Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0619

    2005/619/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ Awwissu 2005 li temenda għas-sitt darba d-Deċiżjoni 2004/122/KE li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni rigward l-influwenza ta' l-għasafar f'ċerti pajjiżi Ażjatiċi (notifikata taħt dokument numru C(2005) 3183) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 214, 19.8.2005, p. 66–67 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 279–280 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2005; Impliċitament imħassar minn 32005D0692

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/619/oj

    12.12.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    279


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-18 ta’ Awwissu 2005

    li temenda għas-sitt darba d-Deċiżjoni 2004/122/KE li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni rigward l-influwenza ta' l-għasafar f'ċerti pajjiżi Ażjatiċi

    (notifikata taħt dokument numru C(2005) 3183)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2005/619/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(1) u (6) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 22 (1) u (6) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/122/KE li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni rigward l-influwenza ta' l-għasafar f'ċerti pajjiżi Ażjatiċi (3) ġiet adottata b’reazzjoni għat-tifqigħat ta’ l-influwenza ta’ l-għasafar f’għadd ta’ pajjiżi Ażjatiċi.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/666/KE li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimal u ċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjoni ta' għasafar, barra mit-tjur u l-kondizzjonijiet għall-kwarantina (4) tipprevedi li l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonji ta’ l-għasafar minn pajjiżi terzi elenkati bħala membri ta' l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta' l-Annimali (OIE - World Organisation for Animal Health) u li dawk l-għasafar għandhom ikunu suġġetti għal kwarantina u jkunu eżaminati mad-dħul tagħhom fil-Komunità.

    (3)

    Ir-Russja kkonfermat mal-Kummissjoni tifqigħa ta’ l-influwenza ta' l-għasafar H5N1 fit-territorju tagħha nhar il-5 ta' Awwissu 2005.

    (4)

    Il-Każakstan ikkonferma tifqigħa ta’ l-influwenza ta’ l-għasafar H5 lill-OIE minkejja li t-tip ta’ nuweraminidasi għadu mhux magħruf. Madankollu fid-dawl tal-prossimità mat-tifqigħa fir-Russja, aktarx li huwa l-istess varjant.

    (5)

    Il-Każakstan u r-Russja huma membri ta' l-OIE u skond dan l-Istati Membri għandhom jaċċettaw l-importazzjoni ta’ l-għasafar, għajr it-tjur ta’ l-irziezet, minn dawn il-pajjiżi skond id-Deċiżjoni 2000/666/KE. B’kunsiderazzjoni tal-konsegwenzi potenzjali serji marbuta mal-varjant speċifiku tal-vajrus ta' l-influwenza ta' l-għasafar (H5N1) inkwistjoni, li huwa l-istess bħal dak ikkonfermat f'għadd ta' pajjiżi Ażjatiċi, l-importazzjoni ta' dawn l-għasafar mill-Każakstan u r-Russja għandha tiġi sospiża bħala miżura prekawzjonali.

    (6)

    Skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardjaw prodotti sekondarji ta' l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (5), l-importazzjoni tar-rix u partijiet mir-rix mhux proċessati li jkunu ġejjin mill-Każakstan u r-Russja hija awtorizzata. Invista tas-sitwazzjoni kurrenti tal-marda fil-Każakstan u r-Russja, dik l-importazzjoni għandha tiġi sospiża wkoll bħala miżura prekawzjonali.

    (7)

    L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/122/KE jissospendi l-importazzjoni minn ċerti pajjiżi terzi tar-rix jew partijiet mir-rix mhux ipproċessati u għasafar ħajjin għajr it-tjur ta' l-irziezet, kif imfisser fid-Deċiżjoni 2000/666/KE. Għaldaqstant, fl-interessi tas-saħħa ta' l-annimali u dik pubblika, il-Każakstan u r-Russja għandhom jingħaddu mal-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2004/122/KE.

    (8)

    Id-Deċiżjoni 2004/122/KE għandha tiġi emendata skond dan.

    (9)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2004/122/KE hija emendata kif ġej:

    1.

    Fit-titolu, il-kelmiet “li tikkonċerna ċerti miżuri ta' protezzjoni rigward l-influwenza ta' l-għasafar f'ċerti pajjiżi Ażjatiċi” jinbidlu b’“li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi fir-rigward ta’ l-influwenza ta’ l-għasafar f’ċerti pajjiżi terzi”.

    2.

    L-Artikolu 4 (1) tad-Deċiżjoni 2004/122/KE jinbidel b’dan li ġej:

    “1.   L-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjoni mill-Kambodja, iċ-Ċina inkluż Ħong Kong, l-Indoneżja, il-Każakstan, il-Laos, il-Malażja, il-Korea ta' Fuq, il-Pakistan, ir-Russja, it-Tajlandja u l-Vjetnam ta':

    rix u partijiet minn rix mhux proċessati, u

    ‘għasafar ħajjin għajr it-tjur ta’ l-irziezet’ kif imfissra fl-Artikolu 1, it-tielet inċiż, tad-Deċiżjoni 2000/666/KE, inklużi l-għasafar li jakkompanjaw lill-sidhom (għasafar miżmuma bħala pets).”

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri applikati minnhom sabiex dawn jinġiebu f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni u għandhom minnufih jagħmlu l-pubbliċità li jixraq lill-miżuri adottati. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta’ Awwissu 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003.

    (2)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1), verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1).

    (3)  ĠU L 36, 7.2.2004, p. 59. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2005/390/KE (ĠU L 128, 21.5.2005, p. 77).

    (4)  ĠU L 278, 31.10.2000, p. 26. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2002/279/KE (ĠU L 99, 16.4.2002, p. 17).

    (5)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 416/2005 (ĠU L 66, 12.3.2005, p. 10).


    Top