EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0725

Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/725/PESK tas- 17 ta’ Ottubru 2006 li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK dwar l-azzjoni ta' appoġġ ċivili-militari ta' l-Unjoni Ewropea lill-missjoni ta' l-Unjoni Afrikana fir-reġjun ta' Darfur fis-Sudan

ĠU L 296, 26.10.2006, p. 24–24 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 118–118 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/725/oj

1.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

118


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2006/725/PESK

tas-17 ta’ Ottubru 2006

li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK dwar l-azzjoni ta' appoġġ ċivili-militari ta' l-Unjoni Ewropea lill-missjoni ta' l-Unjoni Afrikana fir-reġjun ta' Darfur fis-Sudan

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/557/PESK tat-18 ta' Lulju 2005 dwar l-azzjoni ta' appoġġ ċivili-militari ta' l-Unjoni Ewropea lill-missjoni ta' l-Unjoni Afrikana fir-reġjun ta' Darfur fis-Sudan (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 8(1) tiegħu, flimkien ma' l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-11 ta' Lulju 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/486/PESK dwar l-implimentazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/557/PESK dwar l-azzjoni ta' appoġġ ċivili-militari ta' l-Unjoni Ewropea lill-missjoni ta' l-Unjoni Afrikana fir-reġjun tad- Darfur fis-Sudan (2), li estendiet il-komponent ċivili tagħha sal-31 ta' Ottubru 2006.

(2)

Sa meta ssir it-tranżizzjoni tal-missjoni ta' l-Unjoni Afrikana għal operazzjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda (NU) skond ir-Riżoluzzjoni 1706(2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, il-Kunsill, konformement ma' l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2006/486/PESK, iddeċieda, fid-dawl tad-Deċiżjoni tal-Kunsill għall-Paċi u s-Siġurtà ta' l-Unjoni Afrikana fl-20 ta' Settembru 2006, li jkompli l-azzjoni ta' appoġġ ċivili-militari ta' l-Unjoni Ewropea lill-missjoni ta' l-Unjoni Afrikana fir-reġjun ta' Darfur fis-Sudan sal-31 ta' Diċembru 2006.

(3)

Fir-rigward tal-komponent ċivili, il-Kunsill għandu konsegwentement jiddeċiedi dwar il-finanzjament tal-kontinwazzjoni ta' din l-azzjoni ta' appoġġ. Il-finanzjament għandu wkoll, skond il-ħtieġa, ikopri l-infiq għal xi perjodu addizzjonali eventwalment possibbli qabel il-konsenja lin-NU.

(4)

L-azzjoni ta' appoġġ sejra ssir fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiħżien u li tista' tagħmel ħsara lill-objettivi tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   L-ammont finanzjarju ta' referenza maħsub sabiex ikopri l-infiq relatat ma' l-implimentazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/557/PESK mill-1 ta' Novembru 2006 għandu jkun EUR 1 785 000.

2.   L-infiq iffinanzjat mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandu jiġi amministrat skond il-proċeduri u r-regoli tal-Komunità Ewropea applikabbli għall-baġit, bl-eċċezzjoni li kwalunkwe pre-finanzjament m'għandux jibqa' l-proprjetà tal-Komunità. Iċ-ċittadini ta' stati terzi għandhom ikunu permessi jippreżentaw offerti għal kuntratti.

3.   L-infiq għandu jkun eliġibbli mill-1 ta' Novembru 2006.

Artikolu 2

Għandha ssir valutazzjoni tal-miżuri tranżizzjonali meħtieġa wara t-tmiem ta' l-azzjoni ta' appoġġ mill-UE, liema valutazzjoni għandha ssir mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2006.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 17 ta’ Ottubru 2006.

Mill-Kunsill

Il-President

E. TUOMIOJA


(1)  ĠU L 188, 20.7.2005, p. 46.

(2)  ĠU L 192, 13.7.2006, p. 30.


Top