Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005E0146

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2005/146/PESK tal- 21 ta’ Frar 2005 li testendi l-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

ĠU L 49, 22.2.2005, p. 30–30 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 138–138 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/02/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2005/146/oj

13.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

138


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2005/146/PESK

tal-21 ta’ Frar 2005

li testendi l-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-19 ta' Frar 2004 l-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK (1) li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe għal perijodu ta' 12-il xahar mill-21 ta' Frar 2004.

(2)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe l-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK għandha tiġi mġedda għal perijodu ieħor ta' 12-il xahar,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK għandha tiġi estiża sa l-20 ta' Frar 2006. Hija se tiġi eżaminata mill-ġdid fid-dawl ta' l-elezzjonijiet leġislattivi li se jseħħu fiż-Żimbabwe f'Marzu 2005.

Artikolu 2

Din il-Pożizzjoni Komuni għandu jkollha effett mid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, nhar il-21 ta’ Frar 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  ĠU L 50, 20.2.2004, p. 66.


Top