Elija las funciones experimentales que desea probar

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 32006D0172

Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/172/PESK tas- 27 ta' Frar 2006 li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Kosta ta’ l-Avorju

ĠU L 61, 2.3.2006, p. 21/22 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 270M, 29.9.2006, p. 286/287 (MT)

Estatuto jurídico del documento Ya no está vigente, Fecha de fin de validez: 28/10/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0656

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/172/oj

29.9.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

286


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2006/172/PESK

tas-27 ta' Frar 2006

li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Kosta ta’ l-Avorju

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK tat-13 ta' Diċembru 2004 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha, flimkien ma’ l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Diċembru 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Kosta ta' l-Ivorju sabiex jiġu implimentati l-miżuri imposti mir-Riżoluzzjoni (UNSCR)1572(2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kosta ta' l-Ivorju, hawn aktar 'il quddiem imsemmija “UNSCR 1572 (2004)”.

(2)

Fis-7 ta' Frar 2006, il-Kumitat stabbilit skond bil-paragrafu 14 tal-UNSCR 1572 (2004) approva l-lista ta' individwi soġġetti għall-miżuri imposti mill-paragrafi 9 u 11 tal-UNSC 1572 (2004) u mġedda mill-paragrafu 1 tar-Riżoluzzjoni UNSC 1643 (2005).

(3)

L-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK għandu jiġi kompletat għaldaqstant,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-lista ta' persuni mniżżla fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, nhar is-27 ta' Frar 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

U. PLASSNIK


(1)  ĠU L 368, 15.12.2004, p. 50 kif emendata l-aħħar bil-Pożizzjoni Komuni 2006/30/PESK (ĠU L 19, 24.1.2006, p. 36).


ANNESS

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1

“1.

Kunjom, Isem: BLÉ GOUDÉ, Charles

Funzjoni: Mexxej tas-COJEP (‘Patrijotti Żgħażagħ’)

Data tat-twelid: 01.01.1972

Numru tal-Passaport jew tal-Karta ta' l-Identità: PD. AE/088 DH 12

Nazzjonalità: Ivorjan

2.

Kunjom, Isem: DJUÉ, Eugène Ngoran Kouadio

Data tat-twelid: 20.12.1969 jew 01.01.1966

Nazzjonalità: Ivorjan

3.

Kunjom, Isem: FOFIE, Martin Kouakou

Funzjoni: Kmandant Kap Kaporal tal-Forza l-Ġdida, Settur ta' Korhogo

Data tat-twelid: 01.01.1968

Nazzjonalità: Ivorjan”


Arriba