EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0363

Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 15 ta' Mejju 2006 dwar il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fir-rigward ta' l-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar roti għal karozzi tal-passiġġieri u l-karrijiet tagħhom Test b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 294M, 25.10.2006, p. 104–104 (MT)
ĠU L 135, 23.5.2006, p. 11–11 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/363/oj

25.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

104


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Mejju 2006

dwar il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fir-rigward ta' l-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar roti għal karozzi tal-passiġġieri u l-karrijiet tagħhom

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2006/363/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-għan ta' adeżjoni mill-Komunità Ewropea għall-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-adozzjoni ta' rekwiżiti tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu ma' u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku ta' approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn ir-rekwiżiti (“Ftehim ta' l-1958 Rivedut”) (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 4(2), it-tieni inċiż tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (2),

Billi:

(1)

L-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-roti għal karozzi tal-passiġġieri u l-karrijiet tagħhom (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “l-abbozz tar-Regolament”) se jabolixxi x-xkiel tekniku għall-kummerċ fil-vetturi bil-magna bejn il-Partijiet Kontraenti f'dak li għandu x'jaqsam ma' dawn il-komponenti, filwaqt li jiżgura livell għoli ta' sikurezza u ta' protezzjoni ambjentali.

(2)

Huwa xieraq li tiġi ddefinita l-posizzjoni tal-Komunità f'dak li għandu x' jaqsam ma' l- abbozz tar-Regolament.

(3)

L-abbozz tar-Regolament m'għandux jiġi inkorporat fis-sistema tal-Komunità għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-magna, billi jikkonċerna ir-roti għall-bdil,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-abbozz tar-Regolament kif jidher fid-dokument TRANS/WP.29/2005/46 huwa b'dan approvat.

Artikolu 2

Il-Komunità, rappreżentata mill-Kummissjoni, għandha tivvota favur l-abbozz tar-Regolament fil-vot li għandu jseħħ matul laqgħa tal-Kumitat Amministrattiv f'laqgħa li jmiss tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 3

L-abbozz tar-Regolament ma għandux jiġi inkorporat fis-sistema Komunitarja ta' l-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-magna.

Magħmul fi Brussell, nhar il-15 ta' Mejju 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

U. PLASSNIK


(1)  ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.

(2)  Għadu mhux ippublikat fuq il-Ġurnal Uffiċjali.


Top