EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0402

2006/402/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta’ Frar 2006 li tistabbilixxi l-pjan ta’ ħidma għall-ekotikketta tal-Komunità Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 162, 14.6.2006, p. 78–90 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 306M, 15.11.2008, p. 483–495 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/402/oj

15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

483


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Frar 2006

li tistabbilixxi l-pjan ta’ ħidma għall-ekotikketta tal-Komunità

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2006/402/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-trattat li stabbilixxa l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta għall-għoti ta’ l-ekotikketta tal-Komunità (1), u, b’mod partikolari, l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jipprovdi li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjan ta’ ħidma għall-ekotikketta tal-Komunità.

(2)

Il-pjan ta’ ħidma għandu jinkludi strateġija għall-iżvilupp ta’ l-iskema, li jispjega l-għanijet għat-titjib ambjentali u l-penetrazzjoni tas-suq, elenku mhux eżawrjenti tal-gruppi ta’ prodotti li għandhom jitqiesu bħala prijorità għal azzjoni mill-Komunità, u pjanijiet għall-koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-iskema tal-Komunità u skemi oħrajn ta’ għoti ta’ tikketti ekoloġiċi fl-Istati Membri.

(3)

Barra minn hekk, il-pjan ta’ ħidma għandu jipprovdi miżuri għall-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija u jinkludi l-pjanijiet għall-finanzjament ta’ l-iskema.

(4)

Il-pjan ta’ ħidma rivedut għandu jiġi abbozzat fuq il-bażi ta’ l-esperjenza miksuba matul l-implimentazzjoni ta’ l-ewwel pjan ta’ ħidma għall-ekotikketta tal-Komunità (2).

(5)

Il-pjan ta’ ħidma għandu jiġi rivedut perjodikament.

(6)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat maħtur skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pjan ta’ ħidma rivedut għall-ekotikketta tal-Komunità għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2007, kif spjegat fl-Anness, huwa adottat.

Artikolu 2

Għandu jingħata bidu għal reviżjoni tal-pjan ta’ ħidma qabel il-31 ta’ Diċembru 2007.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lejn l-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Frar 2006.

Għall-Kunsill

Stravros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 7, 11.1.2002, p. 28.


ANNESS

PJAN TA’ ĦIDMA GĦALL-EKOTIKKETTA TAL-KOMUNITÀ

INTRODUZZJONI

L-ekotikketta tal-Komunità ġiet introdotta fl-1992 biex tinkoraġġixxi lin-negozju jiżviluppa oġġetti u servizzi b’inqas impatt ambjentali matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom u biex tipprovdi lill-konsumatur b’tagħrif aħjar dwar dawn il-prodotti.

I-iskema ta’ l-ekotikketta tal-Komunità tagħmel parti minn strateġija aktar wiesgħa mmirata lejn il-promozzjoni ta’ produzzjoni u konsum sostenibbli. Dan il-għan jista’ jintlaħaq fil-kuntest ta’ “qafas ta’ politika dwar il-prodotti orjentata lejn ċiklu ta’ ħajja integrat” kif indikat fis-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali (is-6EAP). L-għanijiet ewlenin huma li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni u li tinkiser ir-rabta bejn il-pressjoni fuq l-ambjent u t-tkabbir ekonomiku, b’ħidma fil-qafas ta' l-Istrateġija ta' Lisbona ta' l-Unjoni Ewropea dwar it-Tiġdid Ekonomiku u Soċjali (2000) (1) u l-Istrateġija għal Żviliupp Sostenibbli (Gothenburg, 2001) (2).

Aktar speċifikament, il-Komunikazzjoni dwar il-Politika Integrata dwar il-Prodott (3) (IPP) tipproponi strateġija ġdida biex issaħħaħ u tiffoka mill-ġdid il-politika ambjentali relatata mal-prodotti u tiżviluppa s-suq għal prodotti aktar ambjentali (ħodor). L-ekotikketta tal-Komunità hija waħda mill-għodod li jgħinu biex jintlaħaq dan il-għan. Fi ħdan l-Iskema ta’ l-ekotikketta hemm ammont konsiderevoli ta’ tagħrif u għarfien espert fuq il-politika dwar il-prodotti bbazat fuq il-kunċett taċ-ċiklu tal-ħajja li għandu jkun disponibbli għal dawk kollha li għandhom interess u huma involuti fl-iżvilupp ulterjuri tal-metodu ta’ Politika Integrata dwar il-Prodotti.

Fil-qafas taċ-ċaqlieq lejn konsum u produzzjoni sostenibbli, id-Direttivi ġodda dwar il-kuntratti pubbliċi (4) li jintegraw kunsiderazzjonijiet ambjentali fil-kuntratti pubbliċi u l-Manwal dwar il-Kuntratti Pubbliċi Ambjentali ppubblikat dan l-aħħar joħolqu opportunitajiet ġodda għall-ekotikketta tal-Komunità. Waqt li min joħroġ kuntratti pubbliċi jista' ma jitlobx, speċifikament, prodotti u servizzi li jkollhom l-ekotikketta tal-Komunità fis-sejħiet għall-offerti, id-Direttivi l-ġodda joffru l-possibilità li jintużaw kriterji stabbiliti mill-iskema jew ekwivalenti meta jistabbilixxu rekwiżiti ambjentali bbażati fuq ir-rendiment jew funzjonali. Dan għandu jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet pubbliċi biex jieħdu deċiżjoni politika biex il-kuntratti tagħhom ikunu aktar ambjentali permezz ta’ l-ekotikketta tal-Komunità u l-kriterji tagħha jew skemi ekwivalenti oħrajn, li jipprovdu bażi soda ta’ tagħrif dwar il-prodott.

L-ekotikketta tal-Komunità tirrelata wkoll ma’ varjetà wiesgħa ta’ strumenti mmirati lejn produzzjoni aktar nadifa, żvilupp u użu ta’ teknoloġiji ambjentali. L-istrutturi, proċeduri u għarfien tagħha huma rikonoxxuti bħala punt tat-tluq qawwi għall-iddisinjar tal-miżuri ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva proposta dwar id-disinn ekoloġiku tal-Prodotti li jużaw l-enerġija. Qasam prijoritarju ta’ l-attivitajiet tal-Pjan ta’ Azzjoni għat-Teknoloġiji Ambjentali (ETAP). jiġifieri l-iddisinjar u l-implimentazzjoni ta’ miri ta’ rendiment, jinkludi l-esplorazzjoni tar-relazzjoni bejn il-kunċett ta’ miri ta’ rendiment u r-rendiment ambjentali ta’ l-oġġetti u s-servizzi indirizzati minn inizjattivi ta’ l-UE bħall-ekotikketta tal-Komunità.

It-tkabbir, b’10-il Stat Membru ġdid f’Mejju ta’ l-2004, ħoloq kundizzjonijiet ġodda għall-iżvilupp ta’ l-ekotikketta tal-Komunità u għall-kontribut fil-qasam tal-komunikazzjoni ambjentali u t-tkabbir ta’ l-għarfien. Tikketta ċara magħrufa ma’ l-Ewropa kollha, bħall-Fjura, tagħmilha ħafna aktar faċli biex il-konsumaturi jixtru oġġetti aktar “ħodor”, waqt li tgħinhom ukoll biex jifhmu t-tikketti tat-Tip I.

Skemi ta’ l-ittikkettjar ambjentali ddisinjati sew u bbażati fuq is-suq jibqgħu attraenti għall-konsumaturi minħabba l-effett immedjat u s-sempliċità u għaliex jiżguraw tagħrif aħjar u aktar aċċessibbli dwar l-ambjent għaċ-ċittadini. Huma wkoll favorevoli għan-negozju billi jagħtu vantaġġ lill-prodott u joffru vantaġġi fil-kummerċjalizzazzjoni fil-punt tal-bejgħ, jekk jiġu żviluppati flimkien mal-manifatturi u l-ispiża għall-intrapriża tkun raġonevoli.

Huwa ċar li l-ekotikketta tal-Komunità għadha ma laħqitx penetrazzjoni sodisfaċenti tas-suq. Issa hija f’qagħda aħjar minn qabel, b’gamma ta’ prodotti li dejjem tikber (inklużi kemm oġġetti kif ukoll servizzi) u b’applikazzjonijiet ġodda jaslu b’mod regolari, iżda huwa ċar li l-iskema trid tiġi riveduta biex tilħaq sew il-miri oriġinali u, b’mod partikolari, l-adozzjoni attiva mill-komunità kummerċjali. Fid-dawl tar-reviżjoni ta’ l-Iskema ta’ l-ekotikketta tal-Komunità, qed isir studju ta’ valutazzjoni li janalizza l-effikaċja ġenerali tagħha fit-tnaqqis ta’ l-impatti negattivi fuq l-ambjent. Il-kontribut ta’ l-iskema għall-konsum u produzzjoni sostenibbli għandhom jiġu valutati u jsiru proposti kif, permezz tar-reviżjoni tagħha, tkun iffaċċjata l-aħjar l-isfida tal-promozzjoni ta’ l-iżvilupp sostenibli fl-Ewropa, kif ukoll kif issir aktar attraenti għall-operaturi ekonomiċi u, b’mod partikolari, għall-SMEs (ażjendi żgħar u ta’ daqs medju). Dan il-pjan ta’ ħidma għandu jappoġġja bis-sħiħ il-valutazzjoni u r-reviżjoni ta’ l-iskema waqt li ma jippreġudika bl-ebda mod il-possibbiltà li jsir xi tibdil fl-Iskema ta’ l-ekotikketta meta r-Regolament jiġi rivedut.

L-għan fundamentali ta’ dan il-pjan ta’ ħidma rivedut, għalhekk, huwa li jibni fuq il-lezzjonjiet u l-esperjenza miksuba mit-tħaddim ta’ l-iskema ta’ l-ekotikketta u li jistabbilixxi l-programm ta’ ħidma għat-tliet snin li ġejjin b’dawn il-miri:

Li l-ekotikketta tal-Komunità ssir strument aktar ta’ suċċess u effettiv għat-titjib tal-kwalitajiet ambjentali ta’ l-oġġetti u s-servizzi.

Li l-pjan ta’ ħidma rivedut jiffoka wkoll fuq appoġġ għall-valutazzjoni ta’ l-Iskema ta’ l-ekotikketta li għaddejja bħalissa għar-reviżjoni li ser issir dalwaqt tar-Regolament.

Li titkompla l-kontribuzzjoni biex il-konsum isir aktar sostenibbli, u għall-għanijet tal-politika stabbilita permezz ta’ l-Istrateġija tal-Komunità għal Żvilupp Sostenibbli u s-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali.

Li jsir l-aktar użu effettiv mir-riżorsi allokati lill-iskema mill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Bord ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Ittikkettjar Ekoloġiku (EUEB) (5).

STRATEGIJA GĦALL-IŻVILUPP TA’ L-ISKEMA

2005-2007

1.   Politika u strateġija għar-reviżjoni tar-Regolament dwar l-ekotikketta

L-ekotikketta tal-Komunità qegħda kontinwament tiżviluppa u taddatta l-politika u l-istrateġija tagħha f’termini ta’ żmien twal. Trid tiġi integrata sew mad-diskussjonijiet u x-xogħol li għaddejjin għall-implimentazzjoni tal-Komunikat ta’ l-UE dwar il-Politika Integrata dwar il-Prodott u wkoll ma' strumenti leġiżlattivi oħrajn fi stadju ta’ żvilupp, bħad-Direttiva proposta dwar l-Iddisinjar Ekoloġiku tal-Prodotti li jużaw l-Enerġija (EuP), id-Direttiva Qafas 92/75/KEE dwar l-apparat domestiku u d-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Istilla ta’ l-Enerġija għat-tagħmir ta’ l-uffiċċju, l-implimentazzjoni ta’ l-ETAP, is-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali u l-Istrateġija tal-Komunità għal Żvilupp Sostenibbli. L-ekotikketta tal-Komunità trid issegwi wkoll mill-qrib l-iżviluppi aktar wiesgħin fl-ittikkettjar ekoloġiku tal-prodotti, kif ukoll it-tikketti dwar l-etika, il-kwalità u s-saħħa, billi tiżgura wkoll l-involviment xieraq tad-diversi kumitati xjentifiċi sabiex ikun hemm aktar titjib fil-bażi xjentifika tal-kriterji ekoloġiċi. Ta’ importanza ugwali huma l-iżviluppi fil-qasam tas-Sistemi ta’ Ġestjoni Ambjentali, b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-Iskema Komunitarja ta’ Ġestjoni u Awditjar Ambjentali (EMAS).

Sabiex id-diversi diskussjonijiet u flussi ta’ tagħrif relatati jiġu ġestiti b’mod aktar effettiv, kemm fi ħdan l-iskema kif ukoll fir-rigward ta’ forums esterni, u biex jippreparaw u jmexxu d-dibattitu dwar il-futur ta’ l-Iskema, inħatar Grupp attiv għall-Ġestjoni tal-Politika fi ħdan l-ewwel pjan ta’ ħidma ta’ l-ekotikketta. Dan ta kontribut siewi ħafna għall-politika u l-istrateġija futuri ta’ l-Iskema billi indirizza l-kwistjoni ta’ l-integrazzjoni ma’ politiki ambjentali oħrajn, sinerġiji ma' strumenti ta’ tagħrif oħrajn u firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet ta' politika fuq termini ta' żmien twal. Identifika b’mod ċar l-isfidi ewlenin li l-Iskema qed tiffaċċja fil-mument u ta kontribut għad-diskussjoni bl-iżvilupp ta’ varjetà ta’ ideat dwar il-valutazzjoni u r-reviżjoni ta’ l-Iskema. Dawn l-ideat għandhom jagħmlu parti mid-diskussjoni dwar it-reviżjoni ta’ l-Iskema fejn laqgħat li jinvolvu lil dawk li għandhom interess għandhom jingħataw prijorità.

Għan

Għandha tkun prijorità għall-EUEB, l-Istati Membri u l-Kummissjoni li jiżviluppaw u jaddattaw l-istrateġija u l-politika fuq termini ta’ zmien twal ta’ l-Iskema ta’ l-ekotikketta fid-dawl tar-reviżjoni tar-Regolament li għandha ssir. Għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-integrazzjoni ta’ l-ekotikketta fid-diversi żviluppi ta’ politika li qegħdin iseħħu fir-rigward tal-konsum sostenibbli (bħall-IPP, l-EuP, il-Kuntratti Pubbliċi “Ħodor”, aktar tikkettjar, tnaqqis fir-taxxi għall-prodotti “ħodor”, ETAP, eċċ.).

Azzjonijiet

L-EUEB, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaraw li tkun prijorità li dan jidħol fil-valutazzjoni u r-reviżjoni ta' l-Iskema ta’ l-ekotikketta sabiex jgħin fl-iżvilupp u l-addattament tal-politika u l-istrateġija tagħha fuq termini ta' żmien twal. Dan il-kontribut għandu jieħu l-forma ta’ laqgħat dedikati, investigazzjonijiet u l-mobilizzazzjoni ta’ għarfien espert wara l-pubblikazzjoni tar-riżultat ta' l-istudju.

2.   Għanijiet għat-titjib ambjentali u l-penetrazzjoni tas-suq.

L-għanijiet għat-titjib ambjentali u l-penetrazzjoni tas-suq għandhom jiġu stabbiliti fid-dawl tar-reviżjoni ta’ l-iskema. Għandhom ikunu mmirati, b’mod partikolari:

(a)

biex iwessgħu n-numru ta’ swieq potenzjalment miftuħin għall-prodotti bl-ekotikketta billi jespandu b’mod progressiv il-firxa ta’ gruppi ta’ prodotti bl-ekotikketta u jagħmluha aktar attraenti għall-manifatturi;

(b)

biex, fi ħdan kull wieħed minn dawn is-swieq/gruppi ta’ prodotti, ikun hemm żieda sinifikanti fil-viżibilità ta’ l-ekotikketta (jiġifieri n-numru ta' prodotti fis-suq bl-ekotikketta);

(c)

biex jikkunsidraw l-benefiċċju ambjentali ġenerali ta’ l-iskema u l-kontribut tagħha biex il-konsum isir aktar sostenibbli;

(d)

biex jibnu aktar fuq is-sinerġiji potenzjali bejn l-ekotikketta tal-Komunità u l-EMAS.

(a)   Żviluppi tal-gruppi tal-prodotti

Fil-mument, ġew addottati kriterji għal 23 grupp ta' prodotti: tissue paper, magni tal-ħasil tal-platti, materjali li jtejbu l-ħamrija, saqqijiet tas-sodod, żebgħat u verniċ għal ġewwa, xedd tas-saqajn, prodotti tat-tessuti, kumpjuters personali, deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ, deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti, karti tal-kopji, bozoz tad-dawl, kompjuters li jinġarru, friġis, magni tal-ħasil, materjali tat-tindif ġenerali u sanitarji, deterġenti għall-ħasil ta’ l-idejn, settijiet tat-televixin, kisjiet ta’ l-art iebsin, vacuum cleaners, servizzi ta' akkomodazzjoni għat-turisti, servizz ta' sit għall-ikkampjar, u lubrifikanti.

Varjetà ta’ kundizzjonijiet iridu jiġu sodisfatti sabiex grupp ta’ prodotti jiġi kunsidrat bħala prijorità għall-ekotikketta tal-Komunità. L-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, b'mod partikolari, jindika xi rekwiżiti ewlenin dwar l-idonjetà għall-ittikkettjar ekoloġiku. Il-prodott irid ikun sinifikanti f’termini tas-suq intern u jkun jinbiegħ għal konsum jew użu finali. Irid ikun jinvolvi impatti ambjentali sinifikanti li jistgħu jiġu effettwati b’mod pożittiv mill-għażla tal-konsumatur, u l-manifatturi u l-bejjiegħa bl-imnut iridu jkunu lesti li jaċċettaw l-ekotikketta fuq il-prodotti tagħhom.

Fuq il-bażi ta’ lista tal-punti għall-iċċekkjar ipprovdut mill-ewwel pjan ta' ħidma, sar studju fuq il-prijorità (6) u l-elenku ta' gruppi ta' prodotti prijorizzati li rrizulta mill-istudju jidher fl-Anness 1. Fid-dawl tar-reviżjoni, l-EUEB u l-Istati Membri għandhom ikomplu jiżviluppaw il-metodoloġija tal-prijoritizzazzjoni tal-gruppi ta’ prodotti fuq il-bażi ta’ l-istudju u skond ir-rakkomandazzjonijiet għal aktar xogħol u titjib ippubblikati fir-riżultati ta’ l-istudju. Għandhom jestendu wkoll il-valutazzjoni tal-benefiċċji ambjentali u l-perspettivi tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ gruppi ta’ prodotti kandidati. Ir-rekwiżiti speċjali għall-valutazzjoni tal-grad ta’ prijorità tas-servizzi jrid jiġi analizzat aktar.

Il-metodoloġija mtejba għandha tipprovdi mod oġġettiv għall-prijoritizzazzjoni tal-gruppi ta’ prodotti fil-każ ta' l-oġġetti jew is-servizzi. Għandha tqis ukoll jekk oġġett jew servizz partikolari għandux xi rbit ċar mal-gruppi ta’ prodotti eżistenti.

Għandu jinħatar ġrupp ta’ ġestjoni ad hoc biex jispeċifika b’mod oġġettiv u trasparenti liema għandhom ikunu l-gruppi ta’ prodotti bl-ogħla prijorità.

Ix-xogħol li jsir fuq l-iżvilupp ta’ grupp ta’ prodotti m’għandux jippreġudika, madankollu, il-possibilità li jsiru xi bidliet fil-mod ta’ kif jiġu ttrattati l-gruppi ta’ prodotti fir-reviżjoni ta’ l-Iskema ta’ l-ekotikketta.

Għanijiet

Fid-dawl tar-reviżjoni ta’ l-iskema, jistabbilixxi sett ta’ gruppi ta’ prodotti li jiffurmaw gamma ta’ prodotti kompleta u maniġġabbli biżżejjed biex tħajjar lill-bejjiegħa bl-imnut, il-manifatturi, inklużi l-SMEs u l-konsumatur.

Jagħmel l-aħjar użu tar-riżorsi allokati għall-iżvilupp tal-gruppi ta’ prodotti billi jiffoka l-attenzjoni fuq dawk il-gruppi ta’ prodotti li huma l-aktar idonji għall-ekotikketta tal-Komunità.

Fi żmien ħames snin, in-numri ta' gruppi ta’ prodotti stabbiliti għandu jiżdied b’bejn 30 u 35.

Azzjonijiet

Il-lista tal-gruppi ta’ prodotti bi prijorità għandha tiġi aġġornata b’mod regolari, wara konsultazzjoni mal-EUEB. Fl-okkażjoni tar-reviżjoni ta’ kull grupp ta’ prodotti, il-prijorità għandha tiġi valutata mill-ġdid mill-EUEB.

Fid-dawl ta' l-istudju dwar il-prijorità li sar matul il-pjan ta’ ħidma preċedenti, il-Korpi Kompetenti u l-EUEB għandhom ikomplu jtejbu l-metodoloġija tal-prijoritizzazzjoni, b’mod partikolari billi jfittxu li jiżviluppaw aġġustament xieraq tal-‘mistoqsijiet dwar il-prijoritizzazzjoni' fl-istudju. Fost fatturi oħrajn, dan għandu jqis ukoll is-suċċess jew il-falliment ta’ gruppi ta’ prodotti stabbiliti, il-benefiċċji ambjentali li jinkisbu mill-gruppi ta’ prodotti kandidati u r-rekwiżiti speċjali għall-valutar tal-grad ta’ prijoritŕ tas-servizzi, fid-dawl tar-riżultati u l-orjentazzjonijiet li jirriżultaw mill-valutazzjoni li għaddejja ta’ l-iskema.

Il-Kummissjoni, l-EUEB u l-Istati Membri għandhom, b’żieda mat-twettiq tar-reviżjonijiet meħtieġa, jimmiraw biex jistabbilixxu żewġ gruppi ta’ prodotti ġodda kull sena. Il-perjodu ta' validità tal-kriterji ta' grupp ta' prodotti għandu, b'mod ġenerali, jkun ta' erba' jew ħames snin (għalkemm dan il-perjodu jista’ jiġi addattat każ b’każ).

Għandu jiġi stabbilit grupp ta’ ġestjoni ta’ l-EUEB “ad hoc” li jiltaqa’ darba fis-sena sabiex jirrikmanda liema huma l-gruppi ta’ prodotti bl-ogħla prijorità u jagħti pariri dwar skeda għar-reviżjoni tal-gruppi. Dan il-grupp għandu jistabbilixxi wkoll metodoloġija għad-definizzjoni ta’ l-urġenza tar-reviżjoni tal-kriterji bbażata fuq l-iżviluppi tekniċi fl-oqsma rilevanti.

L-iżvilupp ta’ grupp ta’ prodotti ġodda m’għandux jippreġudika, madankollu, il-bżonn li jiġu allokati ħin u riżorsi għall-proċess tar-reviżjoni ta’ l-Iskema ta’ l-ekotikketta.

(b)   Penetrazzjoni tas-suq, viżibilità u għarfien mill-konsumatur

Hemm erba’ parametri għall-kejl tal-viżibilità ta’ l-ekotikketta:

kumpaniji: in-numru ta’ kumpaniji li jingħataw l-ekotikketta

prodotti: in-numru ta’ prodotti li fuqhom il-kumpaniji ngħataw l-ekotikketta

oġġetti: in-numru ta’ oġġetti minn dawn il-prodotti kummerċjalizzazti bl-ekotikketta

valur: il-valur tal-bejgħ mill-fabbrika ta’ dawn l-oġġetti

Fil-preżent (Mejju 2005) hemm aktar minn 250 kumpanija li jagħmlu użu mill-ekotikketta tal-Komunità (meta mqabbel ma’ 87 f’Awwissu ta’ l-2001), fuq diversi mijiet tal-prodotti tagħhom. It-tessuti, iż-żebgħat u l-verniċ ta’ ġewwa u s-servizzi ta' l-akkomodazzjoni tat-turisti huma l-aktar gruppi ta’ prodotti li rnexxew f’termini tan-numru ta’ applikanti. Id-distribuzzjoni ta’ dawk li għandhom l-ekotikketta tal-Komunità u l-prodotti tagħhom fiż-Żona Ekonomika Ewropea għadha mhix ibbilanċjata ħafna iżda tindika kopertura tal-prodotti ħafna aħjar u aktar ibbilinċjata meta mqabbla mal-passat.

In-numru ta' oġġetti bl-ekotikketta tal-Komunità li nbiegħu fl-2004 huwa stmat li kien madwar 400 miljun (meta mqabbel ma’ 54 miljun fl-2001), b’valur ta’ bejgħ mill-fabbrika stmat ta’ madwar 700 miljun Euro, imqabbel ma’ 114-il miljun Euro fl-2001.

F’termini ta’ penetrazzjoni tas-suq attwali, il-prodotti bl-ekotikketta tal-Komunità għadhom, madankollu, insinifikanti u għadhom ilaħħqu ħafna inqas minn 1 % tas-suq totali għad-diversi gruppi ta’ prodotti.

L-oġġettiv ewlieni ta’ l-iskema għandu jkun it-titjib sinifikanti f’kemm hija attraenti għall-partijiet ekonomiċi kif ukoll li żżid b’mod konsiderevoli n-numru tal-prodotti bit-tikketta sabiex l-ekotikketta ssir aktar viżibbli fis-suq u jiżdied l-impatt ambjentali tagħha. Fl-istess waqt, għandha timmira biex issaħħah din il-viżibilità b’mod kontinwu biex tersaq lejn il-penetrazzjoni potenzjali sħiħa tas-suq mill-ekotikketta, li ġeneralment tkun bejn 5 % u 25 % tas-suq ġenerali (skond il-grupp ta’ prodotti kkonċernat u s-selettività tal-kriterji ta’ l-ekotikketta relatati miegħu).

F’dan ir-rigward, l-Korpi Kompetenti dwar l-ekotikketta għandhom ikomplu jidentifikaw gruppi ta’ prodotti fil-mira f’kull Stat Membru. Strateġija integrata għall-kummerċjalizzazzjoni tista’ ttejjeb b’mod sinifikanti l-orjentazzjoni tal-konsumatur u kemm tkun attraenti, kif ġie ppruvat mill-Ġimgħa tal-Fjura Ewropea f’Ottubru ta’ l-2004.

L-esperjenza miksuba tindika li n-naħa tal-talba trid tiġi kkunsidrata b’mod aktar proattiv u li l-esperjenza riċenti tal-Ġimgħa tal-Fjura Ewropea ta’ l-2004 tindika li strateġija kombinata ta’ provvista/talba tista’ tagħmel differenza.

Huwa importanti ħafna li jkun hemm promozzjoni ta’ l-Għarfien ta’ l-ekotikketta tal-Komunità fl-Istati Membri kollha u li l-kumpaniji jiġu motivati biex japplikaw għaliha u li jkun hemm enfażi fuq il-benefiċċju prattiċi li jistgħu jiksbu minnha.

Il-ħtieġa ta’ metodoloġija komuni għall-servejs tal-konsumatur irriżultat mix-xogħol tal-grupp ta’ ġestjoni tal-kummerċjalizzazzjoni matul l-implimentazzjoni ta’ l-ewwel pjan ta’ ħidma. Is-servejs iridu jitwettqu biex jimmonitorjaw il-grad ta’ rikonoxximent u biex isegwu l-iżvilupp ta’ l-għarfien mill-konsumatur. Ikun importanti li jkun hemm promozzjoni tar-rikonoxximent ta’ l-ekotikketta tal-Komunità fl-Istati Membri kollha u, fl-istess waqt, skambju ta’ l-esperjenzi fl-implimentazzjoni ta’ l-ekotikketta bejn Stati Membri “qodma” u “ġodda”.

Il-Kummissjoni qiegħda tipprepara serje ta’ fuljetti, li jispjegaw l-għanijiet u t-tifsira ta’ l-ekotikketta għal gruppi ta’ prodotti speċifiċi, li għandhom jakkumpanjaw il-prodotti bl-ekotikketta meta jinbiegħu lill-konsumatur. Ġew żviluppati wkoll varjetà ta’ fuljetti maħsuba biex jipprovdu lill-produtturi u l-bejjiegħa bl-imnut b’tagħrif dwar il-kriterji ewlenin tal-grupp ta’ prodotti (ġenerali, prodotti tat-tessuti, xedd tas-saqajn, deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ, żebgħa u verniċ). Dan il-materjal għandu jitjieb aktar u jitqassam b’mod sistematiku mill-membri ta’ l-EUEB.

Sabiex isir l-aħjar użu mir-riżorsi tal-kummerċjalizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-produtturi bil-għan li jorganiżżaw kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni fil-pajjiżi tagħhom.

Għanijiet

Żieda ta’ mill-inqas 50 % fis-sena tal-valur u/jew in-numru ta’ oġġetti bl-ekotikketta.

Qabel it-tmiem tal-pjan ta’ ħidma, jintlaħaq livell minimu ta’ viżibilità fl-Istati Membri kollha, inkluża l-metodoloġija dwar kif titkejjel b’mod effettiv f’termini ta’ spejjeż.

Il-manifatturi u l-bejjiegħa bl-imnut għandhom ikunu konxji ta’ l-ekotikketta tal-Komunità u, fuq termini ta’ żmien twal, aktar minn nofs il-konsumaturi Ewropej għandhom jagħrfu l-ekotikketta tal-Komunità bħala tikketta ta’ eċċellenza ambjentali.

Azzjonijiet

Qabel it-tmiem ta’ l-ewwel sena ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan ta’ ħidma, il-ġrupp tal-Ġestjoni tal-Kummerċjalizzazzjoni, bl-għajnuna ta’ l-Istati Membri, għandu jagħmel rakkomandazzjonjiet dwar kif jitkejlu “il-penetrazzjoni tas-suq, il-viżibilità u l-għarfien tal-konsumatur” u fuq x'għandhom ikunu l-livelli mixtieqa ta' tali għarfien, meta titqies l-esperjenza miksuba mill-kampanja tal-Fjura Ewropea ta' l-2004.

L-EUEB għandu jtejjeb il-mekkaniżmi ta’ rappurtaġġ diġà stabbiliti sabiex jinħolqu statistiċi annwali għall-monitoraġġ ta’ din il-penetrazzjoni tas-suq għall-gruppi ta’ prodotti differenti.

L-EUEB, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jippromwovu l-ekotikketta tal-Komunità biex jilħqu l-miri miftiehma. B’mod partikolari, il-bejjiegħa bl-imnut u l-uffiċjali inkarigati minn kuntratti governattivi (are hawn taħt) għandhom ikunu fil-mira. Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu rappurtati (u jkun hemm skambju ta’ tagħrif dwarhom) matul il-laqgħat ta’ l-EUEB li jinżammu mill-inqas darba fis-sena. B’mod parallel, għandu jinkiseb u jiġi kkunsidrat tagħrif minn dawk li għandhom interess b’mod sistematiku.

Għal dan il-għan kull Stat Membru għandu jiżviluppa strateġija tal-kummerċjalizzazzjoni li għandha tinkludi l-attivitjiet rilevanti skond il-prijorità.

Għandhom jinbnew allejanzi mal-partijiet interessati (inklużi l-NGOs, produtturi, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u bejjiegħa bl-imnut) kif jaqbel, sabiex jiżdied l-għarfien ta’ l-iskema f’dawn l-organizzazzjonijiet u jinkoraġġixxu l-kummerċjalizzazzjoni tal-Fjura fin-netwerk tal-kuntatti tagħhom.

L-EUEB, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jippromwovu l-iskambju ta’ l-esperjenzi fl-implimentazzjoni ta’ l-ekotikketta bejn l-Istati Membri “qodma” u “ġodda”, per eżempju permezz ta' sessjonijiet ta’ struzzjoni organizzati.

Ara wkoll azzjonijiet promozzjonali konġunti (Artikli 4b u 5)

(c)   Benefiċċji ambjentali

L-għan ġenerali ta’ l-ekotikketta huwa li tippromwovi prodotti li għandhom il-potenzjal li jnaqqsu l-impatti ambjentali negattivi, fuq il-bażi ta’ evidenza xjentifika u skond l-Artikolu 1(4) tar-Regolament dwar l-ekotikketta (Regolament (KE) Nru 1980/2000), meta mqabbla ma' prodotti oħrajn ta' l-istess grupp, u b'hekk tikkontribwixxi għall-użu effiċjenti tar-riżorsi u livell għoli ta' ħarsien ta' l-ambjent. B’dan tgħin biex il-konsum isir aktar sostenibbli, u biex l-għanijiet tal-politika stabbiliti permezz ta’ l-Istrateġija tal-Komunità għal Żvilupp Sostenibbli (per eżempju fil-qasam tal-bidla fil-klima, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u l-ekotossiċità), is-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali u l-Komunikat dwar il-Politika Integrata dwar il-Prodotti.

Studji u rapporti preċedenti indikaw li huwa diffiċli li jiġu valutati l-benefiċċji ambjentali speċifiċi tat-Tikketti Ekoloġiċi minħabba d-diffikultà biex jiġu iżolati minn benefiċċji ambjentali li jirriżultaw minn miżuri ambjentali oħrajn u mkejla. Billi l-benefiċċji diretti jirrigwardaw it-tfaddil ambjentali li jista’ jinkiseb jekk ikun hemm żieda fis-sehem tas-suq tal-prodotti bl-ekotikketta, il-benefiċċji indiretti jistgħu jqisu l-effetti pożittivi oħrajn li l-ekotikketta kellha, u jista’ jkollha, fil-futur. L-istudju dwar il-Benefiċċji Diretti u Indiretti ta’ l-ekotikketta tal-Komunità li tlesta dan l-aħħar juri li, b’żieda ta’ 20 % ta’ użu fis-suq, l-ekotikketta tal-Komunità tista’ tikseb iffrankar sinifikanti permezz tal-benefiċċji indiretti, billi taħdem potenzjalment bħala wieħed mill-istrumenti aktar effettivi f’termini ta’ spejjeż għat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tas-CO2 meta mqabbel ma’ basket ta’ politiki u attivitajiet programmati oħrajn.

Il-kuntratti pubbliċi jagħmlu madwar 16 % (7) tal-PGD ta’ l-UE u x-xerrejja tal-kumpaniji u organizzazzjonijiet governattivi u mhux governattivi oħrajn għandhom jiġu mħajra b'mod aktar sistematiku biex jużaw kriterji ta’ l-ekotikketta jew simili fis-sejħiet tagħhom għall-offerti. Il-manwal ippubblikat reċentament dwar Kuntratti Pubbliċi Ambjentali jagħmel kontribut sinifikanti f’din id-direzzjoni.

L-għarfien tax-xerrejja, madankollu, għadu mhux kbir biżżejjed biex ikollu effett sinifikanti fuq is-suq. B’hekk, għan speċifiku wieħed għandu jkun li jkun hemm żieda fit-talba speċifika mix-xerrejja għal prodotti “ħodor” fit-tliet snin li ġejjin. Għandhom jiġu mistħarrġa mizuri li jżidu tali talba.

Għanijiet

Li jikber il-konsum sostenibbli, u jissaħħu l-għanijet tal-politika stabbiliti permezz ta’ l-Istrateġija tal-Komunità għal Żvilupp Sostenibbli, is-Sitt Programm ta’ Azzjoni Ambjentali u l-Komunikat dwar l-IPP.

L-Uffiċjali inkarigati minn Kuntratti Pubbliċi għandhom ikunu mgħarrfa malajr kemm jista’ jkun dwar il-possibilitajiet ta’ l-użu tal-kriterji dwar l-ekotikketta tal-Komunità, jew ekwivalenti, fis-sejħiet għall-offerti tagħhom.

Azzjonijiet

L-EUEB għandu jkompli jaħdem biex jistma l-benefiċċji ambjentali diretti u indiretti ta’ l-ekotikketta fl-intier tagħha. Il-benefiċċji potenżjali għandhom jiġu stmati wkoll fir-rigward tal-kriterji kollha ġodda jew riveduti tal-gruppi ta’ prodotti.

L-EUEB, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lill-pubbliku u l-uffiċjali inkarigati minn kuntratti privati dwar l-opportunitajiet ta’ l-użu tal-kriterji dwar l-ekotikketta tal-Komunità, jew ekwivalenti, fis-sejħiet għall-offerti tagħhom.

(d)   Sinerġiji bejn l-ekotikketta tal-Komunità u l-EMAS

Ir-rwoli kumplimentari u ta’ appoġġ reċiproku ta’ l-ekotikketta tal-Komunità u l-EMAS għandhom jiġu analizzati u msaħħa sal-livell ta’ sħubija reali fid-dawl tar-reviżjoni taż-żewġ skemi. Il-kooperazzjoni mill-qrib u għarfien ċar ta' kif ikunu ser jaħdmu flimkien huwa essenzjali biex ikun żgurat is-suċċess taż-żewġ skemi. Kif intqal fil-pjan ta’ ħidma preċedenti, kumpanija li għandha l-EMAS jew l-ISO 14001 hija ovvjament waħda li hija ġestita b’mod sistematiku mil-lat ambjentali u kontinwament ittejjeb ir-rendiment ambjentali tagħha aktar mir-rekwiżiti legali minimi. Prodott li jkollu l-ekotikketta tal-Komunità huwa kjarament wieħed mill-aħjar mil-lat ambjentali. Kumpanija li għandha l-EMAS tibbenefika mill-użu tal-kriterji ta’ l-ekotikketta tal-Komunità fil-politika ambjentali tagħha bħala għan ambjentali ċar u pożittiv għall-prodotti tagħha. Miri ċari fir-rigward tar-rendiment ambjentali jistgħu jiġu misluta mill-implimentazzjoni tal-kriterji ta’ l-ekotikketta. Kumpanija li għandha, jew li trid, l-ekotikketta għall-prodotti tagħha tibbenefika mill-użu ta’ l-EMAS għall-ġestjoni u l-manutenzjoni tal-konformità mal-kriterji relatati, waqt li, fl-istess waqt, tibbenefika minn aktar opportunitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni. Skond l-iskema ta’ l-ekotikketta tal-Komunità, sar possibbli li jkun hemm ċertu tnaqqis, per eż. għal kumpaniji ċertifikati mill-EMAS u ISO 14001, SMEs u atturi ewlenin.

3.   Kooperazzjoni, koordinazzjoni u rbit bejn l-iskema ta’ l-UE u skemi oħrajn tat-tikketti ekoloġiċi tat-Tip I fl-Istati Membri

Kif intqal fil-pjan ta’ ħidma preċedenti, il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-ekotikketta tal-Komunità u Tikketti Ekoloġiċi oħrajn fl-Istati Membri għandhom isiru, progressivament, aktar sistematiċi u komprensivi. Dan jista’ jżid l-effiċjenza ekonomika ta’ l-iskema u għandu jgħin biex jonqos it-tgħawwiġ potenzjali ta’ l-impatti fuq il-kummerċ. Għal dan il-għan, twaqqaf il-Grupp Permanenti għall-Kooperazzjoni u l-Koordinazzjoni li ltaqgħa xi erba’ darbiet fis-sena.

Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba fl-aħħar tliet snin fil-Grupp għall-Kooperazzjoni u l-Koordinazzjoni, l-għanijiet relatati mal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni għadhom validi. S’issa, il-grupp għadu ma laħaqx il-potenzjal teoretiku tiegħu.

Ir-riżultati pożittivi ewlenin huma kkonċentrati f’żewġ oqsma: inġabar ħafna tagħrif dwar kif jaħdmu l-korpi kompetenti u, bħala konsegwenza ta’ dan, ittieħdu xi azzjonijiet għall-armonizzazzjoni tal-korpi kompetenti diversi. Dan huwa pass importanti ‘l quddiem, billi l-kredibilità tas-sistema titlob li jiġu użati proċeduri omoġeni mill-korpi kompetenti kollha.

Madankollu, jidher ċar li għad hemm ħafna xi jsir fil-qasam tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-ekotikketta tal-Komunità u skemi oħrajn ta’ Tikketti Ekoloġiċi billi livell għoli ta’ kooperazzjoni jitlob livell għoli ta’ impenn mill-partijiet kollha.

Sabiex titjieb din is-sitwazzjoni, ittieħdu diversi azzjonijiet fil-qafas tal-pjan ta’ ħidma preċedenti, bħal kuntatt attiv ma’ l-iskema nazzjonali ta’ ekotikketta biex jiġu mħeġġa li jikkooperaw aktar ma’ l-ekotikketta tal-Komunità. Inizjattivi meħuda mill-Grupp ta’ Ġestjoni għall-Kooperazzjoni u l-Koordinazzjoni jinkludu l-organizzazzjoni ta’ laqgħa bejn l-ekotikketta tal-Komunità u l-presidenti jew rappresentattivi ta’ l-iskemi nazzjonali ta’ Tikketta Ekoloġika kif ukoll l-esplorazzjoni tat-tixbieħ ta’ l-ekotikketta tal-Komunità ma’ tikketti nazzjonali oħrajn fl-involviment u l-verifika ta’ dawk li għandhom interess. Azzjonijiet oħrajn jikkonsistu fl-esplorazzjoni ta’ l-armonizzazzjoni tal-kriterji tal-gruppi ta’ prodotti, b’riżultati inkoraġġanti f’xi Stati Membri, per eż. l-Awstrija. Għadu għaddej xogħol importanti f’dan il-qasam.

Kif intqal fil-pjan ta’ ħidma preċedenti, għandu jkun hemm iffrankar konsiderevoli fir-riżorsi permezz tal-koordinazzjoni aħjar ta’ l-iżviliupp tal-gruppi ta’ prodotti.

Fl-aħħar — iżda mhux l-inqas — it-tkabbir b’10 Stati Membri ġodda introduċa xi Tikketti Ekoloġiċi nazzjonali ġodda, li fetaħ opportunitajiet ġodda għall-kooperazzjoni — kif ukoll sfidi ġodda.

Għan

L-użu tas-sinerġiji bejn l-ekotikketta tal-Komunità u Tikketti Ekoloġiċi oħrajn ta’ l-Istati Membri permezz ta’ żieda progressiva u sistematika fil-kooperazzjoni, il-koordinazzjoni u l-irbit bejniethom, speċifikament fid-dawl tar-reviżjoni ta' l-iskema ta’ l-ekotikketta.

Azzjonijiet

Il-gruppi ta’ ġestjoni tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni għandhom jippreparaw u jimplimentaw strateġija dwar kif jinkoraġġixxi Tikketti Ekoloġiċi tat-Tip I biex ikabbru l-kooperazzjoni u l-irbit ma’ l-ekotikketta tal-Komunità.

(a)   Koordinazzjoni ta’ l-iżviluppi tal-gruppi tal-prodotti

Għandu jkun hemm skambju sistematiku ta’ tagħrif bejn l-ekotikketta tal-Komunità u tikketti ekoloġiċi oħrajn dwar il-gruppi ta’ prodotti eżitenti tagħhom għall-iżvilupp tal-gruppi ta’ prodotti u, meta jkun xieraq, għandhom jikkoordinaw l-isforzi tagħhom billi jgħaqqdu r-riżorsi, l-għarfien espert u r-riżultati. Dan għandu jwassal għal iffrankar reċiproku, kjarifika tar-rwoli rispettivi tad-diversi skemi u għandu jiffaċilita l-armonizzazzjoni (f'każijiet fejn tikketti simili jkollhom għanijiet simili). Il-korpi kollha involuti għandhom jaħdmu biex jiżviluppaw l-ideat tagħhom dwar kif l-ekotikketta tal-Komunitŕ u tikketti oħrajn jistgħu jaħdmu flimkien fuq termini ta' żmien twal fid-dawl tar-reviżjoni imminenti tar-Regolament dwar l-ekotikketta tal-Komunità.

Dan sar matul il-pjan ta’ ħidma preċedenti (per eżempju fil-każ tan-“Nordic Swan” u s-“Stichting Milieukeur”) iżda l-kooperazzjoni ma kienitx sistematika u hemm bżonn ta’ sforzi akbar biex jintlaħaq livell minimu ta' armonizzazzjoni. L-isforzi ta’ kooperazzjoni bejn l-ekotikketta tal-Komunità u l-iskemi nazzjonali issa għandhom jiffokaw fuq l-oqsma tal-prijoritizzazzjoni ta’ l-iżvilupp tal-gruppi ta’ prodotti, il-konverġenza, it-tkabbir ta’ l-għarfien fir-rigward ta’ bżonnijiet speċifiċi fuq livell nazzjonali — kollha fir-rigward tal-provvediment ta’ input għar-reviżjoni tar-Regolament dwar l-ekotikketta tal-Komunità.

Sabiex il-proċess ta’ koordinazzjoni jkun aktar ċar u sistematiku, il-pożizzjoni ta’ l-Istati Membri dwar l-istrateġija ta’ l-iskemi nazzjonali rilevanti għandha tkun expliċita fil-bidu ta’ l-iżvilupp jew ir-reviżjoni tal-grupp ta’ prodotti. B’mod partikolari, meta l-kriterji ta’ l-ekotikketta tal-Komunità tkun diġà teżisti għal grupp ta’ prodotti u l-Istat Membru jiddeċiedi b’mod indipendenti li jiżviluppa kriterji ġodda għat-tikketta nazzjonali tiegħu, ir-raġunar wara x-xogħol ta’ l-iżvilupp tal-kriterji u l-kundizzjonijiet speċifiċi nazzjonali li jagħmluh neċessarju għandhom jiġu diskussi ma’ l-EUEB.

Għan

Żieda progressiva fil-koordinazzjoni ta’ l-iżviliupp tal-gruppi ta' prodotti fid-diversi skemi ta' tikketti fl-UE, speċifikament fid-dawl tar-reviżjoni ta' l-iskema ta’ l-ekotikketta.

Azzjonijiet

L-EUEB għandu jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni mat-tikketti nazzjonali fl-Istati Membri sabiex jirrevedi u jikkataloga l-gruppi ta’ prodotti kollha koperti mit-Tikketti Ekoloġiċi fl-UE u jkompli x-xogħol dwar l-istabbiliment u l-aġġornar ta' reġistru ċentrali ta' dawn il-gruppi ta' prodotti u l-kriterji tagħhom. Dan ix-xogħol għandu jintuża biex jiġi kkunsidrat kif ir-reviżjoni tar-Regolament dwar l-ekotikketta tal-Komunità tista’ tikkontribwixxi għal koordinazzjoni aħjar mat-tikketti nazzjonali u internazzjonali.

L-EUEB u tikketti oħrajn fl-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-programmi tax-xogħol tagħhom progressivament u jiskambjaw it-tagħrif b’mod sistematiku.

L-EUEB għandu jqis ukoll ix-xogħol rilevanti li qiegħed jitwettaq man-Netwerk Globali tat-Tikketti Ekoloġiċi (GEN), għal darb’oħra, fid-dawl tar-reviżjoni ta’ l-iskema ta’ l-ekotikketta.

(b)   Azzjonijiet konġunti biex jippromwovu l-iskema ta’ l-ekotikketta tal-Komunità u Tikketti Ekoloġiċi oħrajn fl-Istati Membri, u l-prodotti tagħhombl-ekotikketta, sabiex ikun hemm żieda tal-konoxxenza u l-għarfien tal-konsumatur dwar ir-rwoli komuni u komplimentari ta’ l-iskemi.

Kif intqal fil-pjan ta’ ħidma preċedenti, għandu jingħata tagħrif lid-diversi partijiet li għandhom interess li jispjegaw il-valur ambjentali tad-diversi Tikketti Ekoloġiċi fl-Ewropa, u li jippreżenta d-diversi skemi bħala mhux kompetittivi iżda komplimentari.

Dan jitlob ħafna diskussjoni konġunta bejn l-ekotikketta tal-Komunità u t-tikketti nazzjonali biex jaslu għal għarfien u preżentazzjoni komuni ta’ l-iskemi u ta’ l-għanijiet u rwoli komuni u komplimentari tagħhom.

Għandhom jiġu esplorati aktar il-kampanji promozzjonali konġunti dwar gruppi komuni ta’ prodotti, sit fiq l-internet/dejtabejż komuni, mekkaniżmi ta’ għarfien reċiproku u tariffi addatti b’mod speċjali għall-produtturi li japplikaw għaż-żewġ skemi.

Għan

Studju ta’ eżempji fejn l-ekotikketta tal-Komunità u Tikketti Ekoloġiċi oħrajn fl-Istati Membri huma komplimentari b’mod qawwi, u investigazzjoni ta’ l-azzjonijiet konġunti li jistgħu jittieħdu.

Azzjonijiet

Il-Grupp ta’ Ġestjoni tal-Kooperazzjoni u l-Koordinazzjoni, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u tikketti oħrajn fl-Istati Membri għandhom jiżviluppaw flimkien elenku tar-rwoli u għanijiet komuni tat-tikketti nazzjonali u l-ekotikketta tal-Komunità.

L-EUEB u t-tikketti l-oħrajn fl-Istati Membri għandhom jesploraw il-possibilitajiet ta’ l-iżvilupp fuq l-internet ta’ “ħanut aħdar” konġunt ta’ prodotti bl-ekotikketta (u/jew azzjonijiet relatati). Jekk ikun hemm qbil, għandhom jiġu proposti baġit u skeda għat-twettieq ta’ l-idea.

Il-Kummissjoni, b’konsultazzjoni ma’ l-EUEB, addottat l-istruttura ta’ tariffi ta’ l-ekotikketta tal-Komunità biex toffri skont xieraq lill-applikanti li jixtiequ kemm l-ekotikketta kif ukoll xi waħda jew oħra mit-tikketti l-oħrajn fl-Istati Membri  (8) . It-tikketti l-oħrajn fl-Istati Membri għandhom jiġu mħajra jagħmlu l-istess.

4.   Azzjonijiet konġunti dwar il-promozzjoni

Skema volontarja tista’ tirnexxi u jkollha impatt sinifikanti fuq is-suq biss jekk tipprovdi inċentiv ekonomiku għal min jista’ japplika u tkun appoġġjata minn ammont sostanzjali ta’ attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u promozzjoni. L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) rivedut Nru 1980/2000 isejjaħ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, b’kooperazzjoni mal-membri ta’ l-EUEB, biex jippromwovu l-użu ta’ l-ekotikketta tal-Komunità permezz ta’ azzjonijiet li jżidu l-għarfien u kampanji ta’ tagħrif għall-konsumaturi, il-produtturi, in-negozjanti, il-bejjiegħa bl-imnut u l-pubbliku ġenerali. L-involviment tad-diversi partijiet li għandhom interess u, b’mod partikolari, ta’ dawk li jistgħu jaġixxu bħala “multiplikaturi” (bħas-settur tal-bejgħ bl-imnut u NGOs tal-konsumaturi u ambjentali) huwa ta’ importanza kruċjali.

L-EUEB għandu jkompli jorganizza laqgħat regolari tal-Grupp tal-Ġestjoni tal-Kummerċjalizzazzjoni mill-inqas darbtejn fis-sena, essenzjalment dedikati għall-kummerċjalizzazzjoni, il-promozzjoni u l-iżvilupp strateġiku.

L-użu konġunt tar-riżorsi eżistenti għandu jippermetti l-preparazzjoni ta’ kampanji aktar ambizzjużi dedikati għall-konsumatur bħall-“Ġimgħa tal-Fjura” ta’ Ottubru 2004.

Għan

L-EUEB, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, sa fejn jaqbel, jikkoordinaw l-isforzi ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħhom u jiżviluppaw u jimplimentaw azzjonijiet konġunti.

Azzjonijiet

Il-grupp tal-ġestjoni tal-kummerċjalizzazzjoni għandu jiltaqgħa mill-inqas darbtejn fis-sena sabiex jiddiskuti l-kummerċjalizzazzjoni u l-promozzjoni fir-rigward ta’ l-iżvilupp strateġiku ta’ l-Iskema.

Kif intqal fil-pjan ta’ ħidma preċedenti, l-EUEB, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, b’mod konġunt, jidentifikaw id-diversi gruppi ewlenin fil-mira u jiddefinixxu u jimplimentaw strateġija għal kull wieħed minnhom.

(a)   Attivitajiet ta’ promozzjoni konġunti għat-titjib ta’ l-għarfien tal-partijiet li għandhom interess.

L-oġġettiv ewlieni huwa li l-manifatturi, il-konsumaturi, il-‘multiplikaturi’ (bejjiegħa bl-imnut u NGOs), fil-fatt il-partijiet li għandhom interess kollha, jinżammu infurmati b'mod kontinwu dwar l-ekotikketta tal-Komunità u l-iżvilupp dwarha. Materjal stampat (fuljetti, ġurnali, artikli) kif ukoll sit fuq l-internet huma fost il-mezzi addattati. B’mod parallel, għandu jinkiseb u jiġi kkunsidrat tagħrif minn dawk li għandhom interess b’mod sistematiku.

Gamma kompleta ta’ fuljetti ġiet żviluppata mill-Kummissjoni għad-diversi korpi kompetenti u hija disponibbli b’mod sistematiku għall-partijiet kollha rilevanti li għandhom interess u tiġi aġġornata u mtejba b’mod regolari. Matul l-aħħar tliet snin saru sforzi biex isir użu aħjar mir-riżorsi limitati fl-iżvilupp ta’ fuljetti, ġurnali u materjal tat-tagħrif ieħor u biex jixxerrdu b’mod aktar sistematiku lill-gruppi fil-mira ewlenin.

B’mod simili, is-sit fuq l-internet ta’ l-ekotikketta tal-Komunità (http://europa.eu.int/ecolabel) kien sors effettiv tat-tagħrif rilevanti kollu u ġie aġġornat b’mod regolari. In-numru ta’ viżitaturi kien dejjem jikber u issa jlaħħaq madwar 75 000 fix-xahar. Sabiex tissaħħaħ il-kredibilità u t-trasparenza tagħha, ġie mħeġġeġ input regolari mill-partijiet kollha li għandhom interess, inklużi l-industrija, l-konsumaturi u l-NGOs ambjentali. Huwa importanti li dan ix-xogħol jitkompla u s-sit jiġi żviluppat aktar biex jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu.

Apparti milli jiġu pprovduti l-għodda ta’ tagħrif addattati, huwa importanti wkoll li jiġu kkunsidrati avvenimenti, bħal esibizzjonijiet u fieri, fejn l-ekotikketta tal-Komunità tista’ tiġi ppreżentata lil pubbliku aktar wiesa'. Sa issa ma sar l-ebda analiżi sistematiku li investiga liema esibizzjonijiet jew fieri huma l-aktar addattati biex jippromwovu l-iskema, għalkemm dan sar fuq bażi ad hoc, ġeneralment bħala parti mill-azzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ffokati. Aspett importanti ieħor li ġie mistħarreġ huwa l-possibilità li l-prodotti bl-ekotikketta jintużaw waqt “avvenimenti-mega” bħall-kampjonati tad-dinja, il-Logħob Olimpiku jew festivals, eċċ. Ir-riżultati kienu pożittivi ħafna bħal, per eżempju, matul il-Logħob Olimpiku ta’ l-2004 u l-Logħob Olimpiku tax-Xitwa 2006 fl-Torin.

L-għanijiet u l-miżuri ta’ implimentazzjoni indikati fil-pjan ta’ ħidma preċedenti għandhom jibqgħu validi għall-pjan ta’ ħidma rivedut.

Għan

Jinforma, b’mod kontinwu, lill-partijiet kollha li għandhom interess dwar l-ekotikketta tal-Komunità u l-iżviluppi dwarha. B’mod parallel, għandu jinkiseb u jiġi kkunsidrat tagħrif minn dawk li għandhom interess b’mod sistematiku.

Azzjonijiet

L-EUEB u l-Istati Membri għandhom jaħdmu mal-Kummissjoni mill-qrib sabiex:

jaġġornaw u jtejbu s–sit fuq l-internet l-ekotikketta,

ikomplu jiżviluppaw u jiċċirkolaw il-fuljetti u materjal stampat ieħor li jżid l-għarfien,

jipprovdu lill-partijiet kollha li għandhom interess b’tagħrif li jikkjarifika l-proċeduri, iż-żmien u l-ispejjeż relatati ma’ l-applikazzjoni għall-ekotikketta,

u

jħejju elenku ta’ l-attivitajiet fejn għandha tiġi promossa l-ekotikketta.

L-EUEB għandu jinvestiga għodod ta’ tagħrif komplimentari (dejtabejżiż, linji gwida, eċċ.) biex jiġu pprovduti lill-applikanti.

Il-Korpi Kompetenti flimkien mal-“Helpdesk” għandhom jiġbru t-tagħrif minn kull min ikollu l-liċenzja dwar fejn ikunu jinbiegħu l-prodotti tiegħu.

(b)   Attivitajiet ta’ promozzjoni konġunti għat-titjib ta’ l-għarfien tal-partijiet inkarigati minn kuntratti pubbliċi u privati

Tagħrif għax-xerreja jinsab kemm dwar il-qafas legali (kif xerrej jista’ jinkorpora l-kriterji ta’ l-ekotikketta fis-sejħiet għall-offerti) u kemm dwar ir-rekwiżiti ambjentali bbażati fuq ir-rendiment kif stabbiliti fid-dokumenti tal-kriterji għad-diversi gruppi ta' prodotti. Ir-rwol tas-sit fuq l-internet ta’ l-ekotikketta huwa importanti f’dan ir-rigward. Għandu jiġi żviluppat materjal idonju li jiffaċilita l-użu tal-kriterji ta’ l-ekotikketta tal-Komunità fil-kuntratti pubbliċi, per eżempju listi tal-punti għall-iċċekkjar simplifikati għall-gruppi ta’ prodotti kollha. Għandhom jiġu organizzati laqgħat konġunti bejn l-EUEB u l-uffiċjali inkarigati mill-kuntratti pubbliċi u għandhom jiġu kkunsidrati wkoll kampanji nazzjonali u/jew reġjonali.

Għan

F’termini ta’ żmien qosra, l-Uffiċjali inkarigati minn Kuntratti Pubbliċi għandhom ikunu mgħarrfa dwar il-possibilitajiet ta’ l-użu tal-kriterji dwar l-ekotikketta jew ekwivalenti, fis-sejħiet għall-offerti.

Azzjonijiet

L-EUEB, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, b’kooperazzjoni ma’ l-uffiċjali responsabbli mill-Kuntratti Pubbliċi “Ħodor” fl-amministrazzjoni pubblika, jiżviluppaw strateġija konġunta u serje ta’ azzjonijiet konġunti biex jippromwovu l-użu tal-kriterji ta’ l-ekotikketta tal-Komunità jew ekwivalenti fil-kuntratti pubbliċi jew privati.

L-UEUB, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-aktar distribuzzjoni wiesgħa possibbli tal-manwal għall-uffiċjali responsabbli mill-kuntratti pubbliċi u għandhom jiżviluppaw materjal rilevanti. Għandhom ukoll jorganizzaw seduti ta’ taħriġ u ta’ tagħrif u azzjonijiet rilevanti oħrajn b’kooperazzjoni ma’ l-EMAS. It-tagħrif rilevanti għandu jitqiegħed fuq is-sit fuq l-internet ta’ l-ekotikketta.

(c)   Promozzjoni u appoġġ konġunti għall-SMEs u d-distributuri

Matul l-aħħar tliet snin, il-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-laqgħat ġenerali, iżda wkoll fil-gruppi ta’ ħidma li żviluppaw il-kriterji għad-diversi gruppi ta’ prodotti kienet waħda mill-prijoritajiet ewlenin ta’ l-ekotikketta tal-Komunità. L-SMEs mhux dejjem ikollhom il-mezzi jew it-tagħrif xierqa biex japprezzaw l-opportunitajiet offruti mill-ekotikketta u biex jippreparaw applikazzjoni li tirnexxi. Għandu jkollhom l-assistenza minn netwerks li jinvolvu applikanti oħrajn, gruppi li jkollhom l-istess interess, korpi kompetenti u organizzazzjonijiet rilevanti oħrajn bħal federazzjonijiet tan-negozju jew awtoritajiet reġjonali.

Il-bejjiegħa bl-imnut, bħala l-intermedjarji bejn il-manifatturi u l-konsumaturi, ukoll għandhom rwol ewlieni. Jistgħu, per eżempju, jużaw l-ekotikketta biex itejbu l-immaġni tal-kwalità tal-prodotti bil-marka tagħhom stess, kif ukoll joffru prodotti oħrajn bl-ekotikketta lill-klijenti tagħhom. Għalhekk, l-iżvilupp ta’ sħubija strateġika mal-bejjiegħa bl-imnut għandu jingħata prijorità.

Azzjonijiet

L-EUEB għandu jiżviluppa strateġija u azzjonijiet għall-ħolqien ta’ netwerks ta’ appoġġ għall-ekotikketta għall-SMEs.

Il-Korpi Kompetenti ta’ l-EUEB għandhom jiżviluppaw sħubija strateġika mal-bejjiegħa bl-imnut.

5.   Il-finanzjament ippjanat ta’ l-iskema

Minħabba l-involviment ta’ ħafna organizzazzjonijiet, inklużi amministrazzjonijiet pubbliċi (per eżempju, l-Kummissjoni għandha baġit annwali), kien diffiċli li jiġi stabbilit baġit preċiż matul l-aħħar tliet snin.

Ir-rekwiżiti ta’ l-ekotikketta tal-Komunità għandhom żewġ komponenti: ir-riżorsi għall-iżvilupp tal-gruppi ta’ prodotti u dawk għall-kummerċjalizzazzjoni u l-promozzjoni.

Huwa stmat li r-riżorsi allokati għall-Iskema fl-2003 (il-Kummissjoni flimkien ma’ l-Istati Membri), kienu madwar 3,2 miljun Euro (salarji mhux inklużi). Il-fondi miġbura mit-tariffi kienu jlaħħqu madwar 370 000 Euro, li jirrappreżenta madwar 11,5 %. Dan ifisser li kapaċità ta’ l-iskema li tiffinanzja lilha nnifisha huwa ftit aktar minn 10 %, li huwa l-bogħod mill-mira, fuq termini ta’ żmien twal, li tiffinanzja lilha nnifisha.

Ir-riżorsi allokati għall-Iskema kienu adegwati għall-iżvilupp u r-reviżjoni tal-gruppi ta’ prodotti matul it-tliet snin li għaddew. Intużaw b’mod effettiv ħafna. Iż-żieda attwali fin-numru ta’ gruppi ta’ prodotti u ż-żieda konsegwenti fil-kummerċjalizzazzjoni rilevanti għandhom loġikament, iwasslu għal żieda fil-ħtiġijiet ta' finanzi ta' l-Iskema. Il-baġit ta’ l-iskema, għalhekk, irid jiġi analizzat b’konnessjoni ma’ l-istrateġija ġenerali ta’ l-iżvilupp tal-kriterji tal-gruppi ta’ prodotti.

Għan

L-għan fuq termini ta’ żmien twal għandu jkun li l-iskema tiffinanzja lilha nnifisha u għandu jkun hemm għanijiet fuq termini ta’ żmien qosra immonitorjati li jaraw li dan iseħħ.

Azzjonijiet

Qabel it-tmiem tal-validità ta’ dan il-pjan ta’ ħidma, għandu jsir analiżi mill-EUEB sabiex tinħoloq strateġija koerenti u realistika dwar il-possibilità li l-Iskema tiffinanzja lilha nnifisha. Din l-istrateġija għandha tinkludi kejl komuni ta’ l-infieq u d-dħul mill-iskema ta’ l-ekotikketta minn kull Stat Membru u dwar ir-rappurtar assoċjat dwar il-finanzjament.


(1)  COM 2000/7: http://europa.eu.int/growthandjobs/key/index_en.htm.

(2)  COM(2001) 264 finali: http://europa.eu.int/eur-lex/en/com/cnc/2001/com2001_0264en01.pdf.

(3)  COM(2003) 302 finali: http://europa.eu.int/eur-lex/en/com/cnc/2003/com2003_0302en01.pdf.

(4)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1 u 114.

(5)  Nota: Il-Kummissjoni taġixxi bħala s-segretarjat ta’ l-EUEB u tipparteċipa fl-attivitajiet tiegħu kollha.

(6)  AEAT Kunfidenzjali, Prijoritizzazzjoni tal-Gruppi Ġodda tat-Tikketta Ekoloġika, Rapport għall-Kummissjoni Ewropea, DĠ Ambjent, Mejju 2004.

http://europa.eu.int/comm/environment/ecolabel/product/pg_prioritisation_en.htm.

(7)  Ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-effetti ekonomiċi tal-kuntratti pubbliċi “Rapport dwar l-operazzjoni tas-swieq tal-kuntratti pubbliċi fl-UE: benefiċċji mill-applikazzjoni tad-Direttivi ta’ l-UE u sfidi għall-futur”, 3.2.2004

.http://europa.eu.int/comm/internal_market/publicprocurement/docs/public-proc-market-final-report_en.pdf.

(8)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/728/KE ta’ l-10 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi t-tariffi ta’ l-applikazzjoni u l-miżati annwali tat-Tikketta Ekoloġika tal-Komunità (ĠU L 293, 22.11.2000, p. 18). Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/393/KE tat-22 ta’ Mejju 2003 li temenda d-Deċiżjoni 2000/728/KE li tistabbilixxi t-tariffi ta’ l-applikazzjoni u l-miżati annwali tat-Tikketta Ekoloġika tal-Komunità (ĠU L 135, 3.6.2003, p. 31).

Appendiċi 1

Elenku mhux eżewrjenti tal-gruppi ta’ prodotti prijoritarji (*)

Gruppi ta’ prodotti ġodda possibbli:

 

Servizzi tat-trasport tal-passiġġier

 

Ġugarelli u logħob

 

Sistemi tat-tisħin (kmamar)

 

Sistemi tal-bejgħ bl-imnut

 

Basktijiet tax-xiri

 

Oġġetti tat-twaletta

 

Boroż taż-żibel

 

Materjali li jwaħħlu

 

Sistemi għat-tisħin ta’ l-ilma

 

Komponenti tal-kostruzzjoni, inkluż l-iżolament

 

Tajers

 

Apparat ta’ l-elettriku domestiku żgħir

 

Prodotti sanitarji

 

Servizzi tal-ħasil tal-karrozzi

 

Prodotti tal-ġilda inklużi l-ingwanti

 

Servizzi tad-dry cleaning

 

Servizzi tal-bini

 

Apparat li jikkopja

 

Fondi ta’ investiment soċjalment responsabbli

 

Servizzi ta’ tiswija mekkaniċi

 

Għodda tal-mejda

 

Servizzi ta’ konsenja

 

Kundizzjonament ta’ l-arja


(*)  Għandu jiġi enfasizzat li dan mhux eżawrjenti, kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000. F’kull ħin, il-Kummissjoni tista’ tagħti mandat lill-EUEB biex jiżviluppa u jirrevedi perjodikament il-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll ir-rekwiżiti għall-valutar u l-verifika, ta’ xi grupp ta’ prodotti mhux elenkat fl-Appendiċi 1. Dan l-elenku jista’ (għandu) jiġi aġġornat ukoll matul il-perjodu ta’ validità tal-pjan ta’ ħidma rivedut (skond il-proċedura stabbilita mill-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000) u jistgħu jiżdiedu gruppi ta’ prodotti ġodda.


Top