex biżżejjed. Id-dimensjonijiet tal-passaġġ ta' emissjoni huma tali li id ta' bniedem adult tista' tidħol f'kuntatt max-xafra ta' tqattigħ.

    (4)

    Ir-referenzi ta' l-istandard EN 13683:2003 għandhom għalhekk ma jiġux ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Ir-referenzi ta' l-istandard EN 13683:2003 “Tagħmir tal-ġonna – apparat għat-tqattigħ/għall-iċċipjar bil-mutur integrat – Sigurtà” għandhom għalhekk ma jiġux ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, 27 ta' Ottubru 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Günter VERHEUGEN

    Viċi-President tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 207, 23.7.1998, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 98/79/KE (ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1).

    (2)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.


    Top