Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0089

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 10 ta' Frar 2006 li tadotta l-pjan ta' ħidma għall-2006 għall-implimentazzjoni tal-programm ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) inkluż il-programm annwali ta' ħidma għall-għotjiet Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 42, 14.2.2006, p. 29–45 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 157–173 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/89(1)/oj

    8.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    157


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    ta' l-10 ta' Frar 2006

    li tadotta l-pjan ta' ħidma għall-2006 għall-implimentazzjoni tal-programm ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) inkluż il-programm annwali ta' ħidma għall-għotjiet

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2006/89/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 110 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għat-twettiq tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 166 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1786/2002/KE tat-23 ta' Settembru 2002 li tadotta programm ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 8, § 1, tiegħu,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2004/858/KE tal-15 ta' Diċembru 2004 li twaqqaf aġenzija eżekuttiva, l-“Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika”, għall-ġestjoni ta' l-azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika — skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 110 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 jipprovdi li l-għotjiet għandhom ikunu suġġetti għal programm annwali, li għandu jiġi ppubblikat fil-bidu tas-sena.

    (2)

    Skond l-Artikolu 166 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, il-programm ta' ħidma annwali għall-għotjiet għandu jispeċifika l-att bażiku, l-għanijiet, l-iskeda għas-sejħiet għall-proposti bl-ammont indikattiv u r-riżultati mistennija.

    (3)

    Skond l-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Marzu 2005 fuq ir-Regoli Interni dwar it-twettiq tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (is-sezzjoni tal-Kummissjoni), id-deċiżjoni li tadotta l-programm ta' ħidma annwali msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju tista' tiġi kkunsidrata bħala d-deċiżjoni tal-finanzjament fis-sens ta' l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju, kemm-il darba din tikkostitwixxi qafas dettaljat biżżejjed.

    (4)

    L-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE jipprovdi għall-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' pjan ta' ħidma annwali għat-twettiq tal-programm, li jistabbilixxi l-prijoritajiet u l-azzjonijiet li għandhom jitwettqu, inkluża l-allokazzjoni tar-riżorsi.

    (5)

    Il-pjan ta' ħidma għall-2006 għandu għalhekk jiġi adottat.

    (6)

    Il-miżuri previsti minn din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni maħruġa mill-Kumitat tal-Programm.

    (7)

    Skond l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2004/858/KE tal-15 ta' Diċembru 2004, l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa Pubblika għandha tirċievi għotja mdaħħla fil-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea.

    TIDDEĊIEDI:

    Artikolu Uniku

    Il-pjan ta' ħidma ta' l-2006 għat-twettiq tal-programm ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008), kif stabbilit fl-Anness I, huwa adottat.

    Id-Direttur Ġenerali għall-“Protezzjoni tas-Saħħa u tal-Konsumatur” għandu jiżgura t-twettiq ta' dan il-programm.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Frar 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markus KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (2)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.

    (3)  ĠU L 271, 9.10.2002, p. 1.

    (4)  ĠU L 369, 16.12.2004, p. 73.


    ANNESS

    L-AZZJONI KOMUNITARJA FIL-QASAM TAS-SAĦĦA PUBBLIKA

    (2003-2008)

    IL-PJAN TA' ĦIDMA 2006

    1.   IL-KUNTEST ĠENERALI

    1.1.   Il-kuntest legali u ta' politika

    L-Artikolu 152, § 1, tat-Trattat jgħid li għandu jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa umana fid-definizzjoni u t-twettiq tal-politika kollha tal-Komunità.

    Fit-23 ta' Settembru 2002, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw Deċiżjoni li tistabbilixxi programm ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) (1) (minn hawn 'il quddiem id-“Deċiżjoni tal-Programm”).

    L-għan prinċipali fl-ewwel tliet snin tal-programm kien jikkonsisti fil-bini tal-pedamenti għal approċċ komprensiv u koerenti, billi jkun hemm konċentrazzjoni fuq tliet prijoritajiet ewlenin: l-informazzjoni dwar is-saħħa, it-theddidiet għas-saħħa u d-determinanti tas-saħħa. Flimkien, it-tliet linji ħadmu biex jikkontribwixxu għal livell għoli ta' saħħa u benesseri fiżiċi u mentali fl-UE kollha. L-azzjonijiet taħt il-programm ġew maħsuba biex joħolqu mekkaniżmi awtosostenibbli li jippermettu lill-Istati Membri jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom marbutin mas-saħħa.

    B'riżultat ta' dan, aktar minn 200 proġett diġà ntgħażlu għall-finanzjament (2), ħaġa li toħloq bażi solida għal aktar azzjonijiet. L-analiżi tat-twettiq tal-pjani ta' ħidma mill-2003 sa l-2005 wasslet għat-tiswir ta' attivitajiet fl-2006 biex jiġi żgurat li jintlaqtu oqsma li ma ġewx ittrattati qabel. Sinerġija u komplimentarjetà se jkunu segwiti bix-xogħol imwettaq mill-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa, bħalma huma l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), il-Kunsill ta' l-Ewropa u l-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni Ekonomika (OECD). Il-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet bħal dawn se tkun imsaħħa aktar fl-2006.

    1.2.   Il-prijoritajiet il-ġodda għall-2006

    Ġew identifikati prijoritajiet ġodda fil-programm ta' ħidma 2006, fuq il-bażi tal-prijoritajiet diġà msemmija fil-programmi ta' ħidma ta' qabel. Il-prijoritajiet għall-2006 għandhom jerġgħu jiffokaw fuq ċerti azzjonijiet prinċipali li diġà nbdew u li jkopru wkoll oqsma ġodda kif ġej:

    (1)

    Għall-informazzjoni dwar is-saħħa:

    Punt fokali ġdid: L-Indikaturi tas-Saħħa (ECHI) fuq livell reġjonali, it-tkomplija tad-database tal-Korrimenti, il-Portal Ewropew tas-Saħħa Pubblika;

    Prijoritajiet ġodda: problemi tas-saħħa speċifiċi għas-sessi; gruppi ta' pazjenti b'mard rari u netwerks ta' ċentri Ewropej ta' riferenza.

    (2)

    Għat-theddidiet għas-saħħa:

    Prijorità ġdida: tħejjija u tweġiba għall-pandemija ta' l-influwenza;

    Punt fokali ġdid: il-ġestjoni tar-riskju ta' theddidiet għas-saħħa, issa li ċ-Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard (3) beda jaħdem u qed jieħu f'idejh ix-xogħol ta' l-evalwazzjoni tar-riskju tat-theddidiet għas-saħħa.

    (3)

    Għad-determinanti tas-saħħa:

    Iffukar ġdid fuq in-nutrizzjoni, l-HIV/AIDS, regoli kontra t-tipjip, it-tnaqqis tal-ħsara mill-użu tad-droga partikolarment fost iż-żgħażagħ;

    Prijoritajiet tal-presidenzi ġodda ta' l-UE: ir-Renju Unit (l-inugwaljanzi), l-Awstrija (id-dijabete) (4), u l-Finlandja (is-saħħa fil-politika kollha).

    1.3.   Il-mekkaniżmi tal-kooperazzjoni ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali

    Skond l-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni tal-Programm (1), il-kooperazzjoni ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fl-isfera tas-saħħa pubblika għandha tiġi inkoraġġita matul it-twettiq tal-programm.

    Il-kooperazzjoni mad-WHO

    Il-kooperazzjoni mad-WHO tiġi mwettqa b'konformità ma':

    “Il-ftehim bejn in-Nazzjonijiet Uniti u l-Komunità Ewropea fuq il-prinċipji li japplikaw għall-finanzjament jew il-ko-finanzjament mill-Komunità tal-programmi u l-proġetti amministrati min-Nazzjonijiet Uniti” li daħal fis-seħħ fid-9 ta' Awissu 1999, u l-Ftehim tal-Klawsola tal-Verifika bejn il-Komunità Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1995, kif emendat;

    l-iskambju ta' korrispondenza bejn id-WHO u l-Kummissjoni Ewropea li jikkonċernaw il-konsolidazzjoni u l-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni (inkluż il-memorandum dwar il-qafas u l-arranġamenti għall-kooperazzjoni bejn id-WHO u l-Kummissjoni Ewropea li jifforma parti mill-iskambju ta' ittri) (5).

    L-assistenza finanzjarja mill-Kummissjoni Ewropea għall-attivitajiet imwettqa mid-WHO għandha, kemm-il darba ma jiġix miftiehem xort'oħra f'ċirkostanzi eċċezzjonali, tingħata skond il-Ftehim tal-Qafas Finanzjarju u Amministrattiv bejn il-Komunità Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti, li daħal fis-seħħ fid-29 ta' April 2003 (adeżjoni mid-WHO fil-11 ta' Diċembru 2003).

    Il-kooperazzjoni mad-WHO għall-2006 se tkompli tibni fuq l-inizjattivi eżistenti bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet u tista' tiġi estiża għal oqsma oħra stabbiliti f'dan il-programm ta' ħidma fejn dawn jistgħu b'mod aktar xieraq jitmexxew permezz tad-WHO. L-oqsma ta' kooperazzjoni għandhom jiġu stabbiliti f'Deċiżjoni speċifika tal-Kummissjoni.

    Il-kooperazzjoni ma' l-OECD

    Il-ftehimiet għall-għotjiet diretti konklużi mill-Kummissjoni Ewropea ma' l-OECD huma maħsuba li jkopru oqsma tal-Programm tas-Saħħa Pubblika kompatibbli mal-Pjan ta' Ħidma għas-Saħħa Pubblika ta' l-OECD 2005-2006 speċjalment dawk relatati ma':

    l-irfinar u l-appoġġ għall-iżvilupp tas-Sistema tal-Kontabilità tas-Saħħa fl-oqsma u l-ġbir ta' l-informazzjoni li mhix koperta mill-Programm Statistiku tal-Komunità (6), b'mod partikolari l-ispejjeż tas-saħħa skond il-kategoriji tal-mard, is-sess u l-età (f'dan ta' l-aħħar għandhom jiġu kkonsidrati l-istudji preliminari eżistenti);

    kwistjonijiet relatati mal-mobilità ta' professjonisti tas-saħħa fuq livell internazzjonali li m'humiex koperti mill-azzjonijiet eżistenti ta' l-UE.

    Il-kooperazzjoni ma' l-ECDC

    Fl-2006, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) se jkun beda jaħdem. Il-kollaborazzjoni operattiva se tkompli u se tiġi msaħħa. Fil-qasam tal-mard li jittieħed, ir-responsabbiltajiet tiegħu jinkludu l-evalwazzjoni tar-riskju, l-għoti ta' pariri xjentifiċi u tekniċi, kontroll tal-mard li jittieħed, il-kooperazzjoni bejn il-laboratorji u l-bini tal-kapaċità. Bil-kapaċità xjentifika tiegħu, l-ECDC jsostni direttament lill-Kummissjoni u l-Istati Membri. Dan jippermetti lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkonċentraw aktar fuq il-ġestjoni tar-riskju. Il-mandat ta' l-attivitajiet ta' l-ECDC huwa rifless ukoll f'dan il-programm ta' ħidma. Fil-qasam tal-prijorità “Tweġiba rapida u b'mod koordinat għat-theddidiet għas-saħħa (sezzjoni 2.2)”, il-proġetti se jiffokaw fuq suġġetti komplementari għall-azzjoni ta' l-ECDC: il-ġestjoni ta' theddidiet speċifiċi, l-ippjanar ta' tħejjija ġenerali, is-sikurezza tas-saħħa, u s-sikurezza ta' sustanzi ta' oriġini umana.

    1.4.   L-allokazzjoni tar-riżorsi

    1.4.1.   Il-punti prinċipali tal-baġit

    L-azzjonijiet skond dan il-programm għandhom jikkontribwixxu għal livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u jtejbu s-saħħa pubblika. Il-finanzjament jista' jiġi allokat permezz ta' għotjiet għall-proġetti. Il-Kummissjoni tista' tagħti b'kuntratt wara l-proċeduri ta' kuntratti pubbliċi (offerti) it-twettiq ta' l-azzjonijiet tal-Komunità fl-oqsma li hemm f'dan il-programm ta' ħidma. Dan il-pjan ta' ħidma jagħti idea ġenerali ta' l-azzjonijiet li se jitniedu fl-2006.

    Il-linja tal-baġit għall-krediti operattivi hija 17 03 01 01 — Is-saħħa pubblika (l-2003 sa l-2008).

    Il-linja tal-baġit għall-krediti amministrattivi hija 17 01 04 02 — Is-saħħa pubblika (2003 sa l-2008) — Nefqa għat-tmexxija amministrattiva.

    Il-linja tal-baġit għall-krediti amministrattivi relatati ma' l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa Pubblika hija 17 01 04 30.

    Il-pakkett finanzjarju tal-programm għall-perjodu 2003-2008 huwa ta' € 353,77 miljuni. Il-baġit disponibbli għall-2006 (impenji) huwa stmat li jilħaq € 53 400 000 (7) (il-krediti amministrattivi relatati ma' l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa Pubblika m'humiex ikkunsidrati). Ma' dan il-baġit għandhom jiżdiedu:

    il-kontribuzzjoni tal-pajjiżi taż-ŻEE/EFTA: stmata li tlaħħaq € 1 100 040 (7);

    il-kontribuzzjoni ta' żewġ Pajjiżi li se jaderixxu (il-Bulgarija, ir-Rumanija) u Pajjiż Applikant (it-Turkija): stmata li tlaħħaq € 1 317 621 (8);

    Il-baġit globali għall-2006 huwa għalhekk stmat li jlaħħaq € 55 817 661 (7)  (8).

    Dan jinkludi kemm ir-riżorsi għall-baġit operattiv (għotjiet u s-sejħiet għall-offerti), u r-riżorsi għall-assistenza teknika u amministrattiva:

    it-total għall-baġit operattiv huwa stmat li jlaħħaq € 53 863 521 (7)  (8);

    it-total għall-baġit amministrattiv huwa stmat li jlaħħaq € 1 954 140 (7)  (8).

    F'dik li hija l-allokazzjoni tar-riżorsi, se jinżamm bilanċ bejn l-oqsma ta' prijorità differenti tal-programm, biex il-pakkett finanzjarju jinqasam indaqs (9), sakemm ma jinqalgħux emerġenzi partikolari ta' saħħa pubblika (eż. l-influwenza pandemika), li jiġġustifikaw riallokazzjoni tar-riżorsi.

    1.4.2.   L-għotjiet

    L-għotjiet għandhom jiġu ffinanzjati mil-linja tal-baġit 17 03 01 01.

    L-ammont indikattiv globali għall-għotjiet — li jinkludi l-għotjiet diretti lill-organizzazzjonijiet internazzjonali — ikun stmat li jlaħħaq € 47 798 344 (7)  (8).

    Sejħa waħda għall-proposti “Is-Saħħa Pubblika — 2006” se tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali f'Jannar 2006, bħala data indikattiva.

    Il-prinċipji ġenerali u l-kriterji għall-għażla u l-finanzjament ta' l-azzjonijiet taħt il-programm “Is-Saħħa Pubblika”, li ġew adottati mill-Kummissjoni fl-14 ta' Jannar 2005, huma ppubblikati f'dokument separat (10). Il-prinċipji ġenerali (kif jingħad f'§ 1), il-kriterji ta' l-esklużjoni (kif jingħad f'§ 2), il-kriterji ta' l-għażla (kif jingħad f'§ 3) u l-kriterji ta' l-għoti tal-kuntratti (kif jingħad f'§ 4) għandhom japplikaw fir-rigward tas-sejħa għall-proposti ta' l-2006.

    L-ammont indikattiv globali għas-sejħa tal-proposti huwa stmat li jlaħħaq € 43 018 510 (7)  (8).

    L-azzjonijiet kollha msemmija f'dan il-Pjan ta' ħidma 2006 huma eliġibbli għall-għotjiet.

    L-applikanti għandhom tliet xhur biex jissottomettu l-proposti mid-data tal-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-proposti fil-Ġurnal Uffiċjali. Wara s-sottomissjoni tal-proposti, huwa stmat li jkunu meħtieġa ħames xhur oħra biex jitwettqu l-proċeduri kollha li jwasslu għad-Deċiżjoni dwar l-għajnuna finanzjarja.

    Minħabba n-natura komplementari u motivazzjonali ta' l-għotjiet tal-Komunità, ta' l-inqas 40 % ta' l-ispejjeż tal-proġett għandhom jiġu ffinanzjati minn għejun oħra. Għalhekk, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja jista' jitla' sa 60 % għal kull benefiċjarju (jiġifieri għal kull benefiċjarju prinċipali u kull benefiċjarju assoċjat) ta' l-ispejjeż eliġibbli għall-proġetti kkunsidrati. Il-Kummissjoni tiddetermina f'kull każ individwali l-perċentwali massima li tingħata.

    Massimu ta' ko-finanzjament ta' 80 % għal kull benefiċjarju (jiġifieri għal kull benefiċjarju prinċipali u kull benefiċjarju assoċjat) ta' l-ispejjeż eliġibbli jista' jiġi kkunsidrat meta proġett ikollu valur miżjud Ewropew għoli. Mhux aktar minn 10 % tal-proġetti ffinanzjati (f'termini ta' numri) għandhom jirċievu ko-finanzjament ta' iktar minn 60 %.

    It-tul tal-proġetti li jiġu ko-finanzjati normalment m'għandux jaqbeż il-massimu ta' tliet snin.

    Id-dettalji dwar l-eliġibilità ta' l-ispejjeż qed jingħataw f'anness għal dan il-pjan ta' ħidma.

    1.4.3.   L-għotjiet għall-organizzazzjonijiet internazzjonali

    L-għotjiet għall-organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom jiġu ffinanzjati mil-linja tal-baġit 17 03 01 01. Il-kompiti tagħhom għandhom jiġu mwettqa permezz ta' ġestjoni diretta ċentralizzata.

    Mhux aktar minn EUR 4 779 834 (7)  (8) jistgħu jintefqu permezz ta' ftehimiet għal għotjiet diretti ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (WHO, OECD, eċċ.). Il- ftehimiet għal għotjiet diretti jtejbu s-sinerġiji u s-sensibilità ta' tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward ta' l-organizzazzjonijiet internazzjonali, fejn l-azzjonijiet jitwettqu flimkien. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom ċerti kapaċitajiet marbuta mal-missjonijiet u r-responsabilitajiet speċifiċi tagħom, li jagħmluhom partikolarment ikkwalifikati biex iwettqu wħud mill-azzjonijiet stabbiliti f'dan il-Programm ta' Ħidma u li għalihom ftehimiet għal għotjiet diretti huma kkunsidrati bħala l-proċedura l-aktar xierqa.

    Aktar deċiżjonijiet għall-għoti ta' kuntratti għall-ftehimiet għal għotjiet diretti ma' organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom jiġu adottati sa Ġunju għad-WHO u għall-OECD. Huma għandhom jirċievu dawn l-għotjiet diretti sa Settembru għad-WHO u għall-OECD.

    Fir-rigward ta' dawn il-ftehimiet għal għotjiet diretti, il-prinċipji ġenerali, il-kriterji ta' l-esklużjoni, il-kriterji ta' l-għażla u l-kriterji ta' l-għoti tal-kuntratti li ġew adottati mill-Kummissjoni fl-14 ta' Jannar 2005 (10) għandhom japplikaw.

    1.4.4.   L-għotja għall-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa Pubblika

    L-għotja għall-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa Pubblika għandha tiġi ffinanzjata mil-linja tal-baġit 17 01 04 30.

    Ammont globali ta' EUR 5 800 000 għandu jiġi ddedikat għall-krediti amministrattivi għall-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa Pubblika li għalihom Deċiżjoni ta' kreazzjoni ttieħdet fil-15 ta' Diċembru 2004 (11).

    Pjan ta' ħidma għall-Aġenzija Eżekuttiva għandu jiġi adottat sa Jannar 2006.

    1.4.5.   Is-sejħiet għall-offerti

    L-akkwisti tas-servizzi għandhom jiġu ffinanzjati mil-linji tal-baġit 17 01 04 02 u 17 03 01 01.

    Huwa propost li jintefqu anqas minn 10 % tal-baġit operattiv fuq is-sejħiet għall-offerti. L-ammont indikattiv globali għas-sejħiet għall-offerti għandu jitla' sa EUR 5 310 927 (7)  (8).

    Ikunu pubblikati sejħiet għall-offerti għas-sezzjonijiet speċifiċi tal-pjan ta' ħidma.

    Deċiżjoni addizzjonali ta' l-iffinanzjar għall-kuntratti pubbliċi għandha tiġi adottata sa Frar 2006.

    1.4.6.   Il-Kumitati Xjentifiċi

    Il-Kumitati Xjentifiċi rilevanti għall-Programm tas-Saħħa Pubblika għandhom jiġu ffinanzjati mil-linja tal-baġit 17 03 01 01.

    Ammont globali ta' € 254 250 se jiġi ddedikat għall-ħlas ta' indennitajiet lill-parteċipanti f'laqgħat relatati max-xogħol tal-kumitati xjentifiċi u relaturi għat-twettiq ta' l-opinjonijiet tal-kumitat xjentifiku, fil-qafas tal-Kumitati Xjentifiċi (12). Dawn l-indennitajiet se jkopru l-oqsma kollha rilevanti għall-Programm tas-Saħħa Pubblika, jiġifieri 100 % ta' dawn l-ispejjeż għall-SCHER (il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji tas-Saħħa u ta' l-Ambjent) u 50 % (bħala perċentwali indikattiva) ta' dawn l-ispejjeż għall-SCENIHR (il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji tas-Saħħa Emerġenti u Identifikati Ġodda) u għall-Koordinament.

    1.4.7.   Is-sub-delegazzjoni għad-DĠ ta' l-Eurostat

    Is-sub-delegazzjoni għandha tiġi magħmula għal-linja tal-baġit 17 03 01 01.

    Sub-delegazzjoni għal ammont massimu ta' € 500 000 għandha tingħata lid-Direttorat Ġenerali ta' l-Eurostat. Dan ta' l-aħħar se jwettaq l-azzjonijiet li ġejjin permezz ta' għotjiet għal finanzjament biex:

    (1)

    jappoġġja l-awtoritajiet statistiċi nazzjonali għat-twettiq fl-2006-2008 tal-moduli ta' l-Istħarriġ ta' l-Intervista Ewropa dwar is-saħħa (kif iddefinit fil-Programm Statistiku 2006);

    (2)

    jappoġġja l-awtoritajiet statistiċi nazzjonali fit-twettiq ta' xi moduli speċjali/komplementari (kif iddefinit mill-Kumitat Direttiv SANCO/Eurostat għas-Sistema ta' Stħarriġ dwar is-Saħħa Ewropea) għall-istess stħarriġ dwar is-saħħa;

    (3)

    jappoġġja l-awtoritajiet statistiċi nazzjonali fit-twettiq u f'aktar tkabbir tas-Sistema tal-Kontabilità tas-Saħħa fl-UE (f'kooperazzjoni ma' l-OECD u d-WHO);

    (4)

    jappoġġja l-iżviluppi tas-Sistema tal-Kontabilità tas-Saħħa fl-oqsma mhux koperti mill-ftehimiet diretti ma' l-OECD.

    Għall-azzjonijiet relatati mar-referenti ta' l-azzjonijiet, il-prinċipji ġenerali, il-kriterji ta' l-esklużjoni, il-kriterji ta' l-għażla u l-kriterji ta' l-għoti tal-kuntratti li ġew adottati mill-Kummissjoni fl-14 ta' Jannar 2005 (10) għandhom japplikaw fir-rigward tas-sejħa għall-proposti mwettqa mid-Direttorat Ġenerali ta' l-Eurostat. Madankollu, fir-rigward ta' l-azzjonijiet imsemmija f'(1), (2) u (3), l-għotjiet se jingħataw sa massimu ta' 80 % ta' l-ispejjeż eliġibbli għal kull benefiċjarju u jistgħu jinvolvu pajjiż eliġibbli wieħed biss.

    Ir-riżultati ta' dawn l-azzjonijiet bl-għotjiet proposti se jkunu:

    it-traduzzjoni, l-ittestjar u t-tħejjija għat-twettiq fi stħarriġ nazzjonali, matul il-perjodu 2006-2008 skond l-Istati Membri, tal-moduli ta' l-istħarriġ dwar is-saħħa adottati fl-2006 rispettivament mis-Sistema Statistika Ewropea (moduli ċentrali dwar id-determinanti tas-saħħa, l-użu tal-kura tas-saħħa u modulu għall-isfond) u l-Kumitat ta' Tmexxija tas-Sistema ta' Stħarriġ dwar is-Saħħa Ewropea (moduli speċjali);

    l-appoġġ għat-twettiq tal-ġbir ta' l-informazzjoni komuni ta' l-Eurostat-OECD-WHO tas-Sistema tal-Kontabilità tas-Saħħa (SHA), eż. permezz ta' inventarju ta' għejun u metodi ta' kalkolu bl-użu tar-roadmap, tat-taħriġ, l-iżvilupp tal-ġbir ta' l-informazzjoni fis-setturi li f'xi pajjiżi għadhom m'humiex koperti mill-SHA (pereżempju s-settur tas-saħħa privat), l-iżvilupp ta' appoġġi għall-estrazzjoni ta' l-informazzjoni minn għejun amministrattivi varji, eċċ.

    L-għan aħħari mistenni minn dawn l-azzjonijiet huwa ġabriet ta' informazzjoni statistika ta' kwalità għolja mill-moduli ta' l-istħarriġ tas-saħħa Ewropew u s-sistema tal-kontabilità tas-saħħa. Din l-informazzjoni sejra titressaq lill-Eurostat, minn fejn tixxerred (websajt, pubblikazzjonijiet, il-kalkolu ta' Indikaturi tas-Saħħa relatati tal-Komunità Ewropea).

    2.   L-OQSMA TA' PRIJORITÀ GĦALL-2006

    Il-proposti kollha għandhom juru, fejn huwa rilevanti, li jistgħu jiġu żviluppati sinerġiji b'attivitajiet iffinanzjati ta' riċerka rilevanti, b'mod partikolari fil-qasam ta' l-appoġġ xjentifiku għall-politika. Għandhom jiġu żgurati s-sinerġiji mas-Sitt Programm ta' Qafas għar-Riċerka tal-Komunità Ewropea (13) u l-attivitajiet tiegħu (14). Il-kompiti b'rilevanza għas-saħħa pubblika jistgħu jinstabu fil-Programm Speċifiku għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni L-integrazzjoni u t-Tisħiħ tal-Qasam tar-Riċerka Ewropew (2002-2006) (15) skond “Ir-riċerka orjentata lejn il-Politika”, linji ta' żvilupp 1 “Ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali ta' l-Ewropa” u 2 “Il-provvista ta' saħħa, sikurezza u opportunità lill-popli ta' l-Ewropa”. Barra minn hekk, mistenni li jkun hemm sinerġiji mal-proġetti/proposti li qed jiġu nnegozjati għall-Prijorità 1, Ix-Xjenzi tal-Ħajja, il-ġenomika u l-bijoteknoloġija għas-saħħa  (16); il-Prijorità 5, Is-sikurezza ta' l-ikel u l-Prijorità 6, L-Iżvilupp sostenibbli, it-tibdiliet Dinjija u l-Ekosistemi.

    2.1.   L-Informazzjoni dwar is-Saħħa

    Il-Programm tas-Saħħa Pubblika għandu l-għan li jipproduċi informazzjoni komparabbli dwar is-saħħa u l-imġiba relatata mas-saħħa. Il-proġetti maħluqa skond din il-linja ta' żvilupp huma maħsuba biex jikkontribwixxu għad-definizzjoni ta' l-indikaturi, il-ġbir, l-analiżi u t-tixrid ta' l-informazzjoni, l-iskambju ta' l-aħjar prattika (l-evalwazzjoni ta' l-impatt fuq is-saħħa, l-evalwazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa). Rapporti regolari ta' natura ġenerali jew speċifika se jużaw l-informazzjoni ġġenerata, kif ukoll tixrid fuq medda aktar wiesgħa ta' l-informazzjoni u r-rabta tar-riżorsi ta' l-informazzjoni permezz tal-portal tas-saħħa pubblika.

    L-element statistiku ta' l-informazzjoni dwar is-saħħa se jiġi żviluppat, f'kollaborazzjoni ma' l-Istati Membri, bl-użu kif meħtieġ tal-Programm Statistiku tal-Komunità (6).

    2.1.1.   L-iżvilupp u l-koordinament ta' l-informazzjoni dwar is-saħħa u s-sistema ta' l-għarfien (l-Artikolu 3.2.d., l-Anness — il-punti 1.1., 1.3.)

    L-elementi li għandhom bżonn jiġu mwettqa, b'kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-EUROSTAT, huma:

    L-iżvilupp tekniku ta' l-għodda ta' preżentazzjoni eżistenti ta' l-Indikaturi tas-Saħħa tal-Komunità Ewropea (il-“lista qasira ta' l-ECHI”);

    Id-definizzjoni ta' prijoritajiet għax-xogħol tekniku u xjentifiku fuq l-indikaturi tas-saħħa ta' l-UE fl-oqsma li għadhom mhumiex koperti;

    It-twettiq tas-sistema ta' l-ECHI f'livell sub-nazzjonali jew reġjonali f'database pubblika bl-użu ta' programm fuq il-web.

    2.1.2.   It-tħaddim tas-sistema ta' l-informazzjoni u l-għarfien dwar is-saħħa (l-Artikolu 3.2.d., l-Anness — il-punti 1.1., 1.4.)

    Din l-azzjoni hija maħsuba biex tappoġġja n-netwerks u l-gruppi ta' ħidma li jiżviluppaw l-informazzjoni dwar is-saħħa f'oqsma speċifiċi ta' prijorità.

    Attenzjoni speċjali għandha tingħata fit-tħejjija ta' rapporti dwar:

    problemi tas-saħħa speċifiċi għas-sessi (inkluża l-infertilità);

    oqsma oħra ta' interess, bħalma huma ż-żgħażagħ, l-anzjani, l-immigranti, il-minoritajiet etniċi, problemi speċifiċi ta' gruppi soċjali b'livell baxx ta' ħajja;

    saħħa sesswali u riproduttiva.

    2.1.3.   L-iżvilupp ta' mekkaniżmi għar-rappurtaġġ u l-analiżi ta' kwistjonijiet ta' saħħa u l-produzzjoni ta' rapporti dawr is-saħħa pubblika (l-Artikolu 3.2.d., l-Anness — il-punti 1.3., 1.4.)

    Bil-għan li jiġu garantiti l-kwalità u l-komparabilità ta' l-informazzjoni, il-prijorità relatata mat-titjib tal-mekkaniżmi ta' rappurtar dwar is-saħħa se tingħata lill-:

    Appoġġ għall-analiżi fil-fond ta' l-istatistiċi tal-Kawżi tal-Mewt (COD) biex ikun hemm għarfien ġdid dwar il-mudelli tal-mortalità u monitoraġġ tal-bidliet madwar l-UE;

    Iżvilupp tas- Sistema ta' Stħarriġ dwar is-Saħħa Ewropea. It-twettiq u l-iżvilupp ta' moduli għall-istħarriġ biex tinġabar l-informazzjoni meħtieġa għall-Indikaturi tas-Saħħa tal-Komunità Ewropea. Jista' jiġi implimentat stħarriġ preliminari;

    Sistema ta' l-inventarji ta' għejun ta' l-informazzjoni dwar is-saħħa teħtieġ li tinżamm, tiġi aġġornata u mkabbra bil-ħsieb għal tul ta' żmien medju li tiġi mwettqa fuq bażi statistika ta' rutina;

    Iżvilupp ta' sistema ta' l-informazzjoni komprensiva billi tingħaqqad id-database tal-Korrimenti (IDB) ma' għejun oħra ta' fatalitajiet u diżabilitajiet, l-introduzzjoni ta' din is-sistema fl-Istati Membri kollha, fiż-ŻEE u fil-pajjiżi kandidati, l-istabilizzazzjoni tal-ġbir ta' l-informazzjoni tal-korrimenti rigward l-IDB f'pajjiżi fejn diġà jsir rappurtar, u li indirizzat il-bżonn ta' l-evalwazzjoni tar-riskju tas-sikurezza tal-prodott u tas-servizz fl-IDB;

    Il-ġbir ta' informazzjoni fil-qasam tad-determinanti tas-saħħa, partikolarment imsejsa fuq studji rappreżentattivi tal-popolazzjoni;

    Iżvilupp ta' strumenti għall-evalwazzjoni ta' livelli ta' attivitajiet fiżiċi fi gruppi differenti tal-popolazzjoni;

    Titjib fil-ġbir, l-analiżi, ir-rappurtar u t-tixrid ta' l-informazzjoni dwar is-saħħa ambjentali, u b'attenzjoni partikolari fuq it-twettiq tal-Pjan Ewropew ta' Azzjoni għall-Ambjent u għas-Saħħa 2004-2010 (17) billi toħloq, fejn hu rilevanti, sinerġiji mal-Grupp ta' Ħidma għall-Ambjent u għas-Saħħa tal-Programm tas-Saħħa Pubblika u l-Aġenzija Ewropea ta' l-Ambjent (18);

    Appoġġ ta' inizjattivi għat-twettiq tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tillimita l-espożizzjoni tal-pubbliku għall-kampi elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz), it-tħejjija ta' rapporti ta' informazzjoni u reviżjoni.

    2.1.4.   L-iżvilupp ta' strateġiji u mekkaniżmi għall-prevenzjoni, l-iskambju ta' informazzjoni dwar u t-tweġiba għat-theddidiet minn mard li ma jittieħidx, inklużi theddidiet għas-saħħa speċifiċi għas-sessi u mard rari (l-Artikolu 3.2.d., l-Anness — il-punt 2.3)

    Indikaturi u informazzjoni dwar mard li ma jittieħidx għandhom jinġabru bl-idea ta' ġbir fit-tul u sostenibbli, billi jiġu kkunsidrati l-istrateġija ta' l-ECHI u l-istandards ta' l-EUROSTAT. Il-proposti għandhom jiddefinixxu s-suġġerimenti u l-metodi biex jinżamm reġistru ta' rutina, bażi ta' stħarriġ, jew ikunu bbażati fuq moduli futuri tas-Sistema ta' Stħarriġ dwar is-Saħħa Ewropea jew bħala taħlita ta' għejun.

    Oqsma ta' prijorità li għandhom jiġu indirizzati u/jew mogħtija attenzjoni speċjali huma: Il-ġbir sostenibbli b'rutina ta' l-informazzjoni għandu jiġi stabbilit jew imtejjeb għall-mard li għalihom teżisti definizzjoni solida għall-bażi ta' l-indikaturi (19); l-użu ta' din l-informazzjoni għall-evalwazzjoni ta' Programmi tas-Saħħa Pubblika;

    Oqsma ta' informazzjoni dwar il-mard li għadhom mhux koperti (20);

    Informazzjoni u definizzjoni ta' l-indikaturi dwar mard mentali newrodeġenerattiv, ta' żvilupp newroloġiku u mhux psikjatriku b'rabta mal-prevalenza, it-trattamenti, il-fatturi tar-riskju, l-istrateġiji għat-tnaqqis tar-riskju, l-ispejjeż tal-mard u l-għajnuna soċjali (21);

    Informazzjoni u d-definizzjoni ta' l-indikaturi dwar l-effetti fuq is-saħħa tad-diżgregazzjoni endokrinali;

    Informazzjoni u d-definizzjoni ta' l-indikaturi biex tittejjeb l-informazzjoni rilevanti għas-saħħa speċifika ġinekoloġika u tal-menopawsa tan-nisa (eż. endometrijożi);

    Appoġġ għar-rapporti u l-bini ta' kunsens dwar il-punti ta' hawn fuq;

    Proposti li jikkontribwixxu għall-istrateġija ta' l-UE dwar is-Saħħa Mentali, kif żviluppata wara l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar is-Saħħa Mentali (14)  (22):

    (a)

    Aktar informazzjoni dwar id-determinanti varji tas-saħħa mentali fil-popolazzjoni ta' l-UE u armonizzazzjoni internazzjonali ta' l-indikaturi tas-saħħa mentali;

    (b)

    Aktar informazzjoni (stat ta' saħħa/soċjali/ekonomiku) dwar gruppi vulnerabbli li huma f'riskju li jiżviluppaw mard mentali u/jew li jikkommettu suwiċidju fl-UE (eżempji: dawk qiegħda, immigranti u refuġjati, minoranzi sesswali u oħrajn). L-informazzjoni pprovduta għandha tieħu l-forma ħolqien ta' informazzjoni.

    Għall-mard rari, prijorità għandha tingħata lin-netwerks ġeneralisti għat-titjib ta' l-informazzjoni, il-monitoraġġ u s-sorveljanza. L-azzjonijiet ta' prijorità se jkunu:

    (a)

    It-tisħiħ ta' l-iskambju ta' informazzjoni billi jintużaw netwerks ta' l-informazzjoni Ewropej diġà eżistenti dwar mard rari u promozzjoni ta' klassifikazzjoni u definizzjoni aħjar;

    (b)

    L-iżvilupp ta' strateġiji u mekkaniżmi għall-iskambji ta' informazzjoni bejn nies affettwati minn marda rari, jew il-voluntiera u l-professjonisti involuti;

    (c)

    Id-definizzjoni ta' l-indikaturi tas-saħħa rilevanti u l-iżvilupp ta' informazzjoni epidemjoloġika komparabbli fuq livell ta' l-UE;

    (d)

    L-Organizzazzjoni tat-Tieni Konferenza Ewropea dwar Mard Rari fl-2007 jew l-2008;

    (e)

    L-iżvilupp ta' Netwerks Ewropej ta' Ċentri ta' Riferenza għall-Mard Rari;

    (f)

    L-appoġġ tekniku għall-iskambju ta' l-aħjar prattika u l-iżvilupp ta' miżuri għal gruppi ta' pazjenti.

    Fil-qasam tal-mortalità, għall-iżvilupp u l-analiżi tal-prattiċi ta' kodifikazzjoni għall-kawżi tal-mewt fejn il-prassi hija differenti fuq livell nazzjonali jew fejn ġabra xierqa fi gruppi (eż. mwiet relatati mat-tipjip) toħloq problema.

    2.1.5.   eHealth (l-Artikolu 3.2.d., l-Anness — il-punti 1.7., 1.8)

    Huma inkoraġġiti proposti għall-konferenzi dwar l-eHealth li jibnu fuq il-konklużjonijiet ta' avvenimenti preċedenti li jwasslu għal inizjattivi jew programmi konkreti fuq il-Web. Proposti bħal dawn jistgħu jinkludu xogħol ta' tħejjija fuq livell ta' esperti, u għandhom jikkunsidraw l-interess politiku billi jiġu involuti fil-proċess il-partijiet kollha interessati. Kwistjonijiet ta' kunfidenzjalità fl-iskambju ta' informazzjoni għandhom jiġu indirizzati.

    Jiġi żgurat titjib fil-kredibilità ta' l-informazzjoni mogħtija lill-pubbliku permezz ta' siti fuq l-internet billi tiġi eżaminata l-aħjar prassi u jiġu proposti soluzzjonijiet komuni.

    Tiġi appoġġjata l-valutazzjoni, l-evalwazzjoni u aktar żvilupp ta' proġetti ta' l-aħjar prassi dwar reġistri mediċi elettroniċi nazzjonali u minn fruntiera għall-oħra, e-referrals  (23)e-prescriptions.

    Jiġu appoġġjati attivitajiet iffokati fuq il-promozzjoni tal-Portal tas-saħħa Pubblika ta' l-UE, li jinkludu l-kollegamenti ma' għejun ta' informazzjoni rilevanti, biex tittejjeb id-disponibilità ta' l-informazzjoni tas-saħħa bbażata fuq evidenza għall-professjonisti u ċ-ċittadini infurmati.

    Titjib fl-għoti ta' informazzjoni f'waqtha u kredibbli dwar il-kawżi tal-mewt; attivitajiet li jwasslu biex tiġi studjata l-possibilità għad-dħul fl-UE kollha ta' ċertifikat tal-mewt elettroniku;

    Appoġġ għall-iżvilupp ta' ontoloġija semantika għall-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni, għall-użu f'għodod informatiċi relatati mas-saħħa, partikolarment bil-għan li tippermetti l-provvista ta' “informazzjoni intelliġenti” għall-prattikanti u ċ-ċittadini.

    Jiġu appoġġjati inizjattivi diġà eżistenti f'dak li għandu x'jaqsam ma' aktar monitoraġġ u żvilupp ta' roadmaps ta' l-eHealth ta' l-Istati Membri, u jiġu esplorati pereżempju permezz ta' workshops, modi ta' kif l-Istati Membri jistgħu jidentifikaw għejun għall-finanzjamenti, u jappoġġaw u jkabbru l-investiment tagħhom fl-eHealth.

    2.1.6.   Appoġġ għal skambju ta' informazzjoni u għal esperjenzi ta' prassi tajba (l-Artikolu 3.2.d., l-Anness — il-punt 1.7)

    Prijorità se tingħata lil:

    Azzjonijiet ta' appoġġ fil-qasam ta' l-armonizzazzjoni tal-prattiki ta' l-informazzjoni dwar l-attività fl-isptar, speċjalment biex tittejjeb il-kwalità u l-komparabbiltà ta' l-informazzjoni relatata mal-kodifikazzjoni ta' proċeduri mediċi u biex jiġi valutat u rreġistrat l-użu tal-mekkaniżmi finanzjarji relatati (bħalma huma l-Gruppi Relatati mad-Dijanjożi) fl-UE;

    Studju dwar l-użu tal-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Kura Primarja fl-UE. Fejn il-proposti jittrattaw ukoll l-ispejjeż tas-saħħa, għandhom jiġu kkunsidrati rabtiet mas-Sistema tal-Kontabilità tas-Saħħa;

    Skambju ta' l-aħjar prassi, networking bejn pazjenti u dawk li jieħdu ħsiebhom, u taħriġ relatat fil-mard imsemmi f'2.1.4 (e.g. sklerożi multipla, Parkinson). Sejjer jiġi stabbilit l-irbit max-xogħol li jinsab għaddej fil-Kumitat dwar il-Protezzjoni Soċjali permezz tal-metodu miftuħ ta' koordinament dwar il-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul rigward ix-xjuħija.

    2.1.7.   Analiżi ta' l-Impatt fuq is-Saħħa (l-Artikolu 3.2.c., l-Anness — il-punt 1.5.)

    Waqt li jkompli jibni fuq il-metodoloġija għal analiżi ta' l-impatt fuq is-saħħa fuq livell tal-Komunità żviluppata preċedentement għall-Kummissjoni, ix-xogħol se jiffoka fuq l-iżvilupp u l-applikazzjoni tal-metodoloġiji fi proposti partikolari u oqsma tal-politika, kif ukoll it-twettiq ta' struttura ta' appoġġ xierqa li tipprovdi evidenza u informazzjoni għal analiżi ta' l-impatt.

    2.1.8.   Il-Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri (l-Artikolu 3.2.d., l-Anness — il-punt 1.5.)

    Se jsir xogħol li jibni fuq il-proċess ta' riflessjoni ta' livell għoli dwar il-mobilità tal-pazjenti u l-iżviluppi fil-kura tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea u jiġi sostnut ix-xogħol tal-Grupp ta' Livell Għoli fuq is-servizzi tas-saħħa u l-kura medika. Dan ix-xogħol b'mod partikolari jikkonċerna l-iżvilupp ta' qafas għax-xiri u l-għoti tal-kura tas-saħħa minn fruntiera għal oħra; proġetti preliminari għal netwerks Ewropej ta' ċentri ta' referenza; kwistjonijiet relatati mal-mobilità tal-professjonisti tas-saħħa; l-iżvilupp u t-tmexxija ta' metodoloġiji għal analiżi ta' l-impatt ta' sistemi tas-saħħa; qsim ta' l-aħjar prassi u abbiltà relatati mas-sikurezza tal-pazjent; u appoġġ għal xogħol dwar kwistjonijiet oħra b'potenzjal ta' kooperazzjoni Ewropea, bħall-kura li tnaqqas l-uġigħ jew l-użu xieraq tal-farmaċewtiċi. Azzjonijiet jistgħu wkoll jittieħdu biex jiġi żgurat l-għoti ta' informazzjoni u tagħrif ta' appoġġ fuq il-mobilità tal-pazjenti u l-professjonisti kif ukoll tal-kura tas-saħħa u sistemi ta' kura fit-tul inġenerali. Se jiġu indirizzati l-prijoritajiet li ġejjin:

    It-tisħiħ ta' l-informazzjoni u t-tagħrif dwar il-kwalità tas-sistemi tas-saħħa b'attenzjoni speċjali fuq is-sikurezza tal-pazjenti, jiġifieri jiġu stabbiliti mekkaniżmi xierqa biex tissaħħaħ is-sikurezza tal-pazjenti fl-UE inkluż it-tisħiħ tan-networking u qsim ta' prassi tajbin f'dan il-qasam;

    L-analiżi ta' l-impatt finanzjarju tal-mobilità tal-pazjent fuq il-pajjiżi li jibgħatu u l-pajjiżi li jirċievu u l-impatt fuq is-sostenibilità finanzjarja tas-sistemi tal-kura tas-saħħa involuti. Appoġġ għal stħarriġ dwar il-mobilità tal-pazjent li jiffoka fuq il-motivazzjoni li twassal il-pazjenti imorru minn naħa għall-oħra tal-fruntieri u tiġi mistħarrġa l-ħtieġa għal istituzzjonijiet biex jakkwistaw għall-pazjenti tagħhom il-kura minn barra (24),

    Il-ġbir u l-għoti ta' informazzjoni dwar kura minn pajjiż għal ieħor, b'mod partikolari dwar il-kwalità, is-sikurezza u l-kontinwità tal-kura, id-drittijiet tal-pazjenti, ir-responsabilitajiet u kwistjonjiet ta' responsabbiltà legali;

    L-ippjanar, l-analiżi u l-appoġġ ta' proġetti pilota dwar ċentri ta' referenza bbażati fuq il-linji gwida, il-kriterji u l-oqsma li jridu jiġu koperti, li qed jiġu stabbiliti mill-Grupp ta' Ħidma dwar Ċentri ta' Referenza tal-Grupp ta' Livell Għoli;

    L-appoġġ għan-network ta' Evalwazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa ta' l-UE;

    L-iskambju ta' l-informazzjoni dwar il-valur miżjud farmaċewtiku ta' mediċini ġodda u l-iżvilupp ta' mudell li jinkludi database Ewropew għal ħolqien ta' prijorità effiċjenti ta' mediċini u teknoloġija medika (25). It-titjib ta' l-informazzjoni dwar mediċini orfni (preskrizzjoni, effikaċja, effiċjenza u prezz) u r-relazzjoni mal-mard rari (26).

    Il-valutazzjoni ta' rabtiet bejn l-ekonomija u s-saħħa; investiment fis-saħħa u l-impatt ta' saħħa aħjar fuq it-tkabbir ekonomiku;

    Il-ġbir u l-għoti ta' tagħrif dwar sistema ta' informazzjoni dwar l-attività ta' kura primarja u r-riżorsi biex tissaħħaħ il-komparabbiltà ta' l-informazzjoni u tinħoloq bażi għal ġbir ta' l-informazzjoni b'rutina;

    Il-ġbir u l-għoti ta' tagħrif dwar l-attività ta' kura fid-dar u residenzjali u r-riżorsi biex tissaħħaħ il-komparabbiltà ta' l-informazzjoni u tiġi żviluppata data fuq perjodu ta' żmien;

    Il-ġbir u l-għoti ta' tagħrif dwar l-aħjar prassi fil-kura palljativa.

    2.2.   Tweġiba rapida u b'mod koordinat għat-theddidiet għas-saħħa

    L-attivitajiet f'din is-sezzjoni għandhom il-ħsieb li jikkontribwixxu fil-bini tal-kapaċità għal tħejjija u tweġiba rapida għat-tħeddidiet għas-saħħa pubblika u għall-emerġenzi. L-attivitajiet jgħinu b'mod partikolari l-kooperazzjoni mwettqa min-netwerk tal-Komunità għall-mard li jittieħed (27) u leġiżlazzjoni oħra tal-KE għas-saħħa pubblika u tista' tikkumplimenta l-attivitajiet tal-Programm Kwadru Ewropew tar-Riċerka.

    Ġaladarba ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) (3) beda jaħdem matul l-2005, attivitajiet ta' valutazzjoni ta' riskju li qabel kienu jsiru taħt il-programm tas-saħħa pubblika u issa jaqgħu taħt il-mandat ta' l-ECDC (eż. is-sorveljanza) ma jibqgħux aktar sostnuti minn din is-sejħa. Din is-sejħa, li ġiet stabbilita f'konsultazzjoni ma' l-ECDC, minflok għandha l-għan li tippromwovi attivitajiet li jsostnu l-ġestjoni tar-riskji. Il-Kummissjoni u l-ECDC se jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda duplikazzjoni ta' attivitajiet.

    Attivitajiet li jilqgħu għat-theddidiet ta' tixrid apposta ta' aġenti bijoloġiċi jiġu mwettqa b'rabta mill-qrib flimkien ma' attivitajiet li huma għaddejjin fuq mard li jittieħed. Dawn u l-attivitajiet dwar it-tixrid apposta ta' l-aġenti kimiċi qegħdin jiġu żviluppati skond il-konklużjonijiet tal-Ministri tas-Saħħa tal-15 ta' Novembru 2001 u l-“Programm ta' kooperazzjoni dwar it-tħejjija u t-tweġiba għal attakki Bijoloġiċi u Kimiċi” (Sigurtà tas-Saħħa) (28) li segwa.

    2.2.1.   Il-kapaċità li tiġi ttrattata pandemija ta' l-influwenza u affrontati theddidiet partikolari għas-saħħa (l-Artikolu 3.2.a., l-Anness — il-punti 2.1., 2.2., 2.3., 2.4., 2.8.)

    Din l-azzjoni għandha l-għan li tinkoraġġixxi l-kapaċitajiet u l-istrateġiji biex jiġu megħjuna Stati Membri, Pajjiżi Kandidati, u Pajjiżi taż-ŻEE/EFTA, u l-Komunità b'mod ġenerali, biex jaffrontaw theddidiet partikolari għas-saħħa. Partikolarment prijoritarji huma t-theddida ta' l-influwenza pandemika u l-attivitajiet dwar il-prevenzjoni/ġestjoni ta' l-influwenza, strateġiji konġunti tal-komunikazzjoni fl-emerġenzi u tal-preparazzjoni għalihom, u l-iżvilupp u l-iskambju ta' informazzjoni u ta' strumenti ta' kwalità għolja dwar l-impatti soċjoekonomiċi u fuq is-saħħa ta' kontromiżuri għall-pandemiji u oħrajn relatati magħhom, f'koordinament ma' l-attivitajiet ta' Programm ta' Qafas Ewropew għar-Riċerka (29). Prijoritajiet oħra huma:

    theddidiet ta' mard li ma jittieħidx bħal dawk relatati ma' kwistjonijiet kimiċi u ambjentali li jitolbu intervent rapidu;

    aktar żvilupp għal sistema ta' twissija bikrija fuq aġenti kimiċi u attivitajiet ta' traċċabilità fil-ġarr minn naħa għall-oħra tal-fruntieri ta' sustanzi perikolużi rilevanti għas-saħħa pubblika;

    aspetti ta' ġestjoni ta' mard li jittieħed fil-każ ta' saħħa migratorja u kwistjonijiet ta' bejn il-fruntieri;

    analiżi tar-riskju u t-theddid ta' mard infettiv emerġenti inklużi patoġeni żoonotiċi li jikkomplimentaw ix-xogħol ta' l-ECDC.

    2.2.2.   Tħejjija u tweġiba ġeneriċi (l-Artikolu 3.2.a., l-Anness — il-punti 2.1., 2.2., 2.3., 2.4.)

    L-azzjonijiet għandhom jaħsbu biex itejbu t-tħejjija tas-settur tas-saħħa għal sitwazzjonijiet ta' kriżi u jinkoraġġixxu kollaborazzjoni intersettorjali (eż. mal-protezzjoni ċivili, is-setturi ta' l-ikel u ta' l-annimali) biex tiġi żgurata tweġiba koerenti għal kriżi. L-attivitajiet għandhom b'mod partikolari jikkonċentraw fuq l-appoġġ għal ġestjoni tar-riskju u tal-kriżi u l-aspetti ta' komunikazzjoni tar-riskju. Ta' interess partikolari huma:

    l-attivitajiet li jsostnu l-implimentazzjoni ta' l-ippjanar ġeneriku ta' tħejjija. Dan jista' jfisser ir-rabta bejn l-isptarijiet bi tħejjija għal attivitajiet tal-massa, pjan ta' ġestjoni ta' inċidenti ta' ħruq tal-massa, l-istabbiliment ta' pjattaformi għal taħriġ u komunikazzjoni u inizjattivi għall-ġestjoni tal-kriżi u ta' ġbir ta' informazzjoni medika. Barra minn hekk, huma meħtieġa attivitajiet biex jappoġġjaw it-traċċabilità, il-loġistika u d-distribuzzjoni, kwistjonijiet ta' trasport, effetti psikoloġiċi tal-kriżijiet, u l-applikazzjoni ta' dijanjostiċi ġodda;

    l-attivitajiet li jappoġġjaw il-bini ta' kapaċità għall-infurzar konġunt tal-liġi u għall-ħidmiet ta' l-awtorità tas-saħħa;

    l-attivitajiet li jappoġġjaw il-bini ta' kapaċità u l-implimentazzjoni meħtieġa għall-konformità mar-Regolamenti Internazzjonali dwar is-Saħħa adottati mill-Assemblea Dinjija tas-Saħħa (30);

    l-użu ta' għodod innovattivi ta' l-IT għall-analiżi ta' theddid għas-saħħa bħal sistemi ta' tagħrif ġeografiku (GIS), analiżi spazju-temporali, skemi ġodda ta' twissija bikrija u tbassir, analiżi awtomatizzata u skambju ta' informazzjoni dijanjostika.

    2.2.3.   Sigurtà tas-saħħa u strateġiji rilevanti għall-kontroll ta' mard li jittieħed (l-Artikolu 3.2.a., l-Anness — il-punti 2.2, 2.4, 2.5, 2.9)

    Bosta proġetti ngħataw bidu fuq l-immudellar u s-sorveljanza ta' aġenti bijoloġiċi jew kimiċi mxerdin apposta. Madankollu, għad hemm informazzjoni u tagħrif mhux kompluti dwar ir-reviżjoni, l-iżvilupp u l-evalwazzjoni tal-politika u l-pjani biex jiġu affrontati emerġenzi tas-sigurtà tas-saħħa, u proposti jiġu appoġġjati.

    Biex jiġi kkontrollat il-mard li jittieħed huwa essenzjali li jkun hemm strutturi u strateġiji xierqa. Din l-azzjoni għandha l-għan li tippromwovi attivitajiet għat-twettiq tal-politika u għal strateġiji relatati mat-tħejjija (bħal tilqim minn qabel l-avveniment jew ħażna għal li jista' jinqala') u kontroll/qirda ta' mard li jittieħed. Azzjonijiet li jsostnu l-komunikazzjoni ma' dixxiplini professjonali esterni (eż. tobba ġenerali, spiżjara, veterinarji, u dixxiplini rilevanti mhux mediċi) u li jħaffu l-kooperazzjoni permezz ta' pjattaformi u n-networking jiġu appoġġjati. Prijoritajiet oħra huma:

    attivitajiet li jġibu 'l quddiem l-iskambju ta' l-aħjar prassi dwar strateġji tat-tilqim u l-immunizzazzjoni;

    l-iskambju ta' l-aħjar prassi dwar kwistjonjiet tas-sikurezza tal-pazjenti, partikolarment il-ġestjoni u l-kontroll ta' infezzjonijiet relatati mal-kura tas-saħħa u r-reżistenza antimikrobjali;

    attivitajiet għall-kontroll ta' l-effetti ħżiena (minn vaċċini, kimika, antivirali, mediċini u apparat mediku), f'kooperazzjoni ma' l-EMEA;

    analiżi tal-fattibiltà biex jitwaqqfu laboratorji ta' referenza Ewropej fil-qasam tas-saħħa umana.

    2.2.4.   Sikurezza tad-demm, tessuti u ċelluli, organi (l-Artikolu 3.2.a., l-Anness — il-punti 2.6., 2.7.)

    Attivitajiet relatati ma' sustanzi ta' oriġini umana għandhom il-ħsieb li jippromwovu l-kwalità, is-sikurezza u s-suffiċjenza mhux biss biex jiġi evitat it-tixrid tal-mard iżda wkoll biex jingħata appoġġ (sanzjoni) lill-użu terapewtiku tagħhom għall-benefiċċju tal-pazjenti.

    Sar progress sinifikanti bid-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwra id-demm (31)  (32). Issa hemm il-bżonn li tingħata mbuttatura biex jiġi żgurat għarfien ekwivalenti fl-ispezzjonijiet ta' ċentri tad-demm fost l-Istati Membri permezz ta' l-iżvilupp u t-twettiq ta' kriterji u standards aċċettati minn kulħadd;

    L-isforzi ta' l-imgħoddi favur l-aqwa użu tad-demm kellhom suċċess limitat. Biex jiġi żgurat użu terapewtiku aħjar ta' sustanzi ta' oriġini umana, hemm bżonn ta' appoġġ għall-iżvilupp ta' għodod li jippromwovu l-aħjar prattika bbażata fuq l-evidenza;

    Minkejja l-adozzjoni tad-Direttiva relatata mat-tessuti u ċ-ċelluli (33), l-ispeċifikazzjonijiet relatati mad-deżinjazzjoni u l-użu terapewtiku tagħhom fl-UE huma neqsin minn fatturi komuni. Biex jitħaffef l-iskambju ta' sustanzi ta' oriġini umana u biex isir monitoraġġ tas-saħħa tad-donaturi ħajjin, hemm bżonn ta' azzjonijiet biex jittejbu l-miżuri u l-proċeduri, bħalma huma t-terminoloġiji komuni u l-iżvilupp ta' reġistri (14).

    Jinħtieġ li jiġi inkoraġġit l-għoti tad-demm u l-aħjar użu tal-prodotti tad-demm. L-azzjonjiet għandhom ikunu diretti lejn l-iskambju ta' l-aħjar prassi u ta' l-informazzjoni dwar ir-reklutaġġ tad-donaturi u dwar it-taħriġ għall-użu tal-prodotti tad-demm.

    2.3.   Determinanti tas-Saħħa

    L-għan ta' proġetti u azzjonijiet f'dan il-qasam huwa li jingħata appoġġ u tissaħħaħ il-politika u l-attivitajiet ta' l-UE dwar id-determinanti tas-saħħa, li jingħata appoġġ l-iżvilupp ta' azzjonijiet għall-għoti u l-iskambju ta' prassi tajba, li jiġu promossi approċċi trażversali u integrattivi fost bosta determinanti tas-saħħa u biex jiġu promossi u stimulati l-isforzi tal-pajjiżi.

    Fl-2006, jingħataw prijorità dawk il-proġetti li:

    jorbtu l-azzjonijiet mal-prijoritajiet tal-politika: Il-proposti ta' proġetti għandhom jintrabtu u juru għarfien tal-politika u l-istrateġiji tas-saħħa pubblika ta' l-UE, b'mod partikolari dwar l-alkoħol, u l-ikel u l-attività fiżika. Se jkun hemm attenzjoni speċifika fuq proġetti li jittrattaw l-inugwaljanzi fis-saħħa u determinanti soċjo-ekonomiċi usa';

    jittrattaw it-tfal u ż-żgħażagħ bħala grupp speċifiku għal interventi fis-saħħa pubblika, fuq firxa ta' determinanti tas-saħħa. Dan jikkonċentra fuq is-snin meta n-nies ikunu qegħdin “jiffurmaw” l-istil ta' ħajjithom u jindirizza kemm il-fatturi u kif ukoll il-perjodi ta' riskju, u l-fatturi protettivi b'impatt fuq l-istili ta' ħajja u l-imġiba.

    Il-prijoritajiet identifikati għall-2006 huma dawn li ġejjin:

    2.3.1.   Appoġġ għall-istrateġiji ewlenin tal-Komunità dwar is-sustanzi li jwasslu għall-vizzju

    (1)

    B'appoġġ għal aktar żvilupp ta' ħidma fuq it-tabakk, il-proposti tal-proġetti għandhom jiffokaw fuq:

    L-Ippjanar, l-evalwazzjoni tal-valutazzjoni u t-tixrid ta' żviluppi reċenti u ta' l-aħjar prassi fil-kontroll tat-tabakk fl-Istati Membri, li jiġu indirizzati b'mod partikolari ż-żgħażagħ u n-nisa, l-istrateġiji ta' komunikazzjoni dwar il-prevenzjoni u l-waqfien u li jiġu indirizzati aspetti soċjo-ekonomiċi;

    L-iżvilupp u t-twettiq ta' netwerk ta' attivitajiet għall-prevenzjoni u l-waqfien, b'attenzjoni fuq approċċi innovattivi għad-denormalizzazzjoni u t-tnaqqis ta' l-espożizzjoni għad-duħħan tat-tabakk;

    Attivitajiet oħra ta' l-UE u interni biex jiġu mwettqa l-ħtiġijiet li joħorġu mill-Konvenzjoni Kwadru dwar il-Kontroll tat-Tabakk (34), bħalma huwa xogħol fuq l-ingredjenti tat-tabakk, is-sorveljanza jew il-kummerċ illegali ta' prodotti tat-tabakk.

    (2)

    Fuq l-alkoħol, l-attivitajiet se jintrabtu ma' l-approċċ strateġiku ġenerali biex titnaqqas il-ħsara relatata ma' l-alkoħol. Il-prijorità se tkun li jiġi appoġġjat networking li jiġbor flimkien firxa ta' attivitajiet koordinati u komprensivi f'oqsma bħalma huma r-riċerka, l-informazzjoni, il-ħarsien tal-konsumatur, it-trasport, il-komunikazzjoni kummerċjali u kwistjonijiet oħra tas-suq intern, skond l-esperjenza ta' kull pajjiż. Dan jista' jinvolvi inter alia:

    L-iżvilupp ta' inventarju u l-monitoraġġ ta' l-esperjenzi f'kull pajjiż;

    L-analiżi ta' l-impatt fuq l-ekonomija u s-saħħa skond għażliet ta' politika differenti;

    Il-bini tal-kapaċità għat-twettiq effettiva tal-programm u tal-politika.

    (3)

    Dwar id-drogi, skond l-Istrateġija (35) u l-Pjan ta' Azzjoni (36) dwar id-Droga ta' l-UE u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar id-Drogi (37), tingħata prijorità għal proposti dwar:

    Tweġibiet għat-tnaqqis tal-ħsara għall-drawwiet emerġenti relatati ma' sustanzi psikoattivi b'attenzjoni fuq l-użu ta' l-ecstasy, il-kokaina/crack u l-kannabis;

    Żvilupp jew titjib u t-twettiq ta' programmi ta' prevenzjoni flimkien fis-servizzi pubbliċi, l-edukazzjoni u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGO's) rilevanti b'attenzjoni fuq gruppi soċjalment żvantaġġati;

    Inventarju ta' prassi tajba dwar il-kura ta' diżintossikazzjoni u l-effetti tagħha, li jkopri wkoll ir-reintegrazzjoni, sa l-azzjonijiet supplimentari maħsuba fil-Pjan ta' Azzjoni.

    2.3.2.   Approċċi integrattivi fuq l-istil ta' ħajja u s-saħħa sesswali u riproduttiva

    (1)

    Rigward l-ikel u l-attività fiżika, il-ħidma sejra tiffoka fuq l-identifikazzjoni ta' prassi tajba u l-ħolqien u ż-żamma ta' kuntatti li jikkonċernaw (14):

    il-prassi tajba fl-ikel għall-iskejjel u programmi edukattivi dwar l-ikel;

    l-evalwazzjoni u l-għoti ta' appoġġ preliminari għal inizjattivi ta' kollaborazzjoni bejn diversi gruppi ta' interess dwar stil ta' ħajja b'saħħtu fil-komunitajiet, iffokat fuq gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni, b'mod partikolari t-tfal;

    l-effikaċja ta' programmi edukattivi u ta' kampanji ta' informazzjoni mmexxija mill-industrija ta' l-ikel, bejjiegħa, organizzazzjonijiet tal-konsumatur, eċċ. bil-għan li jippromwovu dieti tajbin;

    l-istħarriġ ta' l-interventi effettivi li jwasslu għal bidliet fl-imġiba tal-konsumatur fejn jidħlu l-għażla ta' l-ikel u l-attività fiżika;

    prassi tajba fl-arkitettura tal-bini u l-iżvilupp urban biex tiġi mħajra l-attività fiżika u stili ta' ħajja b'saħħithom.

    (2)

    Ħidma fuq is-saħħa sesswali u riproduttiva sejra tiffoka fuq l-iżvilupp ta' strateġiji innovattivi biex jiġi promoss is-sess protett u biex tiġi indirizzata ż-żieda ta' l-aġir riskjuż fost iż-żgħażagħ;

    (3)

    Azzjonijiet li jindirizzaw l-HIV/AIDS ikomplu fuq il-linja ta' l-istrateġiji ġenerali (38)  (39) u jiffokaw fuq azzjonijiet għas-saħħa pubblika biex jiżviluppaw strateġiji u jidentifikaw l-aħjar prassi dwar

    Prevenzjoni ta' l-HIV/AIDS fi gruppi tal-popolazzjoni f'riskju għoli, b'mod partikolari fil-ħabsijiet;

    Jinżamm għarfien tal-bżonn għall-prevenzjoni fost gruppi b'riskju baxx u l-popolazzjoni ġenerali;

    Żvilupp ta' pakkett ta' servizzi komprensiv bi standards u mudell ta' nfiq.

    (4)

    Għas-saħħa mentali, jiġu appoġġjati l-azzjonijiet li ġejjin:

    Tħejjija u twettiq ta' l-aqwa prassi inter-settorjali biex jippromwovu s-saħħa mentali u biex jiġi evitat mard mentali fost gruppi vulnerabbli, bħalma huma l-vittmi ta' diżastri naturali u oħrajn; it-tfal u l-adoloxxenti, u nies soċjalment emarġinati (14);

    Identifikazzjoni u tixrid ta' l-aħjar prassi biex jitjieb il-ħarsien tad-drittijiet umani, id-dinjità u l-istatus ġenerali ta' saħħa tar-residenti f'istituzzjonijiet ta' kura tas-saħħa jew soċjali li għandhom mard mentali, diżabilità mentali jew dipendenza (14);

    Bini madwar il-Komunità kollha ta' netwerk ta' kompetenza fuq il-kura għat-Tensjoni Post Trawmatika għall-vittmi ta' diżastri naturali u oħrajn biex tinbena l-kapaċità, u jiġu organizzati u msaħħa s-servizzi ta' saħħa mentali ta' l-awtoritajiet tas-saħħa provinċjali u distrettwali f'dawn is-sitwazzjonijiet. L-informazzjoni pprovduta għandha tkun f'forma ta' sommarju tal-prassi applikata.

    2.3.3.   Azzjonijiet tas-saħħa pubblika biex jiġu indirizzati determinanti tas-saħħa usa'

    (1)

    Il-ħidma fuq id-determinanti soċjali tas-saħħa se tikkonċentra fuq l-iżvilupp ta' azzjonijiet dwar l-iżvilupp tal-politika, approċċi innovattivi u evalwazzjoni kif ġej:

    Tiġi identifikata u evalwata l-effikaċja ta' approċċi ta' politika komprensiva biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi fis-saħħa — inkluża d-dimensjoni soċjali u ekonomika — fuq livell nazzjonali u sub-nazzjonali;

    Tiġi identifikata, evalwata u mxerrda prassi tajba biex tiġi inkluża attenzjoni fuq id-determinanti soċjali fl-istrateġiji biex jiġu indirizzati d-determinanti bħalma huma n-nutrizzjoni u l-attività fiżika, it-tabakk, id-drogi u l-alkoħol, fl-akkomodazzjoni, fl-iżvilupp urban u s-saħħa, biex jiġi żgurat aċċess għas-servizzi tas-saħħa u soċjali u fl-iżvilupp ta' stili ta' ħajja b'saħħithom;

    Prassi tajba fit-titjib ta' l-aċċess, il-kwalità u servizzi tas-saħħa u soċjali xierqa għall-immigranti, l-emigranti u l-popolazzjonijiet f'minoranza;

    Analiżi ekonomika biex jiġi kkwantifikati l-ispejjeż u l-benefiċċji fit-trattament ta' l-inugwaljanzi tas-saħħa.

    (2)

    B'konformità mal-pjan ta' azzjoni għall-Ambjent u s-saħħa (40), il-ħidma fuq id-determinanti ambjentali se tiffoka fuq l-iżvilupp ta' netwerks u prassi tajba dwar

    Azzjonijiet u attivitajiet fis-saħħa pubblika biex tiġi indirizzata l-kwalità ta' l-arja fuq ġewwa, billi tiġi kkunsidrata t-taħlita ta' l-effetti mill-materjali tal-bini, il-kimika fid-djar, il-kombustjoni u l-ETS;

    Azzjonjiet u attivitajiet tas-saħħa pubblika li jittrattaw l-istorbju ta' inkonvenjent;

    Kwistjonijiet ewlenin ta' saħħa u ambjent fit-taħriġ u fil-kurrikuli għal aktar tagħlim tal-professjonisti tas-saħħa;

    Żvilupp u tixrid ta' l-aħjar prassi dwar il-komunikazzjoni tar-riskju u ż-żieda ta' l-għarfien dwar kwistjonijiet ambjentali u ta' saħħa.

    2.3.4.   Prevenzjoni tal-mard, u prevenzjoni tal-korrimenti

    (1)

    L-iżvilupp ta' linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet ta' l-aħjar prassi biex jiġi indirizzat il-mard l-aktar rilevanti fis-saħħa pubblika, bħalma huma mard kardjovaskolari, il-kanċer, id-dijabete u l-mard tan-nifs jiġu appoġġjati, bi tkomplija fuq il-ħidma eżistenti;

    (2)

    Jingħata appoġġ għall-iskambju ta' l-aħjar prassi dwar is-sikurezza tat-tfal fl-Istati Membri kollha, fiż-ŻEE u fil-pajjiżi kandidati, u biex tiġi promossa s-sikurezza tat-tfal permezz ta' Konferenza Ewropea. Attenzjoni speċjali se tingħata biex tiġi ttrattata l-vjolenza fiżika u l-komunikazzjoni tar-riskju permezz ta' l-organizzazzjoni ta' attivitajiet prattiċi għall-prevenzjoni tal-korriment.

    2.3.5.   Bini tal-kapaċità

    (1)

    Se tingħata prijorità għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn istituzzjonijiet edukattivi fuq l-iżvilupp tal-kontenut ta' korsijiet komuni Ewropej ta' taħriġ u moduli fl-oqsma prinċipali tas-saħħa pubblika. Barra minn dan, prijorità tingħata lill-iżvilupp ta' kurrikuli ta' taħriġ maħdumin apposta għal personal tal-kura tas-saħħa u professjonisti oħra involuti fis-servizzi li jittrattaw ma' nies li jgħixu bl-HIV/AIDS u ma' popolazzjonijiet li huma partikolarment vulnerabbli għall-HIV/AIDS (inklużi dawk li jieħdu d-droga minn ġol-vini u l-immigranti);

    (2)

    Se jkun prijoritarju l-appoġġ fuq perjodu qasir għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' netwerks Ewropej magħżula fis-saħħa pubblika b'importanza kbira fis-saħħa pubblika u b'valur addizzjonali Ewropew qawwi ħafna biex jingħelbu dgħjufijiet speċifiċi ġeografiċi jew ta' iżvilupp. Attenzjoni speċifika tingħata għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' l-organizzazzjonijiet mhux governattivi attivi fil-qasam ta' l-HIV/AIDS biex jipparteċipaw fl-appoġġ għall-parteċipazzjoni ta' nies fuq terapija anti-retrovirali.


    (1)  Id-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li tadotta programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) (ĠU L 271, 9.10.2002).

    (2)  Ara http://europa.eu.int/comm/health/ph_projects/project_en.htm

    (3)  Regolament Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard (ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1).

    (4)  http://www.diabeteskonferenz.at/

    (5)  http://europa.eu.int/comm/health/ph_international/int_organisations/who_en.htm

    (6)  Deċiżjoni 2367/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar il-programm ta' l-istatistika fil-Komunità bejn l-2003 sa l-2007 (ĠU L 358, 31.12.2002, p. 1).

    (7)  Ammont indikattiv, suġġett għall-approvazzjoni ta' l-Awtorità tal-Baġit.

    (8)  Ammont indikattiv: din is-somma hija ammont massimu u tiddependi fuq l-ammont attwali tal-kontribuzzjoni li jħallsu l-Pajjiżi Kandidati.

    (9)  Kull wieħed minn dawn il-perċentwali jista' jvarja sa b'20 %.

    (10)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C/2005/29 ta' l-14 ta' Jannar 2005 li tadotta l-pjan ta' ħidma għall-2005 għall-implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008), inkluż il-programm annwali ta' ħidma ta' l-għotjiet u l-prinċiji u l-kriterji ġenerali għall-għażla u l-finanzjament ta' azzjonijiet taħt il-Programm “Is-Saħħa Pubblika”.

    (11)  2004/858/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2004 li tistabbilixxi aġenzija eżekuttiva, l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika, għall-ġestjoni ta' l-azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika — skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (ĠU L 369, 16.12.2004, p. 73).

    (12)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2004/210/KE tat-3 ta' Marzu 2004 li tistabbilixxi Kumitati Xjentifiċi fil-qasam tas-sikurezza tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent (ĠU L 66, 4.3.2004, p. 45).

    (13)  Deċiżjoni Nru 1513/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002, (ĠU L 232, 29.8.2002, p. 1).

    (14)  Irreferi wkoll għall-Appoġġ Xjentifiku lill-Oqsma tal-Politika tas-6 Programm ta' Qafas, il-5 Sejħa, SSP-5A Oqsma 2.1 u 2.2.

    Ara: http://fp6.cordis.lu/index.cfm? fuseaction=UserSite.FP6ActivityCallsPage&ID_ACTIVITY=500

    (15)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/834/KE tat-30 ta' Settembru 2002 li tadotta l-Programm Speċifiku għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni L-integrazzjoni u t-Tisħiħ tal-Qasam tar-Riċerka Ewropew (2002-2006) (ĠU L 294, 29.10.2002, p. 1).

    (16)  Il-websajt tal-CORDIS fih links mal-Prijorità 1 tas-Sitt Programm ta' Qafas: http://www.cordis.lu/lifescihealth/ssp.htm

    (17)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — “Il-Pjan Ewropew ta' Azzjoni dwar l-Ambjent u s-Saħħa 2004-2010” {SEC(2004) 729} — COM/2004/416 Vol. I finali.

    (18)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1210/90 tas-7 ta' Mejju 1990 dwar l-istabbiliment ta' l-Aġenzija ta' l-Ambjent Ewropew u n-network ta' l-informazzjoni u l-osservazzjoni ta' l-ambjent Ewropew, ĠU L 120, tal-11.5.1990.

    (19)  Dan huwa l-każ għall-mard mentali, is-saħħa orali, l-ażżma u l-mard respiratorju kroniku ta' ostruzzjoni, mard ta' l-iskeletru u l-muskoli (b'attenzjoni partikolari għall-osteoporożi u l-kundizzjonijiet artritiċi u rewmatiċi) u l-mard kardjovaskulari.

    (20)  Dan jinkludi l-ħidma fuq inventarji ta' għejun u d-definizzjoni ta' indikaturi, skond l-istrateġija ta' l-EHCI, għal: mard ematoloġiku (inkluża l-emofilija), il-kundizzjonijiet immunoloġiċi, l-allerġiji minbarra l-ażżma, il-mard ġenito-urinarju u l-kundizzjonijiet nefroloġiċi, il-mard gastroenteroloġiku, il-mard endokrinoloġiku, il-kundizzjonijiet tal-widna, l-imnieħer u l-gerżuma, il-kundizzjonijiet oftalmoloġiċi u l-mard dermatoloġiku, kif ukoll mard relatat ma' fatturi ambjentali.

    (21)  Dan jinkludi mard li għadu mhux kopert mill-Programmi tas-Saħħa Pubblika bħall-Parkinson, il-Multiple Sclerosis, l-Epilessija, Amyotrophic lateral sclerosis, Attention Deficit Hyperactivity Disorders, ir-ritardament konjittiv u t-tfixkil tal-funzjonijiet motorji, perċettwali, tal-lingwaġġ u soċjoemozzjonali. Sejjer jinkludi wkoll il-puplesiji, l-uġigħat tar-ras u l-uġigħ kroniku (pereżempju Chronic Fatigue Syndrome u l-Fibromyalgia).

    (22)  COM 2005(484) ta' l-14 ta' Ottubru 2005 — Green paper: It-titjib tas-saħħa mentali tal-popolazzjoni. Lejn strateġija għall-Unjoni Ewropea dwar is-saħħa mentali. Ara: http://europa.eu.int/comm/health/ph_determinants/life_style/mental/green_paper/mental_gp_en.pdf

    (23)  Sistema elettronika ta' kif speċjalisti tas-saħħa jirreferu pazjenti għand speċjalisti oħra, inklużi każijiet fejn pazjenti jiġu riferuti barra minn pajjiżhom14.

    (24)  Irreferi għax-xogħol ta' riċerka li jinsab għadddej fil-qasam ta' l-istrateġiji għall-mobbiltà tal-pazjenti u t-titjib tal-kwalità.

    Ara: http://www.iese.edu/en/events/Projects/Health/Home/Home.asp u http://www.marquis.be/Main/wp1114091605/wp1119867442

    Irreferi wkoll għas-Sitt Programm ta' Qafas, Appoġġ Xjentifiku għall-Politiki, il-5 Sejħa, SSP-5A Oqsma 2.1 u 2.2 Ara: http://fp6.cordis.lu/index.cfm?fuseaction=UserSite.FP6ActivityCallsPage&ID_ACTIVITY=500

    (25)  Irreferi għall-Pjattaforma Teknoloġika dwar il-Mediċini Innovattivi. Ara: http://europa.eu.int/comm/research/fp6/index_en.cfm?p=1_innomed

    (26)  Fil-kunsiderazzjoni ta' azzjonijiet imwettqa fil-kuntest tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 141/2000 tas-16 ta' Diċembru 1999 dwar il-prodotti mediċinali orfni u l-attivitajiet tal-Kumitat dwar il-Prodotti Mediċinali Orfni ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

    (27)  Deċiżjoni 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Settembru 1998 dwar l-istabbiliment ta' network għas-sorveljanza epidemjoloġika u kontroll ta' mard li jixtered fil-Komunità (ĠU L 268, 3.10.1998, p. 1).

    2000/57/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Diċembru 1999 dwar is-sistema ta' twissija u tweġiba bikrija għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li jittieħed taħt id-Deċiżjoni 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2119/98/KE (innotifikata taħt in-numru ta' dokument C(1999) 4016) (ĠU L 21, 26.1.2000, p. 32).

    2000/96/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Diċembru 1999 dwar mard li jittieħed li għandu jiġi kopert b'mod progressiv fin-network tal-Komunità taħt id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (innotifikata taħt in-numru ta' dokument C(1999) 4015) (ĠU L 28, 3.2.2000, p. 50).

    2002/253/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi d-definizzjonijiet tal-każi għar-rapurtaġġ ta' mard li jinxtered fin-network tal-Komunità permezz tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (innotifikata taħt in-numru ta' dokument C(2002) 1043) (ĠU L 86, 3.4.2002, p. 44).

    (28)  Ara http://europa.eu.int/comm/health/ph_threats/Bioterrorisme/bioterrorism01_en.pdf

    (29)  Irreferi wkoll għall-Apoġġ Xjentifiku lill-Oqsma tal-Politika tas-6 Programm ta' Qafas, il-5 Sejħa, SSP-5B INFLUWENZA.

    Ara: http://fp6.cordis.lu/index.cfm?fuseaction=UserSite.FP6ActivityCallsPage&ID_ACTIVITY=500

    (30)  Ara http://www.who.int/gb/ebwha/pdf_files/WHA58/WHA58_3-en.pdf

    (31)  Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 li tistabbilixxi livelli stabbiliti ta' kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-iproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta' demm tal-bniedem u komponenti tad-demm u li temenda d-Direttiva 2001/83/KE (ĠU L 33, 8.2.2003, p. 30).

    (32)  Direttiva tal-Kummissjoni 2004/33/KE tat-22 ta' Marzu 2004 li timplimenta d-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ċerti ħtiġiet tekniċi tad-demm u l-komponenti tad-demm (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 91, 30.3.2004, p. 25).

    (33)  Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar l-iffissar ta' standards ta' kwalità u sigurezza għad-donazzjoni, ksib, ittestjar, proċessar, priservazzjoni, ħażna u tqassim ta' tessuti u ċelloli tal-bniedem (ĠU L 102, 7.4.2004, p. 48).

    (34)  Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2004/513/KE tat-2 ta' Ġunju 2004 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni ta' Qafas tal-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk, (ĠU L 213, 15.6.2004, p. 8).

    (35)  L-Istrateġija ta' l-UE dwar id-Drogi [2005-2012]. Ara http://europa.eu.int/comm/health/ph_determinants/life_style/keydo_drug_en.htm

    (36)  Il-Pjan ta' Azzjoni ta' l-UE dwar id-Drogi [2005-2008]. Ara http://europa.eu.int/comm/health/ph_determinants/life_style/keydo_drug_en.htm

    (37)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2003 dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara għas-saħħa relatati mad-dipendenza mid-drogi (ĠU L 165, 3.7.2003, p. 31).

    (38)  Approċċ koordinat għall-ġlieda kontra l-AIDS fl-Unjoni Ewropea u l-viċinat tagħha

    http://europa.eu.int/comm/health/ph_threats/com/aids/docs/ev_20040916_rd01_en.pdf

    (39)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Ġlieda kontra l-HIV/AIDS fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Pajjiżi Ġirien tagħha (għad trid tiġi adottata).

    (40)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Il-Pjan Ewropew ta' Azzjoni dwar l-Ambjent u s-Saħħa 2004-2010 COM (2004) 416 finali tad-9 ta' Ġunju 2004.

    Anness għall-Pjan ta' Ħidma 2006

    L-eliġibilità għall-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar u s-sussistenza

    Dawn l-indikazzjonijiet għandhom japplikaw għar-rimborż ta' l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar u ta' l-għajxien ta':

    staff impjegat mill-benefiċjarju (benefiċjarji prinċipali u assoċjati) għal għotjiet u esperti mistiedna mill-benefiċjarju biex jipparteċipaw fil-Gruppi ta' Ħidma;

    dawk l-ispejjeż meta jkunu espliċitament inklużi f'kuntratti ta' servizz.

    (1)   Benefiċċji fissi għas-sussistenza jkopru l-ispejjeż kollha ta' l-għajxien waqt il-missjonijiet, inklużi lukandi, ristoranti u trasport lokali (taksi u/jew trasport pubbliku). Dawn japplikaw għal kull ġurnata ta' missjoni f'distanza minima ta' 100 km mill-post normali tax-xogħol. Il-benefiċċju għas-sussistenza jvarja skond il-pajjiż fejn qiegħda ssir il-missjoni. Ir-rati ta' kuljum ikunu jikkorrispondu maż-żieda tal-benefiċċju ta' kuljum u l-prezz massimu tal-lukanda kif imbassar fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004)1313 (1) kif modifikata.

    (2)   Missjonijiet f'pajjiżi oħra barra l-25 ta' l-UE, pajjiżi li se jaderixxu, pajjiżi applikanti u pajjiżi ta' l-EFTA-ŻEE għandhom jitressqu approvazzjoni minn qabel mis-servizzi tal-Kummissjoni. Dan il-ftehim għandu jintrabat ma' l-għanijiet tal-missjoni, l-ispejjeż tagħha u l-għan tagħha.

    (3)   L-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar huma eliġibbli skond il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    vjaġġar fuq ir-rotta l-aktar diretta u l-aktar ekonomika;

    distanza ta' mhux inqas minn 100 km bejn il-post tal-laqgħa u l-post normali tax-xogħol;

    vjaġġar bil-ferrovija: l-ewwel klassi;

    vjaġġar bl-ajru: klassi ekonomika, sakemm ma tistax tintuża tariffa orħos (eż. Apex); l-ivvjaġġar bl-ajru huwa permess biss għal vjaġġi ta' ritorn ta' aktar minn 800 km;

    vjaġġar bil-karozza: rimborż abbażi ta' l-ekwivalenza tat-tariffa ta' l-ewwel klassi bil-ferrovija.


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004)1313 tas-7 ta' April 2004: Id-dispożizzjonijiet ġenerali għat-twettiq bl-adozzjoni tal-Gwida tal-missjonijiet għall-uffiċjali u impjegati oħra tal-Kummissjoni Ewropea.


    Top