This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R1627
Council Regulation (EC) No 1627/2004 of 13 September 2004 amending Regulation (EEC) No 3030/93 on common rules for imports of certain textile products from third countries
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/2004 tat- 13 ta' Settembru 2004 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tessili minn pajjiżi terzi
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1627/2004 tat- 13 ta' Settembru 2004 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tessili minn pajjiżi terzi
ĠU L 295, 18.9.2004, p. 1–3
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 235–237
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 25/06/2015; Impliċitament imħassar minn 32015R0937
30.5.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
235 |
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1627/2004
tat-13 ta' Settembru 2004
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3030/93 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tessili minn pajjiżi terzi
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Mill-1 ta' Mejju 2004, għaxar Stati Membri ġodda ngħaqdu ma' l-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 6(7) ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003 jistabbilixxi li l-Istati Membri ġodda għandhom japplikaw il-politika komuni tal-kummerċ li għandha x'taqsam mat-tessili u li r-restrizzjonijiet kwantitattivi applikati mill-Komunità fuq l-importazzjoni ta' prodotti tessili u ħwejjeġ għandhom jiġu aġġustati biex jieħdu in kunsiderazzjoni l-adeżjoni ta' l-Istati Membri l-ġodda mal-Komunità. |
(2) |
B'effett mill-1 ta' Mejju 2004, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 487/2004 tal-11 ta' Marzu 2004 (1) emenda l-aħħar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 (2). Huwa aġġusta l-limiti kwantitattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tessili minn pajjiżi terzi fil-Komunità mkabbra, filwaqt li ħa in kunsiderazzjoni l-importazzjoni tradizzjonali fl-għaxar Stati Membri ġodda u uża formula ta' l-importazzjoni medja għas-snin 2000 sa l-2002 aġġustata pro rata temporis. L-istess metodoloġija għandha issa tiġi applikata biex taġġusta l-limiti kwantitattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tessili mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam. |
(3) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 3030/93 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. |
(4) |
Huwa mixtieq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu sabiex jippermetti lill-operaturi li jibbenefikaw minnu kemm jista' jkun malajr, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fir-Regolament (KEE) Nru 3030/93, il-limiti kwantitattivi tal-Komunità għall-Vjetnam għall-2004 stabbiliti fl-Anness V u fl-Anness VII ma' dak ir-Regolament għandhom jiġu sostitwiti mil-limiti kwantitattivi tal-Komunità stabbiliti fil-Parti A u l-Parti B ta' l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar it-13 ta' Settembru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
B. R. BOT
(1) ĠU L 79, tas-17.3.2004, p. 1.
(2) ĠU L 275, tat-8.11.1993, p. 1.
ANNESS
PARTI A
Fl-Anness V għar-Regolament (KEE) Nru 3030/93, il-limiti kwantitattivi tal-Komunità għall-Vjetnam għall-2004 għandhom ikunu sostiwiti b'dawn li ġejjin:
Pajjiż terz |
Kategorija |
Unità |
Limiti kwantitattivi tal-Komunità |
2004 |
|||
“Il-Vjetnam |
GRUPP IB |
|
|
4 |
1 000 biċċa |
22 276 |
|
5 |
1 000 biċċa |
7 669 |
|
6 |
1 000 biċċa |
9 755 |
|
7 |
1 000 biċċa |
6 408 |
|
8 |
1 000 biċċa |
22 628 |
|
GRUPP IIA |
|
|
|
9 |
tunnellati |
1 067 |
|
20 |
tunnellati |
289 |
|
39 |
tunnellati |
266 |
|
GRUPP IIB |
|
|
|
12 |
1 000 par |
5 539 |
|
13 |
1 000 biċċa |
14 984 |
|
14 |
1 000 biċċa |
636 |
|
15 |
1 000 biċċa |
1 061 |
|
18 |
tunnellati |
2 132 |
|
21 |
1 000 biċċa |
22 942 |
|
26 |
1 000 biċċa |
2 348 |
|
28 |
1 000 biċċa |
7 110 |
|
29 |
1 000 biċċa |
747 |
|
31 |
1 000 biċċa |
8 088 |
|
68 |
tunnellati |
790 |
|
73 |
1 000 biċċa |
2 093 |
|
76 |
tunnellati |
2 050 |
|
78 |
tunnellati |
2 126 |
|
83 |
tunnellati |
710 |
|
GRUPP IIIA |
|
|
|
35 |
tunnellati |
1 341 |
|
41 |
tunnellati |
1 336 |
|
GRUPP IIIB |
|
|
|
10 |
1 000 par |
6 841 |
|
97 |
tunnellati |
367 |
|
GRUPP IV |
|
|
|
118 |
tunnellati |
295 |
|
GRUPP V |
|
|
|
161 |
tunnellati |
545” |
PARTI B
Fl-Anness VII għar-Regolament (KEE) Nru 3030/93, il-limiti kwantitattivi tal-Komunità għall-2004 għal merkanzija importata mill-ġdid taħt l-OPT għall-Vjetnam għandhom ikunu sostiwiti b'dawn li ġejjin:
Pajjiż terz |
Kategorija |
Unità |
Limiti kwantitattivi tal-Komunità |
2004 |
|||
“Il-Vjetnam |
GRUPP IB |
|
|
4 |
1 000 biċċa |
1 065 |
|
5 |
1 000 biċċa |
812 |
|
6 |
1 000 biċċa |
765 |
|
7 |
1 000 biċċa |
1 418 |
|
8 |
1 000 biċċa |
3 287 |
|
GRUPP IIB |
|
|
|
12 |
1 000 par |
3 348 |
|
13 |
1 000 biċċa |
1 024 |
|
15 |
1 000 biċċa |
331 |
|
18 |
tunnellati |
385 |
|
21 |
1 000 biċċa |
2 239 |
|
26 |
1 000 biċċa |
210 |
|
31 |
1 000 biċċa |
1 869 |
|
68 |
tunnellati |
156 |
|
76 |
tunnellati |
532 |
|
78 |
tunnellati |
372” |