Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005H0253

    Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat- 8 ta’ Marzu 2005 li tikkonċerna l-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew ta' Żvilupp (Id-Disa' EDF) għas-sena finanzjarja 2005

    ĠU L 77, 23.3.2005, p. 11–11 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 273–273 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2005/253/oj

    13.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    273


    RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

    tat-8 ta’ Marzu 2005

    li tikkonċerna l-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew ta' Żvilupp (Id-Disa' EDF) għas-sena finanzjarja 2005

    (2005/253/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija ta' l-ACP-KE, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1)

    Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni ta' l-għajnuna tal-Komunità taħt il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta' Sħubija ta' l-ACP-KE (2) li jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, id-Disa' Fond Ewropew ta' Żvilupp (Id-Disa' EDF), u partikolarment l-Artikolu 32(3) ta' dak il-Ftehim,

    Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-9 Fond Ewropew ta' Żvilupp (3), u partikolarment l-Artikoli 96 sa 103 tiegħu,

    Wara li eżamina il-kont tad-dħul u ta' l-infiq u l-balance sheet relatati ma' l-operazzjonijiet tad-Disa' EDF kif kienu fil-31 ta' Diċembru 2003 u r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri li jikkonċerna s-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (4),

    (1)

    Billi skond l-Artikolu 32(3) ta' l-imsemmi Ftehim Intern, il-kwittanza għall-immaniġġjar finanzjarju tad-Disa' EDF irid jingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

    (2)

    Billi l-implimentazzjoni totali mill-Kummissjoni ta' l-operazzjonijiet tad-Disa' EDF matul is-sena finanzjarja 2003 kienet sodisfaċenti,

    B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tad-Disa' EDF għas-sena finanzjarja 2003.

    Magħmula fi Brussel, nhar it-8 ta’ Marzu 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J.-C. JUNCKER


    (1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

    (2)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

    (3)  ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.

    (4)  ĠU C 293, 30.11.2004, p. 315.


    Top