EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R1073

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1073/2005 tas- 7 ta' Lulju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward IFRIC 2 Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 175, 8.7.2005, p. 3–11 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 287M, 18.10.2006, p. 85–93 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/12/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R1126

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1073/oj

18.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

85


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1073/2005

tas-7 ta' Lulju 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward IFRIC 2

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 3 (1) tiegħu,

Billi:

(1)

B’Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1725/2003 (2) ċertu standards internazzjonali li kienu jeżistu fl-14 ta’ Settembru 2002 kienu addottati.

(2)

Fis-17 ta’ Diċembru 2003 il-Bord Internazzjonali ta’ l-Istandard fil-Kontabilità (IASB) ippubblika Standard Internazzjonali tal-Kontabilità riveduti (IAS) 32 Strumenti Finanzjarji: Wiri u Preżentazzjoni. IAS 32 jistabbilixxi prinċipji bażiċi għall-klassifikazzjoni ta’ l-istrumenti bħala responsabbilitajiet jew ekwità u kienu addottati mill-Kummissjoni Ewropea permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2237/2004 (3) kif fid-29 ta’ Diċembru 2004.

(3)

Wara diskussjonijiet bilaterali mar-rapreżentanti tad-dinja kooperattiva u minħabba talba mill-Kummissjoni, l-IASB stieden lill-Kumitat ta’ l-Interpretazzjoni tar-Rapportaġġ Finanzjarju Internazzjoni (IFRIC), biex jiżviluppa interpretazzjoni biex jiffaċilita l-applikazzjoni ta’ l-IAS 32 riveduti.

(4)

IFRIC 2 Entitajiet Kooperattivi fl-Ishma tal-Membri u Strumenti Simili kienu ippubblikat fil-25 ta’ Novembru 2004. L-Interpretazzjoni tikkjarifika li l-klassifikazzjonijiet ta’ l-ishma tal-membri bħala responsabbilitajiet finanzjarji jew bħala ekwità jiddependu fuq il-karatteristiċi tat-tali ishma, speċjalment il-fatturi tar-ridenzjoni. Id-data effettiva għall-applikazzjoni ta’ din l-interpretazzjoni hi l-istess għal IAS 32, kif diġà indikat fil-Preambolu (3) tar-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 2237/2004 tad-29 ta’ Diċembru 2004 li jaddotta IAS 32.

(5)

Il-konsultazzjoni ma’ l-esperti tekniċi fil-qasam jgħinu dik l-Interpretazzjoni 2 tal-IFRIC 2 Entitajiet Kooperattiva fl-Ishma Simili u Strumenti Simili jilqgħu il-kriterja teknika għall-addozzjoni stabbilita fl-Artikolu 3 (2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1725/2003 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(7)

Din l-emenda għandha b’mod eċċezzjonali tidħol fis-seħħ għas-sena finanzjarja tal-kumpanija li tibda fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2005, jiġifieri f'mument qabel il-pubblikazzjoni ta' dan ir-regolament. L-applikazzjoni retropettiva hi eċċezzjonalment ġustifikata biex tgħin il-kooperattivi fil-preparazzjonijiet tal-kontijiet b’mod konformi ma’ l-IAS 32, kif meħtieġ mill-IFRIC 2, u kif il-kumpaniji konċernati għandhom leġittament jistennew it-tali applikazzjoni diġà fil-punt ta’ l-addozzjoni ta’ l-IAS 32.

(8)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju tal-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1725/2003 hu emendat kif gej:

It-test ta’ l-Interpretazzjoni IFRIC 2 Entitajiet Kooperattivi fl-Ishma tal-Membri u Strumenti Simili stabbiliti fl-anness għar-Regolament, hu mdaħħal.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Hu għandu japplika għal kull sena finanzjarja tal-kumpanija li tibda, l-aktar tard, fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2005 mill-iktar tard.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar is-7 ta' Lulju 2005.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 243, 11.9.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 261, 13.10.2003, p. 1. Regolament kif emendat bir-Reglament (KE) Nru 211/2005 (ĠU L 41, 11.2.2005, p. 1).

(3)  ĠU L 393, 31.12.2004, p. 1.


ANNESS

STANDARDS TA’ RAPPORTAĠĠ FINANZJARJI INTERNAZZJONALI

IFRIC 2

Ishma tal-Membri fl-Entitajiet Kooperattivi u Stumenti Simili

“Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha huma riservati barra iż-ŻEE, ħlief bl-eċċezzjoni għar-riproduzzjoni għal skopijiet ta’ użu personali jew mezz ta’ kummerċ ieħor ġust. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn IASB f’ www.iasb.org.uk”

INTERPRETAZZJONI IFRIC 2

Ishma tal-Membri f'Entitajiet Kooperativi u Strumenti Simili

Referenzi

IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Żvelar u Preżentazzjoni (kif rivedut fl-2003)

IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl (kif rivedut fl-2003)

Sfond

1

Kooperativi u entitajiet simili oħrajn jiġu ffurmati minn gruppi ta' persuni biex jissoddisfaw ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali komuni. Il-liġijiet nazzjonali tipikament jiddefinixxu kooperativa bħala soċjetà qed tipprova tippromwovi l-avvanz ekonomiku tal-membri tagħha permezz ta' operazzjoni konġunta ta' negozju (il-prinċipju li wieħed jgħin ruħu). L-interessi tal-membri f'kooperativa ta' spiss huma kkaratterizzati bħala ishma tal-membri, unitajiet jew affarijiet simili, u nirreferu għalihom hawn taħt bħala “ishma tal-membri”.

2

IAS 32 jistabbilixxi prinċipji għall-klassifikazzjoni ta' strumenti finanzjarji bħala obbligazzjonijiet finanzjarji jew valur proprjetarju. B'mod partikulari, dawk il-prinċipji japplikaw għall-klassifikazzjoni ta' strumenti puttable li jippermettu lid-detentur biex jagħmel put ta' dawk l-istrumenti lill-emittent għall-flus jew għal strument ieħor finanzjarju. L- applikazzjoni ta' dawk il-prinċipji għall-ishma tal-membri f'entitajiet kooperativi u strumenti simili hi diffiċli. Xi kostitwenti tal-Bord Internazzjonali ta’ l-Istandards tal-Kontabilità talbu l-għajnuna biex jifhmu kif il-prinċipji f'IAS 32 japplikaw għal ishma tal-membri u strumenti simili li għandhom ċerti karatteristiċi, iċ-ċirkustanzi li fihom dawk il-karatteristiċi jaffettwaw il-klassifikazzjoni bħala obbligazzjonijiet jew valur proprjetarju.

Ambitu

3

Din l-Interpretazzjoni tapplika għal strumenti finanzjarji fl-ambitu ta' IAS 32, li jinkludi strumenti finanzjarji maħruġa għall-membri ta' entitajiet kooperattivi li juru evidenza ta' l-interess proprjetarju tal-membri fl-entità. Din l- Interpretazzjoni ma tapplikax għal strumenti finanzjarji li ser jiġu saldati, jew jistgħu jiġu saldati, fi strumenti azzjonarji ta' l-entità stess.

Tema

4

Diversi strumenti finanzjarji, li jinkludu l-ishma tal-membri, għandhom karatteristiċi ta' valur proprjetarju, li jinkludu drittijiet tal-vot u drittijiet ta' parteċipazzjoni f'distribuzzjoni ta' dividendi. Xi strumenti finanzjarji jagħtu lid-detentur id-dritt li jitlob il-fidi għal flus jew għal xi assi finanzjarju ieħor, iżda jistgħu jinkludu jew ikunu suġġetti għal-limiti fuq kif l-istrumenti finanzjarji ser jiġu mifdija. Dawk it-termini tal-fidi kif għandhom jiġu evalwati biex jiddeterminaw jekk l-istrumenti finanzjarji għandomx jiġu kklasifikati bħala obbligazzjonijiet jew valur proprjetarju?

Kunsens

5

Id-dritt kuntrattwali tad-detentur ta' strument finanzjarju (li jinkludi ishma tal-membri f'entitajiet kooperativi) biex jitlob il-fidi, fih innifsu ma jeħtieġx li strument finanzjarju jiġi kklassifikat bħala obbligazzjoni finanzjarja. Minflok, l-entità trid tikkunsidra t-termini u l-kondizzjonijiet kollha ta' l-istrument finanzjarju fid-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni tiegħu bħala obbligazzjoni finanzjarja jew valur proprjetarju. Dawk it-termini u kondizzjonijiet jinkludu l-liġijiet jew regolamenti rilevanti lokali u l-istatut li jiggverna l-entità li jkun fis-seħħ fid-data tal-klassifikazzjoni, iżda mhux l-emendi futuri mistennija għal dawk il-liġijiet, regolamenti jew statut.

6

L-ishma tal-membri li kienu jiġu kklassifikati bħala valur propretarju li kieku l-membri ma kellhomx id-dritt li jitolbu l-fidi, huma valur propretarju jekk xi waħda mill-kondizzjonijiet deskritti f'paragrafi 7 u 8 hi preżenti. Depożiti ta' bla avviż, li jinkludu kontijiet kurrenti, kontijiet tad-depożitu u kuntratti simili li jirriżultaw meta l-membri jaġixxu bħala klijienti, huma obbligazzjonijiet finanzjarji ta' l-entità.

7

L-ishma tal-membri huma valur proprjetarju jekk l-entità għandha dritt mhux kondizzjonali li tirrifjuta l-fidi ta' l-ishma tal-membri.

8

Il-liġi jew regolament lokali, jew l-istatut li jiggverna l-entità jista' jimponi diversi tipi ta' projbizzjonijiet fuq il-fidi ta' ishma tal-membri, eż. projbizzjonijiet mhux kondizzjonali jew projbizzjonijiet ibbażati fuq il-kriterji tal-likwidità. Jekk il-fidi hu pprojbit b'mod mhux kondizzjonali mil-liġi jew regolament lokali jew mill-istatut li jiggverna l-entità, l-ishma tal-membri huma valur proprjetarju. Madankollu, id-dispożizzjonijiet fil-liġi jew regolament lokali jew fl-istatut li jiggverna l-entità li jipprojbixxu l-fidi biss jekk il-kondizzjonijiet — bħala restrizzjonijiet tal-likwidità — jiġu soddisfatti (jew ma jiġux soddisfatti) ma jwasslux biex l-ishma tal-membri jkunu ttratti bħala valur proprjetarju.

9

Projbizzjoni mhux kondizzjonali tista' tkun assoluta, fis-sens li l-fidi kollu jkun ipprojbit. Projbizzjoni mhux kondizzjonali tista' tkun parzjali, fis-sens li tipprojbixxi l-fidi ta' ishma tal-membri jekk il-fidi jkun ser jikkawża li n-numru ta' ishma tal-membri jew l-ammont tal-kapital imħallas minn ishma tal-membri jaqa' taħt livell speċifiku. Ishma tal-membri 'l fuq mill-eċċess tal-projbizzjoni kontra l-fidi huma obbligazzjonijiet ħlief jekk l-entità għandha d-dritt mhux kondizzjonali li tirrifjuta l-fidi kif deskritt f'paragrafu 7. F'xi każijiet, in-numru ta' ishma jew l-ammont ta' kapital imħallas suġġett għal projbizzjoni ta' fidi jista' jinbidel minn żmien għal żmien. Bidla bħal din fil-projbizzjoni tal-fidi twassal għal trasferiment bejn obbligazzjonijiet finanzjarji u valur proprjetarju.

10

Fir-rikonoxximent inizjali, l-entità għandha tkejjel l-obbligazzjoni finanzjarja tagħha għal fidi skond il-valur ġust. Fil-każ ta' ishma tal-membri b'karatteristika ta' fidi, l-entità tkejjel il-valur ġust ta' l-obbligazzjoni finanzjarja għal fidi f'mhux inqas mill-ammont massimu pagabbli skond id-dispożizzjonijiet tal-fidi ta' l-istatut li jiggvernaha jew il-liġi applikabbli skontat mill-ewwel data li l-ammont jista' jkun meħtieġ li jitħallas (ara eżempju 3).

11

Kif meħtieġ minn paragrafu 35 ta' IAS 32, id-distribuzzjonijiet lid-detenturi ta' strumenti ta' l-ishma huma rikonoxxuti direttament f'valur proprjetarju, netti minn kwalunkwe benefiċċji tat-taxxa fuq id-dħul. Imgħax, dividendi u redditi oħrajn marbuta ma' strumenti finanzjarji kklassifikati bħala obbligazzjonijiet finanzjarji huma spejjeż, mingħajr ma jingħata kas jekk dawk l-ammonti mħallsa humiex legalment ikkaratterizzati bħala dividendi, imgħax jew xiħaġa oħra.

12

L-Appendiċi, li hi parti integrali mill-kunsens, tipprovdi eżempji ta' l-applikazzjoni ta' dan il-kunsens.

Żvelar

13

Meta bidla fil-projbizzjoni tal-fidi twassal għal trasferiment bejn obbligazzjonijiet finanzjarji u valur proprjetarju, l-entità għandha tiżvela separatament l-ammont, l-għażla taż-żmien u r-raġuni għat-trasferiment.

Data effettiva

14

Id-data effettiva u l-ħtiġijiet tat-transizzjoni ta' din l-Interpretazzjoni huma l-istess bħal dawk għal IAS 32 (kif rivedut fl-2003). Entità għandha tapplika din l-Interpretazzjoni għall-perijodi annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar, 2005, jew wara. Jekk entità tapplika din l-Interpretazzjoni għal perijodu li jibda qabel l-1 ta' Jannar, 2005, għandha tiżvela dak il-fatt. Din l-Interpretazzjoni għandha tiġi applikata b'mod retrospettiv.

Appendiċi

EŻEMPJI TA' L-APPLIKAZZJONI TAL-KUNSENS

Din l-appendiċi hija parti integrali mill-Interpretazzjoni.

A1

Din l-appendiċi tagħti seba' eżempji ta' l-applikazzjoni tal-kunsens ta' l-IFRIC. L-eżempji ma jikkostitwixxux lista eżawrjenti; jistgħu jeżistu fatti oħrajn. Kull eżempju jassumi li m'hemmx kondizzjonijiet oħrajn ħlief dawk murija fil-fatti ta' l-eżempju li jkunu jeħtieġu li l-istrument finanzjarju jiġi kklassifikat bħala obbligazzjoni finanzjarja.

DRITT MHUX KONDIZZJONALI LI TIRRIFJUTA L-FIDI (paragrafu 7)

Eżempju 1

Fatti

A2

L-istatut ta' l-entità jiddikjara li l-fidi jsir fid-diskrezzjoni unika ta' l-entità. L-istatut ma jipprovdix elaborazzjoni jew limitazzjoni ulterjuri dwar dik id-diskrezzjoni. Fl-istorja tagħha, l-entità qatt ma rrifjutat li tifdi l-ishma tal-membri, għalkemm il-bord ta' l-amministrazzjoni għandu d-dritt li jagħmel hekk.

Klassifikazzjoni

A3

L-entità għandha d-dritt mhux kondizzjonali li tirrifjuta l-fidi u l-ishma tal-membri huma valur proprjetarju. IAS 32 jistabbilixxi prinċipji għall klassifikazzjoni li huma bbażati fuq it-termini ta' l-istrument finanzjarju u jinnota li storja ta' pagamenti diskrezzjonali, jew l-intenzjoni li jsiru pagamenti diskrezzjonali, ma jikkaġunawx li ssir klassifikazzjoni bħala obbligazzjoni. Paragrafu AG26 ta' IAS 32 jiddikjara:

Meta ishma privileġġjati ma jkunux tat-tip li jistgħu jinfdew, il-klassifikazzjoni xierqa tagħhom hi ddeterminata bid-drittijiet l-oħra li huma marbuta magħhom. Il-klassifikazzjoni hi bbażata fuq stima tas-sustanza ta' l-arranġamenti kuntrattwali u d-definizzjonijiet ta' l-obbligazzjoni finanzjarja u ta' l-istrument ta' valur proprjetarju. Meta distribuzzjonijiet għal detenturi ta' ishma privileġġjati, kemm jekk kumulattivi jew mhux-kumulattivi, huma fid-diskrezzjoni ta' l-emittent, l-ishma huma strumenti azzjonarji. Il-klassifikazzjoni ta' sehem privileġġjat bħala strument azzjonarju jew obbligazzjoni finanzjarja ma tiġix affettwata minn, per eżempju:

(a)

storja ta' għoti ta' distribuzzjonijiet;

(b)

intenzjoni li jsiru distribuzzjonijiet fil-futur;

(ċ)

l-impatt negattiv li jista’ jkun hemm fuq il-prezz ta' l-ishma ordinarji ta' l-emittent jekk distribuzzjonijiet ma jsirux (minħabba restrizzjonijiet fuq ħlas ta' dividendi fuq l-ishma ordinarji jekk ma jitħallsux dividendi fuq l-ishma privileġġjati);

(d)

l-ammont ta' riżervi ta' l-emittent;

(e)

l-istennija ta' l-emittent ta' qligħ jew telf għall-perijodu; jew

(f)

l-abbiltà jew l-inabbiltà ta' l-emittent li jinfluwenza l-ammont tal-qligħ jew telf tiegħu għall-perijodu.

Eżempju 2

Fatti

A4

L-istatut ta' l-entità jiddikjara li l-fidi jsir fid-diskrezzjoni unika ta' l-entità. Madankollu, l-istatut jiddikjara addizzjonalment li l-approvazzjoni ta' talba għal fidi hi awtomatika ħlief jekk l-entità ma tkunx kapaċi tagħmel il-pagamenti mingħajr ma tikser ir-regolamenti lokali dwar il-likwidità jew ir-riżervi.

Klassifikazzjoni

A5

L-entità m'għandhiex id-dritt mhux kondizzjonali li tirrifjuta l-fidi u l-ishma tal-membri huma obbligazzjoni finanzjarja. Ir-restrizzjonijiet deskritti hawn fuq huma bbażati fuq l-abbiltà ta' l-entità li tħallas l-obbligazzjoni tagħha. Huma jirrestrinġu l-fidi biss jekk il-likwidità jew ħtiġijiet tar-riżervi ma jkunux soddisfatti u dan isir biss meta huma jkunu soddisfatti. Għalhekk, taħt il-prinċipji stabbiliti f'IAS 32, huma ma jwasslux għall-klassifikazzjoni ta' l-istrument finanzjarju bħala valur proprjetarju. Paragrafu AG25 ta' IAS 32 jiddikjara:

Ishma privileġġjati jistgħu jinħarġu b'diversi drittijiet. Fid-determinazzjoni ta' jekk sehem privileġġjat hu obbligazzjoni finanzjarja jew strument azzjonarju, emittent jagħmel stima tad-drittijiet partikulari li jkollu s-sehem biex jiġi ddeterminat jekk hu jesibixxix il-karatteristika fundamentali ta' obbligazzjoni finanzjarja. Per eżempju, sehem privileġġjat li jippermetti għal fidi f'data speċifika jew meta jiddeċiedi d-detentur fih obbligazzjoni finanzjarja minħabba li l-emittent għandu l-obbligu li jittrasferixxi l-assi finanzjarji lid-detentur tas-sehem. L-inabbiltà potenzjali ta' emittent li jissoddisfa obbligu biex jinfeda sehem privileġġjat meta jkun meħieġ li jagħmel hekk kuntrattwalment, kemm minħabba nuqqas ta' fondi, restrizzjoni statutorja, jew qligħ jew riżervi insuffiċjenti, ma tinnegax dan l-obbligu. [Enfasi miżjuda]

PROJBIZZJONIJIET KONTRA FIDI (paragrafi 8 u 9)

Eżempju 3

Fatti

A6

Entità kooperativa ħarġet ishma għal membri tagħha f'dati differenti u f'ammonti differenti fil-passat, kif ġej:

(a)

1 ta' Jannar, 20x1 100 000 sehem ta' CU10 kull wieħed (CU 1 000 000);

(b)

1 ta' Jannar, 20x2, 100 000 sehem ta' CU 20 kull wieħed (CU 2 000 000 addizzjonali, biex it-total ta' ishma maħruġa hu ta' CU 3 000 000).

L-ishma jistgħu jinfdew mingħajr avviż fl-ammont li fihom inħarġu.

A7

L-istatut ta' l-entità jiddikjara li fidi kumulattiv ma jistax jaqbeż l-20 fil-mija ta' l-ogħla numru ta' ishma tal-membri tagħha li qatt kienu pendenti. Fil-31 ta' Diċembru 20x2, l-entità kellha 200 000 sehem pendenti, li hu l-ogħla numru ta' ishma tal-membri tagħha li qatt kienu pendenti, u l-ebda sehem ma kien mifdi fil-passat. Fl-1 ta' Jannar, 20x3, l-entità temenda l-istatut li jiggvernaha u żżid il-livell permess ta' fidi kumulattiv għal 25 fil-mija ta' l-ogħla numru ta' ishma tal-membri tagħha li qatt kienu pendenti.

Klassifikazzjoni

Qabel l-istatut li jiggverna ikun emendat

A8

Ishma tal-membri 'l fuq mill-eċċess tal-projbizzjoni kontra l-fidi huma obbligazzjonijiet finanzjarji. Fir-rikonoxximent inizjali l-entità kooperativa tkejjel din l-obbligazzjoni finanzjarja skond il-valur ġust. Minħabba li dawn l-ishma jistgħu jinfdew mingħajr avviż, l-entità kooperativa tiddetermina l-valur ġust ta' obbligazzjonijiet finanzjarji bħal dawn kif meħtieġ minn paragrafu 49 ta' IAS 39, li jiddikjara: “Il-valur ġust ta' obbligazzjoni finanzjarja b'karatteristika ta' ġbid bla avviż (eż. depożitu bla avviż) ma jkunx inqas mill-ammont pagabbli bla avviż …” Għaldaqstant, l-entità kooperativa tikklassifika bħala obbligazzjonijiet finanzjarji l-ammont massimu pagabbli bla avviż taħt id-dispożizzjonijiet tal-fidi.

A9

Fl-1 ta' Jannar, 20x1, l-ammont massimu pagabbli taħt id-dispożizzjonijiet tal-fidi hu ta' 20 000 sehem ta' CU10 kull wieħed u għaldaqstant l-entità tikklassifika CU 200 000 bħala obbligazzjoni finanzjarja u CU 800 000 bħala valur proprjetarju. Madankollu, fl-1 ta' Jannar, 20x2, minħabba l-ħruġ ġdid ta' ishma ta' CU20, l-ammont massimu pagabbli taħt id-dispożizzjonijiet tal-fidi jiżdied għal 40 000 sehem ta' CU20 kull wieħed. Il-ħruġ ta' ishma addizzjonali ta' CU20 joħloq obbligazzjoni ġdida li jitkejjel fir-rikonoxximent inizjali skond il-valur ġust. L-obbligazzjoni wara li dawn l-ishma jkunu nħarġu hi ta' 20 fil-mija ta' l-ishma totali li nħarġu (200 000), imkejjel b'CU 20, jew CU 800 000, Dan jeħtieġ rikonoxximent ta' obbligazzjoni addizzjonali ta' CU 600 000, F'dan l-eżempju l-ebda qligħ jew telf mhu rikonoxxut. Għaldaqstant l-entità issa tikklassifika CU 800 000 bħala obbligazzjonijiet finanzjarji u CU 2 200 000 bħala valur proprjetarju. Dan l-eżempju jassumi li dawn l-ammonti ma jinbidlux bejn l-1 ta' Jannar, 20x1, u l-31 ta' Diċembru, 20x2.

Wara li l-istatut li jiggverna jiġi emendat

A10

Wara l-bidla fl-istatut li jiggvernaha, l-entità kooperativa issa tista' tkun meħtieġa li tifdi massimu ta' 25 fil-mija ta' l-ishma pendenti tagħha jew massimu ta' 50 000 ishma ta' CU20 kull wieħed. Għaldaqstant, fl-1 ta' Jannar, 20x3, l-entità kooperativa tikklassifika bħala obbligazzjonijiet finanzjarji, ammont ta' CU 1 000 000, li hu l-ammont massimu li jista' jitħallas mingħajr avviż taħt id-dispożizzjonijiet tal-fidi, kif iddeterminat b'konformità ma' paragrafu 49 ta' IAS 39. Għalhekk hi tittrasferixxi fl-1 ta' Jannar, 20x3, minn valur proprjetarju għal obbligazzjonijiet finanzjarji, ammont ta' CU 200 000, u tħalli CU 2 000 000 ikklassifikati bħala valur proprjetarju. F'dan l-eżempju l-entità ma tirrikonoxxix qligħ jew telf waqt it-trasferiment.

Eżempju 4

Fatti

A11

Il-liġi lokali li tiggverna l-operazzjonijiet tal-kooperativi, jew it-termini ta' l-istatut li jiggverna l-entità, jipprojbixxu entità milli tifdi l-ishma tal-membri jekk, bil-fidi tagħhom, hi tkun ser tnaqqas il-kapital imħallas minn ishma tal-membri taħt il-75 fil-mija ta' l-ogħla ammont ta' kapital imħallas minn ishma tal-membri. L-ogħla ammont għal kooperativa partikulari hu ta' CU 1 000 000. Fid-data tal-karta tal-bilanċ il-kapital imħallas hu ta' CU 900 000.

Klassifikazzjoni

A12

F'dan il-każ, CU 750 000 ikunu kklassifikati bħala valur proprjetarju u CU 150 000 ikunu kklassifikati bħala obbligazzjonijiet finanzjarji. Minbarra l-paragrafi li diġà ssemmew, paragrafu 18(b) ta' IAS 32 jiddikjara parzjalment:

… strument finanzjarju li jagħti lid-detentur id-dritt li jagħtih lura lill-emittent biex jingħata flus jew xi assi finanzjarju ieħor (“strument puttable”) hu obbligazzjoni finanzjarja. Dan ikun hekk ukoll meta l-ammont ta' flus kontanti jew assi finanzjarji oħrajn jiġu ddeterminati fuq il-bażi ta' indiċi jew xi entrata oħra li għandha l-potenzjal li żżid jew tnaqqas, jew meta l-forma legali ta' l-istrument puttable tagħti lid-detentur id-dritt għal interess residwu fl-assi ta' l-emittent. L-eżistenza ta' opzjoni għad-detentur biex jagħti l-istrument lura lill-emittent biex jingħata flus jew xi assi finanzjarju ieħor tfisser li l-istrument puttable jissoddisfa d-definizzjoni ta' obbligazzjoni finanzjarja.

A13

Il-projbizzjoni tal-fidi deskritta f'dan l-eżempju hi differenti mir-restrizzjonijiet deskritti f'paragrafi 19 u AG25 ta' IAS 32. Dawk ir-restrizzjonijiet huma limitazzjonijiet fuq l-abbiltà ta' l-entità li tħallas l-ammont dovut fuq obbligazzjoni finanzjarja, i.e. huma jimpedixxu l-pagament ta' l-obbligazzjoni biss jekk il-kondizzjonijiet speċifiċi jiġu soddisfatti. B'kuntrast ma' dan, dan l-eżempju jiddeskrivi projbizzjoni mhux kondizzjonali fuq il-fidi 'l fuq minn ammont speċifiku, mingħajr ma jingħata kas ta' l-abbiltà ta' l-entità li tifdi ishma tal-membri (eż. meta wieħed jieħu kont tar-riżorsi ta' flus, qligħ jew riżervi li jistgħu jitqassmu). Fil-fatt, il-projbizzjoni kontra l-fidi timpedixxi lill-entità milli ġġarrab xi obbligazzjoni finanzjarja biex tifdi iktar minn ammont speċifiku ta' kapital imħallas. Għalhekk, il-porzjon ta' ishma suġġetti għal projbizzjoni tal-fidi mhux obbligazzjoni finanzjarja. Filwaqt li l-ishma ta' kull membru jistgħu jinfdew individwalment, porzjon ta' l-ishma totali pendenti ma jista’ jinfeda taħt l-ebda ċirkustanza, ħlief fil-każ tax-xoljiment ta' l-entità.

Eżempju 5

Fatti

A14

Il-fatti ta' dan l-eżempju huma kif deskritti f'eżempju 4. Ma' dan, fid-data tal-karta tal-bilanċ, il-ħtiġijiet tal-likwidità imposti fil-ġurisdizzjoni lokali, jimpedixxu lill-entità milli tifdi xi ishma tal-membri ħlief jekk il-pussess tagħha ta' flus kontanti u investimenti għal żmien qasir huma ikbar minn ammont speċifiku. L-effett ta' dawn il-ħtiġijiet tal-likwidità fid-data tal- karta tal-bilanċ hu li l-entità ma tistax tħallas iktar minn CU 50 000 biex tifdi l-ishma tal-membri.

Klassifikazzjoni

A15

Bħal f'eżempju 4, l-entità tikklassifika CU 750 000 bħala valur proprjetarju u CU 150 000 bħala obbligazzjoni finanzjarja. Dan hu minħabba li l-ammont ikklassifikat bħala obbligu hu bbażat fuq id-dritt mhux kondizzjonali ta' l-entità li tirrifjuta l-fidi u mhux fuq restrizzjonijiet kondizzjonali li jimpedixxu l-fidi biss jekk il-likwidità jew kondizzjonijiet oħrajn ma jkunux soddisfatti, u dan isir biss meta huma jkunu soddisfatti. Il- dispożizzjonijiet ta' paragrafi 19 u AG25 ta' IAS 32 japplikaw f'dan il-każ.

Eżempju 6

Fatti

A16

L-istatut li jiggverna l-entità jipprojbixxilha li tifdi ishma tal-membri, ħlief sal-punt tar-rikavat irċevut mill-ħruġ ta' ishma addizzjonali għal membri ġodda jew membri eżistenti matul it-tliet snin ta' qabel. Ir-rikavat mill-ħruġ ta' ishma tal-membri jrid jiġi applikat biex jinfdew dawk l-ishma li għalihom il-membri kienu talbu l-fidi. Matul it-tliet snin ta' qabel, ir-rikavat mill-ħruġ ta' ishma tal-membri kien ta' CU 12 000 u l-ebda ishma tal-membri ma kienu mifdija fil-passat.

Klassifikazzjoni

A17

L-entità tikklassifika CU 12 000 ta' l-ishma tal-membri bħala obbligazzjonijiet finanzjarji. B'mod konsistenti mal-konklużjonijiet deskritti f'eżempju 4, l-ishma tal-membri suġġetti għal projbizzjoni mhux kondizzjonali kontra l-fidi, mhumiex obbligazzjonijiet finanzjarji. Projbizzjoni mhux kondizzjonali bħal din tapplika għal ammont li hu daqs ir-rikavat ta' l-ishma maħruġa qabel it-tliet snin preċedenti, u għaldaqstant, dan l-ammont hu kklassifikat bħala valur proprjetarju. Madankollu, ammont li hu daqs l-ammont tar-rikavat minn kwalunkwe ishma maħruġa fit-tliet snin ta' qabel, ma jkunx suġġett għal projbizzjoni mhux kondizzjonali fuq il-fidi. Għaldaqstant, ir-rikavat mill-ħruġ ta' ishma tal-membri fit-tliet snin ta' qabel, joħloq obbligazzjonijiet finanzjarji sakemm dawn ma jkunux iktar disponibbli għal fidi ta' ishma tal-membri. Bħala riżultat, l-entità għandha obbligazzjoni finanzjarja li hu daqs ir-rikavat ta' ishma maħruġa matul it-tliet snin ta' qabel, netti minn kwalunkwe fidi matul il-perijodu.

Eżempju 7

Fatti

A18

L-entità hi bank kooperativ. Il-liġi lokali li tiggverna l-operat tal-banek kooperativi tgħid li mill-inqas 50 fil-mija ta' “l-obbligazzjonijiet pendenti” (terminu definit fir-regolamenti biex jiġu inklużi l-kontijiet ta' l-ishma tal-membri) totali ta' l-entità għandhom ikunu fis-sura ta' kapital imħallas tal-membri’. L-effett tar-regolament hu li jekk l-obbligazzjonijiet pendenti kollha tal-kooperativa jkunu fis-sura ta' ishma tal-membri, hi tkun kapaċi li tifdihom kollha. Fil-31 ta' Diċembru, 20x1, l-entità għandha obbligazzjonijiet pendenti totali ta' CU 200 000, li minnhom CU 125 000 jirrappreżentaw il-kontijiet ta' l-ishma tal-membri. It-termini tal-kontijiet ta' l-ishma tal-membri jippermettu lid-detentur li jifdihom mingħajr avviż u m'hemmx limitazzjonijiet fuq il-fidi fl-istatut ta' l-entità.

Klassifikazzjoni

A19

F'dan l-eżempju l-ishma tal-membri huma kklassifikati bħala obbligazzjonijiet finanzjarji. Il- projbizzjoni tal-fidi hi simili għar-restrizzjonijiet deskritti f'paragrafi 19 u AG25 ta' IAS 32. Ir-restrizzjoni hi limitazzjoni kondizzjonali fuq l-abbiltà ta' l-entità li tħallas l-ammont dovut fuq obbligazzjoni finanzjarja, i.e. huma jimpedixxu l-ħlas ta' l-obbligazzjoni biss jekk kondizzjonijiet speċifiċi jiġu soddisfatti. B'mod iktar speċifiku, l-entità tista' tkun meħtieġa li tifdi l-ammont kollu ta' ishma tal-membri (CU 125 000) jekk hi tħallas l-obbligazzjonijiet l-oħrajn kollha tagħha (CU 75 000). Konsegwentement, il-projbizzjoni kontra l-fidi ma timpedixxix lill-entità milli ġġarrab obbligazzjoni finanzjarja biex tifdi aktar minn numru speċifiku ta' ishma tal-membri jew ammont ta' kapital imħallas. Din tippermetti lill-entità biss li tiddifferixxi l-fidi sakemm kondizzjoni tiġi soddisfatta, i.e. il-ħlas mill-ġdid ta' obbligazzjonijiet oħrajn. Ishma tal-membri f'dan l-eżempju mhumiex suġġetti għal projbizzjoni mhux kondizzjonali kontra l-fidi u huma għalhekk ikklassifikati bħala obbligazzjonijiet finanzjarji.


Top