Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0433

2005/433/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta’ Ġunju 2005 li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE dwar it-timijiet li jiġbru l-embrijuni fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika (innotifikata taħt id-dokument numru C(2005) 1687) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 151, 14.6.2005, pp. 19–20 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 349M, 12.12.2006, pp. 128–129 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 17/06/2009; Impliċitament imħassar minn 32009D0470 Id-data tat-tmiem tal-validità hija bbażata fuq id-data tal-pubblikazzjoni tal-att li jħassar li jidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika tiegħu. L-att li jħassar kien innotifikat iżda d-data tan-notifika mhix disponibbli fil-EUR-Lex – minflok hija użata d-data tal-pubblikazzjoni.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/433/oj

12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

128


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Ġunju 2005

li temenda d-Deċiżjoni 92/452/KEE dwar it-timijiet li jiġbru l-embrijuni fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika

(innotifikata taħt id-dokument numru C(2005) 1687)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2005/433/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar il-kundizzjonijiiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jikkontrollaw il-kummerċ intra-komunitarju u importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijuni ta’ annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/452/KEE tat-30 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi listi ta’ timijiet li jiġbru l-embrijuni u timijiet li jipproduċu l-embrijuni approvati f’pajjiżi terzi għall-esportazzjoni ta' l-embrijuni bovini lill-Kommunità (2) tipprevedi illi l-Istati Membri għandhom jimpurtaw l-embrijuni biss mill-pajjjiżi terzi fejn dawn ġew miġbura, ipproċessati u maħżuna mit-timijiet li jiġbru l-embrijuni elenkati f'dik id-Deċiżjoni.

(2)

L-Istati Uniti ta’ L-Amerika talbet li jsiru emendi fil-lista b’rigward għad-daħliet għal dak il-pajjiż.

(3)

L-Istati Uniti ta’ L-Amerika pprovdiet garanziji rigward il-konformità mar-regoli xierqa stabbiliti fid-Direttiva 89/556/KEE u t-tim li jiġbor l-embrijuni ikkonċernat ġie approvat uffiċjalment għall-esportazzjonijiet lejn il-Komunità mis-servizzi veterinarji ta' dak il-pajjiż.

(4)

Id-Deċiżjoni Nru. 92/452/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 92/452/KE hu emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mis-17 ta’ Ġunju 2005.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, nhar id-9 ta’ Ġunju 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)   ĠU L 250, 29.8.1992, p. 40. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2005/29/KE (ĠU L 15, 19.1.2005, p. 34).


ANNESS

Fl-Anness għad-Deċiżjoni 92/452/KEE, il-lista għall-Istati Uniti ta’ l-Amerika hija emendata kif ġej:

a)

Il-filliera għat-tim li jiġbor l-embrijuni Nru 96TX088E928 tinbidel b’dan li ġej:

“US

 

96TX088 E928

 

Advanced Genetic Services/Normangee 4140 OSR Normangee, TX 77871

Dr Joe Oden”

b)

Il-filliera għat-tim li jiġbor l-embrijuni Nru 91TX050E548 tinbidel b’dan li ġej:

“US

 

91TX050E548

 

Buzzard Hollow Ranch, 500 Coates Road, Granbury, TX 67048

Dr Mark Steele”

c)

Il-filliera għat-tim li jiġbor l-embrijuni Nru 02TX107E1482 tinbidel b’dan li ġej:

“US

 

02TX107E1482

 

Ovagenix, 9605 Dream Ranch Road, Navasota, TX 77876

Dr Gary Moore”

d)

Il-filliera għat-tim li jiġbor l-embrijuni Nru 99TX104E874 tinbidel b’dan li ġej:

“US

 

99TX104E874

 

Ultimate genetics/Camp Cooley, Rt.3, Box 733, Franklin, TX 77856

Dr Joe Oden”

e)

Jiżdiedu l-fillieri li ġejjin:

“US

 

03TX112

 

Diamond A Ranch, RT. 1 Box 35C, Dime Box, TX 77853

Dr John Schull

US

 

94MI074

 

GGS Genetics, 1200 Stillman Road Mason, MI 48854

Dr John D. Gunther”


Top