This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0964
2005/964/EC: Council Decision of 21 December 2005 on the conclusion, on behalf of the European Community, of the Agreement on Duty-Free Treatment of Multi-Chip Integrated Circuits (MCPs) Text with EEA relevance
Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta' Diċembru 2005 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim dwar Trattament ta' Eżenzjoni mid-Dazju Doganali għaċ-Ċirkwiti Integrati b'Ħafna Ċippijiet (l-MCPs) test b'rilevanza għaż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta' Diċembru 2005 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim dwar Trattament ta' Eżenzjoni mid-Dazju Doganali għaċ-Ċirkwiti Integrati b'Ħafna Ċippijiet (l-MCPs) test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 349, 31.12.2005, p. 24–24
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 175M, 29.6.2006, p. 360–360
(MT)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/964/oj
Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta' Diċembru 2005 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim dwar Trattament ta' Eżenzjoni mid-Dazju Doganali għaċ-Ċirkwiti Integrati b'Ħafna Ċippijiet (l-MCPs) test b'rilevanza għaż-ŻEE
Official Journal L 349 , 31/12/2005 P. 0024 - 0024
Official Journal L 175 , 29/06/2006 P. 0360 - 0360
Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta' Diċembru 2005 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim dwar Trattament ta' Eżenzjoni mid-Dazju Doganali għaċ-Ċirkwiti Integrati b'Ħafna Ċippijiet (l-MCPs) (test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2005/964/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300 (2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Billi: (1) Iċ-Ċirkwiti Integrati b'Ħafna Ċippijiet (MCPs) huma forma ġdida ta' semikondutturi li ma kinux jeżistu meta l-Ftehim tad-WTO dwar it-Tekoloġija ta' l-Informatika ġie nnegozjat. Li kieku kienu jeżistu dak iż-żmien, probabbilment kien jiġu inklużi fil-livell ta' tariffi zero. Il-kummerċ f'din it-teknoloġija importanti għandu jiġi ffaċilitat. (2) Il-Kummissjoni f'isem il-Komunità nnegozjat Ftehim dwar Trattament ta' Eżenzjoni mid-Dazju Doganali għaċ-Ċirkwiti Integrati b'Ħafna Ċippijiet (MCPs) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-"Ftehim"), fi ħdan il-qafas tal-"'Laqgħa tal-Gvern/Awtoritajiet dwar is-Semikondutturi" ("GAMS"). (3) Il-Ftehim jelimina d-dazji u l-piżijiet applikati fuq l-MCPs, waqt li jħalli r-rati konsolidati tad-WTO kif inhuma. (4) Il-Ftehim ġie awtentikat mis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea bħala depożitarju fit- 28 ta' Novembru 2005. (5) Il-Ftehim għandu jiġi konkluż f'isem il-Komunità. (6) Il-paragrafu 7(a) tal-Ftehim jipprevedi li wara li d-depożitarju jirċievi erba' strumenti ta' aċċettazzjoni, dawk il-Partijiet li jaċċettaw għandhom jaqblu dwar data li fiha l-Ftehim jidħol fis-seħħ. Huwa xieraq li l-Kummissjoni, bħala r-rappreżentant tal-Komunità fil-GAMS, tiġi awtorizzata biex tiftiehem dwar data f'dan ir-rigward mall-Partijiet l-oħra għall-Ftehim, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim dwar it-Trattament ta' Eżenzjoni mid-Dazju Doganali għaċ-Ċirkwiti Integrati b'Ħafna Ċippijiet (l-MCPs) huwa b'dan konkluż f'isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim hu mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-Kummissjoni hija awtorizzata li tiftiehem mal-Partijiet l-oħra għal dan il-Ftehim data ta' dħul fis-seħħ. Din id-data ser tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Artikolu 3 Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jagħżel il-persuna(i) mogħtija s-setgħa li jiddepożitaw, f'isem il-Komunità, l-istrument ta' aċċettazzjoni tal-ftehim skond il-paragrafu 7(b) tiegħu. Magħmula fi Brussel, nhar il- 21 ta' Diċembru 2005. Għall-Kunsill Il-President B. Bradshaw [1] Għadha mhux ippubblikata fuq il-Ġurnal Uffiċjali. --------------------------------------------------