Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0866

Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 1 ta' Diċembru 2005 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward ta' l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali u l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' l-Irlanda

ĠU L 318, 6.12.2005, p. 25–25 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 175M, 29.6.2006, p. 121–121 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/866/oj

29.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

121


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta' l-1 ta' Diċembru 2005

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward ta' l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali u l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' l-Irlanda

(2005/866/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni ECB/2005/10 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2005 lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali u l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' l-Irlanda (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Eurosystem jiġu verifikati minn awdituri esterni indipendenti rakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat ta' l-awdituri esterni attwali tal-Bank Ċentrali u l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' l-Irlanda skada u mhuwiex sejjer jiġi mġedded. Għalhekk jeħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2005.

(3)

Il-Bank Ċentrali u l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' l-Irlanda għażlu lill-Deloitte & Touche bħala l-awdituri esterni tiegħu mill-bidu tas-sena finanzjarja 2005, u l-BĊE jikkunsidra li huma jissodisfaw ir-rekwiżiti neċessarji għall-ħatra.

(4)

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE irrakkomanda li l-mandat ta' l-awdituri esterni għandu jkun ta' tliet snin u li jkun jista' jiġi estiż.

(5)

Huwa kunsiljabbli li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u li tiġi emendata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tal-25 ta' Jannar 1999 għal dan l-iskop,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(5) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE għandu jinbidel b'dan li ġej:

“5.   Deloitte & Touche huma hawnhekk approvati bħala awdituri esterni tal-Bank Ċentrali u l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' l-Irlanda mis-sena finanzjarja 2005 għal perjodu ta' tliet snin, bil-possibbiltà ta' estensjoni.”

.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-Bank Ċentrali Ewropew.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Maghmula fi Brussel, nhar l-1 ta' Diċembru 2005.

Ghall-Kunsill

Il-President

A. MICHAEL


(1)   ĠU C 277, 10.11.2005, p. 30.

(2)   ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2005/512/KE (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 20).


Top