Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0070

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 31 ta' Jannar 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2001/844/KE, ESC, Euratom

ĠU L 34, 7.2.2006, p. 32–33 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 131–132 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/03/2015; Revokat u sostitwit bi 32015D0444

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/70(1)/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

131


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta' Jannar 2006

li temenda d-Deċiżjoni 2001/844/KE, ESC, Euratom

(2006/70/KE, Euratom)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 218(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u partikolarment l-Artikolu 131 tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 21(1) u 41 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà jinsabu fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, ECSC, Euratom tad-29 ta' Novembru 2001 li temenda r-Regoli ta' Proċedura (1) interni tagħha.

(2)

Il-Kummissjoni ddeċidiet dwar numru ta' bidliet waqt li kienet qiegħda tqassam ir-responsabilitajiet fil-ħatra ta' dipartimenti u servizzi.

(3)

Id-definizzjonijiet fl-Anness tad-Deċiżjoni 2001/844/KE, ECSC, Euratom għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet relevanti fit-test.

(4)

It-test tar-regoli dwar is-sigurtà għandu jiġi emendat skond dan,

ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:

Artikolu 1

Ir-Regoli dwar is-sigurtà kif stipulati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2001/844/KE, ECSC, Euratom huma emendati kif ġej:

(1)

Fis-Sezzjoni 4.2(e) il-frażi “President tal-Kummissjoni” hija ssostitwita bil-frażi “Direttur tad-Direttorat tal-Kummissjoni dwar is-Sigurtà”.

(2)

Is-Sezzjoni 13 hija mibdula bit-test li ġej:

“13.   IL-BORD TAS-SIGURTÀ TAL-KUMMISSJONI

Għandu jitwaqqaf Bord tal-Kummissjoni għas-Sigurtà. Dan għandu jikkonsisti mid-Direttur Ġenerali għall-Amministrazzjoni u Personal, li jkun il-president, Membru tal-Kabinett tal-Kummissarju responsabbli mill-kwistjonijiet tas-sigurtà, Membru tal-Kabinett tal-President, id-Deputat Segretarju-Ġenerali li jippresjedi l-grupp ta' ġestjoni ta' kriżi, id-Diretturi Ġenerali tas-Servizz Legali, Relazzjonijiet Esterni, Ġustizzja, Ħelsien u Sigurtà, iċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka, Informatika u s-Servizz Intern ta' Verifika u d-Direttur tad-Direttorat tal-Kummissjoni dwar is-Sigurtà, jew ir-rappreżentanti tagħhom. Uffiċjali oħra tal-Kummissjoni jistgħu jiġu mistiedna. Ix-xogħol tal-Bord huwa li jassessja l-miżuri ta' sigurtà fi ħdan il-Kummissjoni u li jagħmel rakkomandazzjonijiet f'dan il-qasam lill-Membri tal-Kummissjoni responsabbli mill-kwistjonijiet ta' sigurtà.”

(3)

Fl-Appendiċi 2, il-kelma “President” hija ssostitwita b' “Membru tal-Kummissjoni responsabbli mill-kwistjonijiet ta' sigurtà”.

(4)

Fil-punt 10(c) ta' l-Appendiċi 4, “President” hija ssostitwita bid-“Direttur tal-Kummissjoni tad-Direttorat tas-Sigurtà”.

(5)

Fil-punt 7, ta' l-Appendiċi 5, “President” hija ssostitwita b' “Membru tal-Kummissjoni responsabbli mill-kwistjonijiet ta' sigurtà”.

(6)

Fit-test kollu tar-regoli dwar is-sigurtà u l-Appendiċi tiegħu:

a)

“Uffiċjal tal-Kummissjoni tas-Sigurtà” u “Servizz tal-Kummissjoni tas-Sigurtà” huma ssostitwiti b': “Direttorat tal-Kummissjoni dwar is-Sigurtà”

b)

“Kap ta' l-Uffiċċju tal-Kummissjoni għas-Sigurtà” hija ssostitwita bid-“Direttur tad-Direttorat tal-Kummissjoni għas-Sigurtà”.

(7)

Premessa ġdida hija miżjuda wara premessa (7) ta' l-Anness, li tgħid: “Dawn id-dispożizzjonijiet ma jaffettwawx l-Artikolu 286 tat-Trattat u r-Regolament (KE) 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-ħarsien ta' l-individwi f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità u dwar il-moviment ħieles ta' tali data.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, il-31 ta' Jannar 2006.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi President


(1)  ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2005/94/KE, Euratom (ĠU L 31, 4.2.2005, p. 66).


Top