Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0602

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta' Settembru 2006 dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità fil-qerda tal-marda ta' Newcastle fir-Renju Unit fl-2005 (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3918)

ĠU L 246, 8.9.2006, p. 7–8 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 142M, 5.6.2007, p. 38–39 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/602/oj

5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

38


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta' Settembru 2006

dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità fil-qerda tal-marda ta' Newcastle fir-Renju Unit fl-2005

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3918)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(2006/602/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar xi nfiq fil-qasam veterinarju (1) u b'mod partikolari, l-Artikoli 3 u 4 tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex tagħti sehemha fil-qerda tal-marda ta' Newcastle kemm jista' jkun malajr, il-Komunità għandha l-possibilità li tikkontribwixxi finanzjarjament għall-infiq eliġibbli mġarrab mill-Istat Membru, skond il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE.

(2)

Is-sehem finanzjarju tal-Komunità fir-rigward tal-miżuri ta' emerġenza fil-ġlieda kontra l-marda ta' Newcastle huwa soġġett għar-regoli stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 349/2005 tal-Kummissjoni tat-28 ta' Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli dwar il-finanzjament tal-Komunità ta' miżuri ta' emerġenza u tal-ġlieda kontra ċertu mard tal-bhejjem fil-mira tad-Deċiżjoni 90/424/KEE tal-Kunsill (2).

(3)

It-tifqigħat tal-marda ta' Newcastle tfaċċaw fir-Renju Unit fl-2005. Il-feġġ ta' din il-marda fih riskju serju għall-bhejjem tal-Komunità.

(4)

Fil-15 ta' Diċembru 2005, ir-Renju Unit bagħat l-aħħar stima ġenerali ta' l-ispejjeż imġarrba bil-ħsieb li tinqered il-marda.

(5)

L-awtoritajiet Ingliżi ssodisfaw bis-sħiħ l-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħhom kif stipulat fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(6)

Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandu jkun suġġett għall-kundizzjoni li l-azzjonijiet ippjanati fil-fatt twettqu u li l-awtoritajiet jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa fiż-żmien stipulat.

(7)

Il-miżuri stipulati b'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għotja ta' kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lir-Renju Unit

1.   Ir-Renju Unit jista' jikseb kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-ispejjeż imġarrba fir-rigward tal-miżuri ta' emerġenza fil-ġlieda kontra l-marda ta' Newcastle fl-2005.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità tirrappreżenta 50 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-fond tal-Komunità. Titħallas skond il-kondizzjonijiet ipprovvduti fir-Regolament (KE) Nru 349/2005.

Artikolu 2

Id-Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit.

Magħmul fi Brussell, nhar is-6 ta' Settembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224 ta' 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/53/KE (ĠU L 29 tat-2.2.2006, p. 37).

(2)  ĠU L 55 ta' 1.3.2005, p. 12.


Top