Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0805

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/805/PESK tal- 21 ta' Novembru 2005 li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2005/556/PESK li taħtar Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għas-Sudan

    ĠU L 303, 22.11.2005, p. 59–59 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 175M, 29.6.2006, p. 59–59 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/805/oj

    29.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    59


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2005/805/PESK

    tal-21 ta' Novembru 2005

    li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2005/556/PESK li taħtar Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għas-Sudan

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/556/PESK tat-18 ta' Lulju 2005 li taħtar Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għas-Sudan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu, flimkien ma' l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

    Billi

    (1)

    fit-18 ta' Lulju 2005 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/556/PESK li taħtar Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea (EUSR) għas-Sudan.

    (2)

    Fil-21 ta' Novembru 2005 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2005/557/PESK (2) li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK dwar l-azzjoni ta' l-Unjoni Ewropea għal sostenn ċivili-militari għall-Missjoni ta' l-Unjoni Afrikana fir-reġjun tad-Darfur tas-Sudan, fejn ġie stabbilit ammont ta' referenza finanzjarju ġdid intiż li jkopri l-infiq fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tas-sezzjoni II ta' l-Azzjoni Konġunta 2005/557/PESK (3) għal perijodu ieħor ta' 6 xhur.

    (3)

    Bħala konsegwenza, jeħtieġ li l-Kunsill jiddeċiedi dwar l-ammont ta' referenza finanzjarju għall-kontinwazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta 2005/556/PESK għal perijodu ieħor ta' 6 xhur.

    (4)

    L-EUSR se jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' tkun ta' ħsara għall-għanijiet tal-PESK kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-ammont ta’ referenza finanzjarju intiż sabiex ikopri l-infiq relatat mal-kontinwazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta 2005/556/PESK mit-18 ta' Jannar sat-17 ta' Lulju 2006 għandu jkun ta’ EUR 600 000.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

    L-infiq għandu jkun eliġibbli mit-18 ta' Jannar 2006.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussel, nhar il-21 ta' Novembru 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. STRAW


    (1)  ĠU L 188, 20.7.2005, p. 43.

    (2)  Ara paġna 60 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

    (3)  ĠU L 188, 20.7.2005, p. 46.


    Top