Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0416

    2005/416/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 19 ta’ Mejju 2005 li taddotta d-deċiżjonijiet tal-Komunità dwar l-importazzjoni tal-kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda d-Deċiżjonijiet 2000/657/KE, 2001/852/KE u 2003/508/KE Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 147, 10.6.2005, p. 1–75 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 319M, 29.11.2008, p. 241–315 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/07/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/416/oj

    29.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    241


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-19 ta’ Mejju 2005

    li taddotta d-deċiżjonijiet tal-Komunità dwar l-importazzjoni tal-kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda d-Deċiżjonijiet 2000/657/KE, 2001/852/KE u 2003/508/KE

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2005/416/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-kimiċi perikolużi (1), u, b’mod partikolari, l-Artikolu 12(1) tiegħu,

    Wara li kkonsultat il-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (2),

    Billi:

    (1)

    Skond ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, f’isem il-Komunità, jekk għandiex tippermetti l-importazzjoni fil-Komunità ta’ kull kimika skond il-proċedura ta’ Kunsens Infurmat bil-Quddiem (PIC).

    (2)

    Il-Programm Ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNEP) u l-Organizzazzjoni ta’ l-Ikel u l-Biedja (FAO) nħatru biex jipprovdu servizzi segretarjali għall-operazzjoni tal-proċedura PIC stabbilita mill-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-proċedura ta’ Kunsens Infurmat bil-Quddiem (PIC) għal ċerti kimiċi perikolużi u pestiċidi fil-kummerċ internazzjonali, approvati mill-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE tad-19 ta’ Diċembru 2002 li tikkonċerna l-approvazzjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem (PIC) għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (3).

    (3)

    Il-Kummissjoni, meta taġixxi bħala l-awtorità nominata komuni, għandha tibgħat id-deċiżjonijiet dwar il-kimiċi lis-Segretarjat tal-proċedura PIC f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha.

    (4)

    Hemm il-ħtieġa li jiġu emendati xi deċiżjonijiet preċedenti dwar kimiċi aldrin, chlordane, chlorodimeform, DDT, dieldrin, dinosub u l-imluħa u l-esteri tiegħu, EDB (1,2-dibromethan), ossidu tal-metilena, fluoroacetamide, HCH (isomeri mħallta), heptachlor, hexachlorobenze, lindane, methamidophos, pentachlorophenol u l-imluħa u l-esteri tiegħu, biphenyls poliklorinati (PCBs), terphenyls poliklorinati (PCTs) u toxaphene sabiex jirriflettu t-tkabbir tal-Komunità fl-1 ta’ Mejju 2004 kif ukoll minħabba l-iżviluppi regolatorji fil-Komunità minn meta ġew adottati dawn id-deċizjonijiet.

    (5)

    Il-kimiċi aldrin, chlordane, chlordimeform, DDT, dieldrin, dinoseb u l-imluħa u l-esteri tiegħu, EDB (1,2-dibromoethane), fluoroacetamide, HCH (isomeri mħallta), heptachlor, biphenyls poliklorinati (PCBs) u terphenyls poliklorinati (PCTs) kienu soġġetti għal deċiżjonijiet tal-Komunità dwar l-importazzjoni li kienu ġew ippubblikati għall-ewwel darba fiċ-Ċirkolari V tal-PIC li rrappurtat is-sitwazzjoni kif kienet fit-30 ta’ Ġunju 1995.

    (6)

    Il-kimiċi aldrin, chlordane, DDT, dieldrin, HCH (isomeri mħallta), heptachlor li kollha ġew inklużi fil-proċedura PIC bħala pestiċidi, u l-biphenyls poliklorinati (PCBs) u terphenyls poliklorinati (PCTs), inklużi fil-proċedura PIC bħala kimika industrijali, ġew ipprojbiti jew ristretti b’mod sever (ipprojbiti ħlief għal eċċezzjonijiet speċifiċi) permezz tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar lpollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (4).

    (7)

    Il-kimiċi EDB (1,2-dibromoethane) u d-dinoseb u l-imluħa u l-esteri tiegħu huma soġġetti għad-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1978 li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi (5). Barra minn hekk, l-ebda waħda minn dawn kimiċi ma ġiet identifikata jew notifikata skond il-programm ta’ reviżjoni tal-Komunità għall-valutazzjoni ta’ sustanzi eżistenti skond id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (6). Skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2003 ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma fuq 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħruġ ta’ prodotti bijoċidali fis-suq, dawn il-kimiċi mhumiex permessi għal tali użu, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1896/2000 (7), dawn il-kimiċi mhumiex permessi għal tali użi.

    (8)

    Il-fluoroacetamide huwa inkluż fl-iskop tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (8). Skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/129/KE tat-30 ta’ Jannar 2004 dwar in-nuqqas ta’ l-inklużjoni ta’ ċerti sustanzi attivi fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva u l-irtirar ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi (9), il-fluoroacetamide ġie eskluż mill-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza kellhom jiġu irtirati mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2004. Barra minn hekk, il-kimika ġiet identifikata iżda mhux notifikata skond il-programm ta’ reviżjoni tal-Komunità għall-valutazzjoni ta’ sustanzi eżistenti skond id-Direttiva 98/8/KE. Għalhekk, l-Istati Membri jistgħu jippermettu l-użu tagħha f’tali prodotti sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru 2006 skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.

    (9)

    Il-chlordimeform huwa inkluż fil-proċedura PIC bħala pestiċida. Madankollu, ma kienx inkluż fil-programm tal-Komunità għall-valutazzjoni tas-sustanzi attivi eżistenti fil-qafas tad-Direttiva 91/414/KEE. Għalhekk huwa eskluż mill-Anness I ta’ dik id-Direttiva. Barra minn hekk, il-kimika ma ġietx identifikata jew notifikata skond il-programm ta’ reviżjoni tal-Komunità għall-valutazzjoni ta’ sustanzi eżistenti skond id-Direttiva 98/8/KE. Għalhekk mhux permess li jintuża bħala prodott għall-ħarsien tal-pjanti jew bħala bijoċida.

    (10)

    Għalhekk id-deċiżjonijiet preċedenti dwar l-importazzjoni ppubblikati fiċ-Ċirkolari PIC V dwar il-kimiċi aldrin, chlordane, chlordimeform, DDT, dieldrin, dinoseb u l-imluħa u l-esteri tiegħu, EDB (1,2-dibromoethane), fluoroacetamide, HCH (isomeri mħallat), heptachlor u biphenyls poliklorinati (PCBs) għandhom jinbidlu.

    (11)

    It-terphenyls poliklorinati (PCTs), li huma inklużi fil-proċedura PIC bħala kimiċi industrijali, huma soġġetti għal restrizzjonijiet iebsin fil-Komunità permezz tad-Direttiva 76/769/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar ir-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (10). Id-deċiżjonijiet preċedenti dwar l-importazzjoni għandhom jinbidlu biex jirriflettu l-qagħda fil-25 Stati Membri kollha.

    (12)

    Il-kimiċi hexachlorobenzene, pentachlorophenol u l-imluħa u l-esteri tiegħu, li huma inklużi fil-proċedura PIC bħala pestiċidi, u l-methamidophos, li ċerti formulazzjonijiet tiegħu huma inklużi fil-proċedura PIC bħala formulazzjonijiet pestiċidi perikolużi ħafna, kienu s-suġġett ta’ risposti dwar l-importazzjoni stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/657/KEE tas-16 ta’ Ottubru 2000 li addottat id-deċiżjonijiet tal-Komunità dwar l-importazzjoni għal ċerti kimiċi skond ir-Regolament (KEE) Nru 2455/92 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ ċerti kimiċi perikolużi (11).

    (13)

    Skond ir-Regolament (KE) tal-Kummissjoni 2076/2002/KE ta’ l-20 ta’ Novembru 2002 li jestendi it-terminu msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ xi sustanzi attivi fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi, il-pentachlorophenol ġie eskluż mill-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din il-kimika (12) kellhom jiġu rtirati mhux aktar tard mill-25 ta’ Lulju 2003. Il-kimika ġiet identifikata iżda mhux notifikata skond il-programm ta’ reviżjoni tal-Komunità għall-valutazzjoni ta’ sustanzi eżistenti skond id-Direttiva 98/8/KE. Għalhekk, il-kimika tista’ tiġi permessa temporanjament għal tali użu bil-kundizzjoni li dawn ikunu konformi mad-Direttiva 76/769/KEE.

    (14)

    Il-hexachlorobenzene u toxaphene ġew ipprojbiti permezz tar-Regolament (KE) Nru 850/2004.

    (15)

    Il-methamidophos ma kienx inkluż fil-programm tal-Komunità għall-valutazzjoni tas-sustanzi attivi eżistenti fil-qafas tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik id-Direttiva tipprovdi għal perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu l-Istati Membri jistgħu jieħdu deċiżjonijiet fuq bażi nazzjonali dwar sustanzi u prodotti koperti minnha sakemm tittieħed deċiżjoni mill-Komunità. Il-kimika ma ġietx identifikata jew notifikata skond il-programm ta’ reviżjoni tal-Komunità għall-valutazzjoni ta’ sustanzi eżistenti skond id-Direttiva 98/8/KE. Skond ir-Regolament (KE) Nru 2032/2003, il-kimika mhix permessa għal tali użu.

    (16)

    Ir-risposti dwar l-importazzjoni għall-hexachlorobenzene, methamidophos, pentachorophenol u l-imluħa u l-esteri tiegħi u t-toxaphene stabbiliti permezz tad-Deċiżjoni 2000/657/KE għandhom, għalhekk, jinbidlu.

    (17)

    Il-lindane, li huwa inkluż fil-proċedura PIC bħala pestiċida, kien is-suġġett ta’ risposta dwar l-importazzjoni stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/852/KE tad-19 ta’ Novembru 2001 dwar l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Komunità dwar l-importazzjoni skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2455/92 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ ċerti kimiċi perikolużi u li jemenda d-Deċiżjoni 2000/657/KE (13). Is-sustanza ġiet ristretta b’mod sever (ipprojbita ħlief għal ċerti eżenzjonijiet speċifiċi) permezz tar-Regolament (KE) Nru 850/2004. Għalhekk, ir-risposta dwar l-importazzjoni stabbilita permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/852/KE dwar l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Komunità dwar l-importazzjoni skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2455/92 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ ċerti kimiċi perikolużi għandha tinbidel.

    (18)

    Il-kimika ossidu ta’ l-etilena hija suġġetta għad-Direttiva 79/117/KEE. Madankollu, il-kimika ġiet notifika skond il-programm tal-Komunità għall-valutazzjoni ta’ sustanzi eżistenti skond id-Direttiva 98/8/KE, li jipprovdi għal perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu l-Istati Membri jistgħu, sakemm ikun hemm deċiżjoni tal-Komunità, jippermettu t-tqegħid fis-suq tas-sustanza għal skopijiet bijoċidi skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Dan ġie rifless f’deċiżjoni dwar l-importazzjoni inkluża fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/508/KE tas-7 ta’ Lulju 2003 li tadotta d-deċiżjonijiet tal-Komunità għal ċerti kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u temenda d-Deċiżjonijiet 2000/657/KE u 2001/852/KE. Ir-risposta stabbilita f’dik id-Deċiżjoni għandha tinbidel biex tirrifletti l-qagħda fil-25 Stati Membri kollha.

    (19)

    Id-deċiżjonijiet ta’ l-1995 dwar l-importazzjoni ppubblikati fiċ-Ċirkolari V tal-PIC u d-Deċiżjonijiet 2000/657/KE, 2001/852/KE u 2003/508/KE għandhom, għalhekk, jiġu emendati f’dan is-sens.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-deċiżjonijiet dwar l-importazzjoni tal-kimiċi aldrin, chlordane, chlordimeform, DDT, dieldrin, dinoseb u l-imluħa u l-esteri tiegħu, EDB (1,2-dibromoethane), fluoroacetamide, HCH (isomeri mħallta), heptachlor, biphenyls poliklorinati (PCBs) u terphenyls poliklorinati (PCTs) ippubblikati għall-ewwel darba fiċ-Ċirkolari V tal-PIC għandhom jinbidlu bid-deċiżjonijiet dwar l-importazzjoni stabbiliti fil-formoli tar-risposti dwar l-importazzjoni ta’ l-Istati, skond l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni..

    Artikolu 2

    Id-deċiżjonijiet dwar l-importazzjoni tal-hexachlorobenzene, pentachorophenol u l-imluħa u l-esteri tiegħu, toxaphene and methamidophos kif stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni 2000/657/KEE għandhom jinbidlu bid-deċiżjonijiet dwar l-importazzjoni stabbiliti fil-formoli tar-risposta dwar l-importazzjoni ta’ l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Id-deċiżjoni dwar il-kimika lindane (gamma HCH) kif stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni 2001/852/KEE għandha tinbidel bid-deċiżjoni dwar l-importazzjoni stabbilita fil-formoli tar-risposta dwar l-importazzjoni ta’ l-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 4

    Id-deċiżjoni dwar il-kimika ossidu ta’ l-etilene kif stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/508/KEE għandha tinbidel bid-deċiżjoni dwar l-importazzjoni stabbilita fil-formoli tar-risposta dwar l-importazzjoni ta’ l-Anness IV ta’ din id-Deċiżjoni.

    Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Mejju 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Stavros DIMAS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 63, 6.3.2003, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nr. 775/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 27).

    (2)  ĠU L 196, 16.8.1967, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendats bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE (ĠU L 152, 30.4.2004, p. 1).

    (3)  ĠU L 63, 6.3.2003, p. 27.

    (4)  ĠU L 229, 29.6.2004, p. 5.

    (5)  ĠU L 33, 8.2.1979, p. 36. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 850/2004.

    (6)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata mit-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

    (7)  ĠU L 307, 24.11.2003, p. 1.

    (8)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/99/KE (ĠU L 309, 6.10.2004, p. 6).

    (9)  ĠU L 37, 10.2.2004, p. 27. Id-Deċiżjoni kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 835/2004 (ĠU L 127, 29.4.2004, p. 43).

    (10)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/98/KE (ĠU L 305, 1.10.2004, p. 63).

    (11)  ĠU L 275, 27.10.2000, p. 44. Deċiżjoni kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni 2003/508/KE (ĠU L 174, 12.7.2003, p. 10).

    (12)  ĠU L 319, 23.11.2002, p. 3. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1765/2004 (ĠU L 315, 14.10.2004, p. 26).

    (13)  ĠU C 318, 4.12.2001, p. 28. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2003/508/KE.


    ANNESS I

    Deċiżjonijiet riveduti dwar l-importazzjoni tas-sustanzi kimiċi aldrin, chlordane, chlordimeform, DDT, dieldrin, dinoseb u l-imlieħi u l-estri tiegħu, EDB (1,2-dibromoethane), fluoroacetamide, HCH (iżomeri mħallta), heptachlor, Bifenili Poliklorinati (PCBs) u Terfenili Poliklorinati (PCTs) li jissostitwixxu d-deċiżjonijiet preċedenti dwar l-importazzjoni

    Image

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni Image

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni Image

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni Image

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni Image

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni Image

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni Image

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni Image

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni Image

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni Image

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni Image

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni Image

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS II

    Deċiżjonijiet riveduti dwar l-importazzjoni tas-sustanzi kimiċi hexachlorobenzene, pentachlorophenol u l-imlieħi u l-estri tiegħu, toxaphene u methamidophos li jissostitwixxu d-deċiżjonijiet preċedenti dwar l-importazzjoni stabbiliti fid-Deċiżjoni 2000/657/KE

    Image

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni Image

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni Image

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni Image

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS III

    Deċiżjoni riveduta dwar l-importazzjoni tas-sustanza kimika lindane (gamma HCH) li tissostitwixxi d-deċiżjoni preċedenti dwar l-importazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni 2001/852/KE

    Image

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNEX IV

    Deċiżjoni riveduta dwar l-importazzjoni tas-sustanza kimika ossidu ta’ l-etilene li tissostitwixxi d-deċiżjoni preċedenti dwar l-importazzjoni stabbilita fid-Deċiżjoni 2003/508/KE

    Image

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Top