EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0760

2005/760/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ Ottubru 2005 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ suspett ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja f’ċerti pajjiżi terzi għall-importazzjoni ta’ għasafar maqbudin (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4288) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 285, 28.10.2005, p. 60–62 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 519–521 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2007; Imħassar b' 32007R0318

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/760/oj

12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

519


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Ottubru 2005

dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ suspett ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja f’ċerti pajjiżi terzi għall-importazzjoni ta’ għasafar maqbudin

(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4288)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/760/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u partikolarment l-Artikolu 18(1) tagħha

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KEE tal-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u partikolarment l-Artikolu 22(1) tagħha

Billi:

(1)

L-influwenza tat-tjur hija marda virali li tittieħed fit-tjur tar-razzett u fl-għasafar, u tikkawża l-mewt u disturbi li malajr jistgħu jikbru għal proporzjonijiet epiżotiċi li jistgħu jkunu ta’ theddida serja għas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali u jistgħu jikkawżaw telf kbir fil-qligħ ta’ l-irziezet tat-tjur. Hemm riskju li l-aġent tal-marda jista’ jiddaħħal permezz tal-kummerċ internazzjonali fl-għasafar għajr it-tjur tar-razzett.

(2)

Ġiet lokalizzata influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja f’għasafar importati fi kwarantina fi Stat Membru, u jidher għalhekk xieraq illi tiġi sospiża l-importazzjoni ta’ dawn l-għasafar minn ċerti żoni ta’ riskju u li tintuża għad-definizzjoni taż-żoni referenza għall-Kummissjonijiet Reġjonali relevanti ta’ l-OIE

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa ta' l-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(1) ta' Direttiva 90/425/KEE (3) tipprevedi korpi istituti u ċentri approvati, u ċertifikat mudell biex jakkumpanja l-annimali jew il-gameti tagħhom bejn dawn l-istabbilimenti approvati fi Stati Membri differenti. L-informazzjoni meħtieġa għall-kummerċ tista’ tintuża għal għanijiet ta’ importazzjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/666/KE tas-16 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjoni ta' għasafar, barra minn tjur u l-kondizzjonijiet għal kwarantina (4) tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ l-għasafar minn pajjiżi terzi elenkati bħala membri ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija dwar is-Saħħa ta' l-Annimali (OIE). Il-pajjiżi li jagħmlu parti mill-Kummissjonijiet Reġjonali ta’ l-OIE elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni preżenti huma membri ta’ l-OIE u skond dan l-Istati Membri huma meħtieġa jaċċettaw importazzjonijiet ta’ għsafar, għajr it-tjur tar-razzett, minn dawn il-pajjiżi skond id-Deċiżjoni 2000/66/KE.

(5)

Meta jkunu qed idaħħluhom fl-istabbilimenti tal-kwarantina, l-Istati Membri għandhom jaċċertaw, fuq il-bażi taċ-ċertfikazzjoni, jekk għasfur partikolari huwiex indiġenu, jew jekk twieled u trabba jew inqabad fil-pajjiż li qed jesporta.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjoni mill-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li jagħmlu parti mill-Kummissjonijiet Reġjonali elenkati fl-Anness ta’:

a)

għasafar ħajjin għajr it-tjur tar-razzett, kif definiti fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu1 tad-Deċiżjoni 2000/666/KE, u

b)

prodotti derivati mill-ispeċi msemmija fil-punt (a).

2.   is-sospensjoni prevista fil-paragrafu 1 m’għandhiex tapplika għall-għasfar ċertifikati minn pajjiż terz skodn id-Deċiżjoni 2000/666/KE qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   B’deroga mill-paragrafu 1 (a) ta’ l-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-prodotti ġejjin mill-korpi, l-istituti u ċ-ċentri u sejrin lejn il-korpi, l-istituti u ċ-ċentri approvati mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru destinatarju skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1 (b) ta’ l-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’:

a)

Bajd għat-tifqis ta’ l-għasafar imsemmija fil-paragrafu 1(a) ta’ l-Artikolu 1 bil-kundizzjoni li dan il-bajd huwa:

i)

jew destinati għall-korpi, l-istituti u ċ-ċentri approvati msemmija fil-paragrafu 1, jew

ii)

destinati lejn imfaqas apposta approvati għal dak il-għan mill-awtorità kompetenti li fl-istess ħin ma jfaqqsux il-bajd għat-tjur tar-razzett u li fihom jinbiedu l-bajd biss wara fumigazzjoni li effettivament tiddekontamina l-qoxra.

b)

Kampjuni miġbura minn kwalunkwe speċi ta' għasfur li huma ppakkeġġjati b'mod sikur u mibgħuta direttament taħt ir-responsabbiltà ta’ l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li qed jibgħat elenkat fl-Anness lil laboratorju approvat fi Stat Membru għad-dijanjożi fil-laboratorju.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li

a)

l-għasafar imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 2 jkunu akkumpanjati minn ċertifikat veterinarju previst fl-Anness A tad-Deċiżjoni 2000/666/KE,

b)

bajd għat-tifqis imsemmi fil-paragrafu 2 (a) ta’ l-Artikolu 2 ikunu akkumpanjati minn ċertifikat veterinarju li jipprovdi mill-inqas l-informazzjoni kif meħtieġa fiċ-ċertifikat previst fil-Parti 3 ta’ l-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikati veterinarji li jakkumpanjaw il-konsenji ta’ l-annimali u tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 jinkludu l-konferma li ġejja:

“Għasafar ħajjin jew bajd għat-tifqis skond l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2005/760/KE”.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta tiġi importata skond din id-Deċiżjoni, il-konsenja ta’ l-għasfar imsemmija fil-paragrafu 1(a) ta’ l-Artikolu 1 tkun akkumpanjata minn ċertifikat li jiċċertifika li dawk l-għasfar huma indiġeni jew inbiedu u trabbew jew inqabdu fil-pajjiż terz li qed jesporta.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom minnufih jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawk il-miżuri. Għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta’ Novembru 2005.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar is-27 ta’ Ottubru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.

(2)  ĠU L 24, 31.1.1998, p. 9. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.

(3)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1).

(4)  ĠU L 278, 31.10.2000, p. 26. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2002/279/KE (ĠU L 99, 16.4.2002, p. 17).


ANNESS

Pajjiżi terzi li jagħmlu parti mill-Kummissjonijiet Reġjonali ta’ l-OIE, kif imsemmija fl-Artikolu 1, ta:

L-Afrika,

L-Amerika (ta’ Fuq u t’Isfel)

L-Ażja, il-Lvant Imbiegħed u l-Oċeanja,

L-Ewropa, u

Il-Lvant Nofsani


Top