Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0258

    Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 14 ta’ Marzu 2005 li tawtorizza lid-Danimarka biex tapplika miżura li tidderoga mill-Artikolu 14(1)(d) tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw mat-taxxi fuq il-valur tal-bejgħ

    ĠU L 78, 24.3.2005, p. 47–47 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 281–281 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/258/oj

    13.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    281


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    ta' l-14 ta’ Marzu 2005

    li tawtorizza lid-Danimarka biex tapplika miżura li tidderoga mill-Artikolu 14(1)(d) tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw mat-taxxi fuq il-valur tal-bejgħ

    (2005/258/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra s-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw mat-taxxi fuq il-valur tal-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    F’ittra rreġistrata mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fis-17 ta’ Mejju 2004 l-awtoritajiet Daniżi talbu awtorizzazzjoni biex jintroduċu miżuri speċjali għal deroga mid-Direttiva sabiex jevitaw ċertu tipi ta’ evitar u skartar tat-taxxa. L-Istati Membri l-oħra kienu infurmati b’din it-talba fil-15.10.2004.

    (2)

    Il-miżura derogatorja hija intenzjonata biex teskludi ċertu magazins u perjodiċi importati fid-Danimarka mill-eżenzjoni taħt l-Artikolu 14(1)(d) tad-Direttiva u biex tapplika il-VAT fuqhom. Dak l-Artikolu ġie implimentat bid-Direttiva 83/181/KEE (2), li tistipula li oġġetti b’valur totali li ma jaqbiżx EUR 10 għandhom ikunu eżentati fil-VAT fuq id-dħul. L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjoni għal oġġetti importati b’valur totali ta’ aktar minn EUR 10 imma li ma jaqbiżx EUR 22. Id-Danimarka bħalissa teżenta mill-VAT importazzjonijiet ta’ konsenji żgħar ta’ natura kummerċjali minn pajjiżi terzi. Il-limitu Daniż għall-eżenzjoni tal-VAT hu ta’ DKK 80 (EUR 10).

    (3)

    L-awtoritajiet Daniżi skoprew li xi kumpaniji ta’ pubblikazzjoni jibdlu r-rotta tad-distribuzzjoni tal-pubblikazzjonijiet tagħhom lill-abbonati tagħhom fid-Danimarka u jgħadduhom minn territorji li mhumiex koperti bis-Sitt Direttiva, b’telf ta’ dħul għad-Danimarka u konsegwentament b’impatt negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Komunità.

    (4)

    It-talba għad-deroga tolqot biss lill-konsenji u lis-sitwazzjonijiet konnessi ma' l-iskema ta’ skartar ta' taxxa u m’hijiex intiża li teskludi mill-eżenzjoni l-konsenju bil-posta kollha fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 22 tad-Direttiva 83/181/KEE. Jidher għalhekk li d-deroga proposta mill-Artikolu 14(1)(d) hi fil-fatt l-aktar soluzzjoni adatta f'dan il-każ speċifiku.

    (5)

    Id-deroga tevita telf tal-VAT u għalhekk ma taffettwax b’mod negattiv ir-riżorsi proprji tal-Komunitajiet,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 14(1)(d) tad-Direttiva 77/388/KE, id-Danimarka hi awtorizzata biex tapplika l-VAT fuq l-importazzjoni fid-Danimarka ta’ magazins, perjodiċi jew pubblikazzjonijiet oħra simili, stampati fit-territorju tal-Komunità, kif definit fl-Artikolu 3 ta' l-imsemmija Direttiva u mibgħuta lil individwi fi-Danimarka.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2010.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lid-Danimarka.

    Magħmula fi Brussel, nhar il-14 ta’ Marzu 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. BODEN


    (1)  ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 190/2004 (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).

    (2)  ĠU L 105, 23.4.1983, p. 38. Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta' Adeżjoni 2003.


    Top