Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1595

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1595/2004 tas- 7 ta' Settembru 2004 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna ta’ l-Istat għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l- marketing ta’ prodotti tas-sajd

ĠU L 291, 14.9.2004, pp. 3–11 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 183M, 5.7.2006, pp. 168–176 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1595/oj

5.7.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

168


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1595/2004

tas-7 ta' Settembru 2004

dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna ta’ l-Istat għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-marketing ta’ prodotti tas-sajd

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta' Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea lil ċerti kategoriji ta’ għajnuna Statli orizzontali (1), u partikolarment l-Artikolu 1(1)(a)(i) tiegħu,

Wara li ppubblikat abbozz ta’ dan ir-Regolament,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar l-Għajnuna ta’ l-Istat,

Billi;

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tiddikjara, skond l-Artikolu 87 tat-Trattat, li, taħt ċerti kondizzjonijiet, għajnuna lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju hija kompatibbli mas-suq komuni u mhux suġġetta għall-ħtieġa ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

(2)

Ir-regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l- applikazzjoni ta’ l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE għall-għajnuna ta’ l-Istat lill-intrapriżi (2) żgħar u medji ma japplikax għal attivitajiet konnessi mal-produzzjoni, l-ipproċessar u l-marketing ta’ prodotti mniżżla fl-Anness I tat-Trattat.

(3)

Il-Kummissjoni applikat l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-marketing ta’ prodotti tas-sajd f’ bosta deciżjonijiet u li stqarret ukoll il-politika tagħha, l-aktar reċentement fil-linji ta’ gwida għall-eżami ta’ l-għajnuna ta’ l-Istat għas-sajd u l-akwakultura (3) (“Il-Linji ta’ Gwida għas-Sajd”). Fid-dawl ta’ l-esperjenza vasta tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni ta’ dawk l-Artikoli għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-marketing ta’ prodotti tas-sajd, huwa xieraq, bil-għan li tiġi żgurata superviżjoni effiċjenti u tiġi simplifikata l-amministrazzjoni mingħajr ma jiddgħajjef il-monitoraġġ tal-Kummissjoni, li l-Kummissjoni tagħmel użu mis-setgħat mogħtija lilha mir-Regolament (KE) Nru 994/98 ukoll għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-marketing tal-prodotti tas-sajd, sa fejn ġie ddikjarat li l-Artikolu 89 tat-Trattat huwa applikabbli għal tali prodotti.

(4)

Il-kompatibbilità ta’ l-għajnuna ta’ l-Istat fis-settur tas-sajd hija evalwata mill-Kummissjoni abbażi ta’ l-għanijiet kemm tal-Politika tal-Kompetizzjoni u tal-Politika Komuni tas-Sajd (CFP).

(5)

Dan ir-Regolament għandu jkopri għajnuna konċessa lis-settur tas-sajd li għal ħafna snin ġiet regolarment approvata mill-Kummissjon. Tali għajnuna ma teħtieġx evalwazzjoni skond il-każ min-naħa tal-Kummissjoni dwar il-kompatibbilità tagħha mas-suq komuni, jekk hija konformi mal-kundizzjonijiet imfassla għall-fondi strutturali fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999 tas-17 ta’ Diċembru 1999 li jipprovdi regoli dettaljati u arranġamenti għal għajnuna Strutturali Komunitarja fis-settur tas-sajd (4) u b’ ċerti kundizzjonijet oħra.

(6)

Għalhekk dan ir-Regolament għandu jkopri l-għajnuna segwenti: għajnuna għall-promozzjoni u/jew reklamar ta’ prodotti tas-sajd, għajnuna għall-gruppi ta’ produtturi, għajnuna għall-protezzjoni u l-iżvilupp ta’ riżorsi akwatiċi, għajnuna għall-miżuri innovattivi u għajnuna teknika, għajnuna għall-faċilitajiet portwali tas-sajd, għajnuna għall-iskreppjar ta’ bċejjeċ tas-sajd, għajnuna għal ċerti miżuri soċjo-ekonomiċi, għajnuna għall-investimenti għall-ipproċessar u/jew l-marketing ta’ prodotti tas-sajd, għajnuna għall-investimenti għall-akwakultura u s-sajd intern.

(7)

Bil-għan ta’ ċertezza legali, eżenzjonijiet tat-taxxa huma applikabbli lis-settur tas-sajd kollu li l-Istati Membri tagħhom jintroduċu skond Artikolu 15 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mat-taxxi fuq id-dħul - Sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, (5) jew lil Artikolu 14 jew Artikolu 15 (1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirristruttura il-qafas tal-Komunità għat-tassazjoni ta’ prodotti ta’ l-enerġija u elettriku (6), sal-punt li jikkostitwixxu għajnuna ta’ l-Istat, huma kompattibli mas-suq komuni u eżenti minn notifikazzjoni meħtieġa ta' Artikolu 88(3) tat-Trattat. Eżenzjonijiet tat-taxxa li l-Istati Membri huma obbligati li jintroduċu skond dawk id-dispożizzjonijiet ma jikkostitwux għajnuna ta’ l-Istat.

(8)

Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr ħsara għall-possibilità għall-Istati Membri li jinnotifikaw għajnuna lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-marketing tal-prodotti tas-sajd. Tali notifiki jkunu evalwati mill-Kummissjoni fid-dawl ta’ dan ir-Regolament u abbażi tal-Linji ta’ Gwida għas-Sajd.

(9)

L-għajnuna li Stati Membri għandhom l-intenzjoni jagħtu fis-settur tas-sajd iżda li ma taqax fl-iskop ta’ dan ir-Regolament, jew ta’ Regolamenti oħra adottati in segwitu għall-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 994/98, għandha tibqa’ suġġetta għal ħtieġa ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat. Tali għajnuna tkun evalwata fid-dawl tal-Linji ta’ Gwida għas-Sajd. Dan huwa partikolarment il-każ għall-għajnuna għat-tiġdid tal-flotta u għat-tagħmir jew l-imodernizzar ta’ bċejjeċ tas-sajd, għall-għajnuna għal kumpens finanzjarju għall-waqfa temporanja ta’ l-attivitajiet tas-sajd, għall-għajnuna għal trasferiment permanenti ta’ bċejjeċ tas-sajd lill pajjiż terz, għal għajnuna fuq id-dħul u għajnuna għall-operat, għal għajnuna sabiex jagħmel tajjeb għall-ħsara ikkawżata minn diżastru naturali jew ġrajjet mhux tas-soltu.

(10)

Dan ir-Regolament għandu jeżenta kull għajnuna li tissodisfa il-ħtiġijiet kollha li jimponi, u kull skema ta’ għajnuna, jekk kwalunkwe għajnuna li tista’ tingħata taħt tali skema tissodisfa l-ħtiġijiet rilevanti kollha ta’ dan ir-Regolament. Skemi ta’ għajnuna u għotjiet individwali li qegħdin barra kwalunkwe skema ta’ għajnuna għandu jkollhom fihom referenza speċifika għal dan ir-Regolament.

(11)

Fl-interessi tal-koerenza ma’ miżuri ta’ appoġġ iffinanzjati mill-Komunità, il-kwoti ta’ għajnuna koperti minn dan ir-Regolament għandhom jkunu daqs dawk stabbiliti għall-istess tip ta’ għajnuna fir-Regolament (KE) Nru 2792/1999.

(12)

Huwa essenzjali li l-ebda għajnuna ma tkun konċessa f’ ċirkostanzi fejn il-Liġi Komunitarja, u partikolarment ir-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, ma jkunux ġew sodisfatti. Għalhekk għajnuna tista’ tingħata biss minn Stat Membru fis-settur tas-sajd jekk il-miżuri ffinanzjati u l-effetti tagħhom huma konformi mal-Liġi Komunitarja. Qabel ma tingħata l-għajnuna, l-Istati Membri għandhom għalhekk jiżguraw li l-benefiċjarji ta’ l-għajnuna Ta’ l-Istat jkunu konformi mar-regoli tal- Politika Komuni tas-Sajd.

(13)

Skond prassi stabbilita tal-Kummissjoni, u sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna hija proporzjonali u limitata għall-ammont neċessarju, normalment il-limiti għandhom jiġu espressi f’ termini ta’ l-intensità ta’ l-għajnuna f’relazzjoni ma’ sett ta’ spejjeż eliġibbli, milli f’ termini ta’ ammonti massimi ta’ għajnuna.

(14)

In vista tal-ħtieġa li jinstab il-bilanċ xieraq bejn il-minimizzar ta’ xkiel għall-kompetizzjoni fis-settur megħjun u l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, m’għandux jeżenta għotjiet individwali li jeċċedu ammont massimu stabbilit, kemm jekk magħmula taħt skema ta’ għajnuna enżetata minn dan ir-Regolament u kemm jekk le.

(15)

Sabiex jiġu eliminati d-differenzi li jistgħu jagħtu lok għal xkiel għall-kompetizzjoni u sabiex tiġi ffaċilitata l-koordinazzjoni bejn inizzjattivi Komunitarji u nazzjonali differenti li għandhom x’ jaqsmu ma’ l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, id-definizzjoni ta’ “intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju” użata f’ dan ir-Regolament għandha tkun dik li tinstab fir-Regolament (KE) Nru 70/2001.

(16)

Sabiex jiġi determinat jekk l-għajnuna hijiex kompatibbli mas-suq komuni in segwitu ta’ dan ir-Regolament jew le, huwa neċessarju li jiġu kkunsidrati l-intensità ta’ l-għajnuna u għalhekk l-ammont ta’ għajnuna espress bħala ekwivalenti għall-għotja. Il-kalkolu ta’ l-għotja ekwivalenti għall-għajnuna dovuta f’ numr ta’ rati ta’ pagament u għajnuna fil-forma ta’ soft loan jeħtieġu l-użu ta’ rati ta' l-imgħax tas-suq fil-ħin ta’ l-għotja. In vista ta’ l-applikazzjoni uniformi, trasparenti, u sempliċi tar-regoli ta’ għajnuna ta’ l-Istat, ir-rati tas-suq għall-fini ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu meqjusa li jkunu rati ta’ referenza, ipprovdut li, fil-każ ta’ soft loan, is-self huwa garantit minn garanzija normali u ma jinvolviex riskji mhux normali. Ir-rati ta’ referenza għandhom ikunu dawk li huma ffissati perjodikament mill-Kummissjoni abbażi tal-kriterji ta’ l-għanijiet u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fuq l-Internet.

(17)

Wara li ġie ikkunsidrat l-Artikolu 87 (3) (c) tat-Trattat, l-għajnuna normalment m’ għandhiex ikollha biss l-effett li kontinwament jew perjodikament tnaqqas l-ispejjeż operattivi li l-benefiċjarju s-soltu jkollu jiġi sottopost għalihom, u għandha tkun proporzjonqli għall-iżvantaġġi li jridu jingħelbu sabiex jitħarsu l-benefiċċji soċjo-ekonomiċi li huma meqjusa bħala fl-interess Komunitarju. Miżuri ta’ għajnuna ta’ l-Istat li sempliċement għandhom l-għan li jtejbu s-sitwazzjoni finanzjarja tal-produtturi iżda li bl-ebda mod ma jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-settur, u partikolarment għajnuna li tingħata biss abbażi tal-prezz, il-kwantità, l-unità ta’ produzzjoni jew l-unità tal-meżżi ta’ produzzjoni huma kkunsidrati li jikkostitwixxu l-għajnuna operattiva li hija inkompatibbli mas-suq komuni. Minbarra dan, tali għajnuna probabbilment tinterferixxi mal-mekkaniżmi ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-sweiq. Għalhekk huwa xieraq li jiġi limitat l-għan ta’ dan ir-Regolament dwar l-għajnuna għall-investimenti, kif ukoll għajnuna għal ċerti miżuri soċjo-ekonomiċi.

(18)

Sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna hija neċessarja u jkollha l-effett ta’ inċentiv għall-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet, dan ir-Regolament m’għandux jeżenta l-attivitajiet li fih il-benefiċjarju kieku jkun diġà qed jaħdem taħt kundizzjonijiet tas-suq biss. L-ebda għajnuna m’għandha tingħata għal attivitajiet li diġà bdew.

(19)

Dan ir-Regolament m’għandux jeżenta għajnuna kumulata ma’ għajnuna Ta’ l-Istat oħra, inkluża għajnuna mogħtija minn awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali, b’ appoġġ pubbliku mogħti fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999 jew b’ għajnuna Komunitarja, in konnessjoni ma’ l-istess spejjeż eliġibbli, meta tali kumulazzjoni taqbeż il-limiti stabbiliti f’ dak ir-Regolament.

(20)

Sabiex jiġu żgurati trasparenza u monitoraġġ effettivi, f’ konformità ma’ l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 994/98, huwa xieraq li jiġi stabbilit format standardizzat li fiha Stati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’ informazzjoni konċiża kull meta, in segwitu ta’ dan ir-Regolament, skema ta’ għajnuna tiġi implimentata jew meta tingħata għajnuna individwali barra minn tali skemi, intiża għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea. Għall-istess raġunijiet, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar rekords li l-Istati Membri għandhom iżommu fir-rigward ta’ l-għajnuna eżentata minn dan ir-Regolament. Għall-fini tar-rapport annwali li jrid jingħata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri, huwa xieraq għall-Kummissjoni li tistabbilixxi l-ħtiġijiet speċifiċi tagħha. In vista tad-disponibbilità wiesgħa tat-teknoloġija meħtieġa, l-informazzjoni konċiża u r-rapport annwali għandhom ikunu f’ forma kompjuterizzata.

(21)

Jekk Stat Membru jonqos mill-obbligu ta’ rappurtar stabbiliti f’ dan ir-Regolament, dan jista’ jagħmilha impossibbli għall-Kummisjoni sabiex twettaq il-kompitu ta’ monitoraġġġ skond l-Artikolu 88(1) tat-Trattat u, partikolarment, sabiex jiġi evalwat jekk l-effett ekonomiku kumulattiv ta’ l-għajnuna eżentata taħt dan ir- Regolament huwa tali li jaffetwa b’ mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sal punt li jmur kontra l-interessi komuni. Huwa għalhekk ta’ importanza primarja li l-Istati Membri jissottomettu mill-aktar fis informazzjoni approprjata meta jimplimentaw għajnuna taħt dan ir-Regolament. Hu partikolarment neċessarju li jiġi evalwat l-effett kumulattiv ta’ l-għajnuna ta’ l-Istat fejn l-istess benefiċjarju jista’ jirċievi l-għajnuna mogħtija minn numru ta’ għejun.

(22)

Wara li tiġi kkunsidrata l-esperjenza tal-Kumissjoni f’ dan il-qasam, u partikolarment il-frekwenza li permezz tagħha huwa ġeneralment meħtieġ li il-politika ta’ l-għajnuna ta’ l-Istat tiġi riveduta, huwa xieraq li jiġi limitat il-perjodu ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jekk dan ir-Regolament jiskadi mingħajr ma jkun ġie estiż, skemi ta’ għajnuna li huma diġà eżentati minn dan ir-Regolament għandhom ikomplu jiġu eżentati għal sitt xhur.

(23)

Huwa xieraq li jiġu pprovduti dispożizzjonijiet transitorji għall-notifikazzjonijiet pendenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għal għajnuna li kienet ingħatat qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolamenti u li ma kinitx notifikata bi ksur ta’ l-obbligu fl-Artikolu 88 (3) tat-Trattat.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

SKOP, DEFINIZZJONIJIET U KUNDIZZJONIJIET

Artikolu 1

Skop

1.   Dan ir-Regolament japplika għall-għajnuna mogħtija lil intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar jew l-marketing ta’ prodotti tas-sajd.

2.   Dan ir-Regolament ma japplikax lil:

(a)

għajnuna għall-attivitajiet konnessi ma’ l-esportazzjoni, primarjament għajnuna konnessa direttament mal-kwantitajiet esportati, lill-istabbliliment u l-operat ta’ network ta’ distribuzzjoni jew ta’ nefqa oħra kurrenti konnessa ma’l-attività ta’ l-esportazzjoni;

(b)

għajnuna li tiddependi fuq l-użu ta’ prodotti/merkanzija domestika fuq dik importata.

3.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal għajnuna għal proġetti individwali bi spejjeż eliġibbli ta’ aktar minn EUR 2 miljuni, jew fejn l-ammont ta’ l-għajnuna jaqbeż miljun EUR għal kull benefiċjarju għal kull sena.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw:

(1)

“għajnuna” tfisser kwalunkwe miżura li tissodisda l-kriterji kollha li jinsabu fl-Artikolu 87 (1) tat-Trattat;

(2)

“prodott tas-sajd” tfisser kemm prodotti maqbuda mil-baħar jew minn ibħra interni u l-prodotti ta’ akwakultura elenkati fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (7);

(3)

“l-ipproċessar u l-marketing” tfisser l-operati kollha, inklużi l-iħħendiljar, it-trattament, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni, bejn il-ħin tal-wasla jew tal-ġbir u l-ħażna u l-istadju finali tal-prodott;

(4)

“intrapriżi żgħar u ta” daqs medju’ (“SMEs”) tfisser intrapriżi kif definit fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 70/2001.

Artikolu 3

Kundizzjonijiet għall-eżenzjoni

1.   Għajnuna individwali barra minn kwalunkwe skema, li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament, tkun kompatibbli mas-suq komuni fit-tifsira ta’ l- Artikolu 87 (3) (c) tat-Trattat u tkun eżenti mill-ħtieġa ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88 (3) tat-Trattat, ipprovdut li l-informazzjoni konċiża li hemm iprovdut għaliha mill-Artikolu 16(1) ta’ dan ir-Regolament tkun ġiet sottomessa u jkun fiha referenza speċifika għal dan ir-Regolament, billi jiġi ċitat it-titolu tiegħu u referenza tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

2.   Skemi ta’ għajnuna li jisodisfaw il-kundizzjonijiet kollha meħtieġa minn dan ir-Regolament ikunu kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87 (3) (c) tat-Trattat u jkunu eżenti mill-ħtieġa tan-notifika ta’ l-Artikolu 88 (3) tat-Trattat jekk:

(a)

kull għajnuna li tista’ tingħata taħt tali skema tissodisfa l-kundizzjonijiiet kollha li joħrġu minn dan ir-Regolament;

(b)

l-iskema jkun fiha referenza speċifika għal dan ir-Regolament, billi jiġi ċitat it-titlu u r-referenza tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

(c)

l-informazzjoni konċiża meħtieġa mill-Artikolu 16(1) ta’ dan ir-Regolament tkun ġiet sottomessa.

3.   Għajnuna mogħtija taħt l-iskemi msemmija fil-paragrafu 2 tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87 (3) (c) tat-Trattat u tkun eżenti mill-ħtieġa tan-notifika ta’ l-Artikolu 88 (3) tat-Trattat jekk l-għajnuna konċessa direttament tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

4.   Qabel ma tingħata kwalunkwe għajnuna taħt dan ir-Regolament, l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-miżuri ffinanzjati u l-effetti tagħhom ikunu konformi mal-liġi komunitarja. Waqt il-perjodu tal-konċessjoni, l-Istati Membri jridu jiżguraw li dawk l-benefiċjarji ta’ l-għajnuna jissodisfaw ir-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

KAPITOLU 2

KATEGORIJI TA’ GĦAJNUNA

Artikolu 4

Għajnuna għall-gruppi ta’ produtturi jew assoċjazzjonijiet jew membri tan-negozju

L-għajnuna għall-ħolqien u għall-operat ta’ gruppi ta’ produtturi jew assoċjazzjonijiet tal-produtturi, u għajnuna għall-miżuri implimentati minn tali gruppi jew assoċjazzjonijiet jew minn membri tan-negozju, ikunu kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’

l-Artikolu

87 (3) (c) tat-Trattat u jkunu eżenti mill-ħtieġa tan-notifika skond l-Artikolu 88 (3) tat-Trattat jekk:

(a) l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999, u

(b)

l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’ ekwivalenti ta’ sussidji, ir-rata totali ta’ sussidji nazzjonali u Komuniarji stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999 għal tali għajnuna.

Artikolu 5

Għajnuna għall-investimenti fil-protezzjoni u l-iżvilupp ta’ rizorsi akwatiċi

Għajnuna għall-investimenti fil-protezzjoni u l-żvilupp ta’ rizorsi akwatiċi tkun kompatibbli mas-suq komuni fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87 (3) (c) tat-Trattat u tkun eżenti mill-ħtieġa tan- notifika skond l-Artikolu 88 (3) tat-Trattat jekk:

(a)

l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13 u punti 2 u 2.1 tal-Anness III għal Regolament (KE) Nru 2792/1999,

u

(b)

l-ammont ta’ għajnuna ma jaqbiżx, f’ ekwivalenti ta’ sussidji, ir-rata totali ta’ sussidji nazzjonali u Komunitarji stipulati mill-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999 għal tali għajnuna.

Artikolu 6

Għajnuna għall-investimenti f’miżuri innovattivi u għajnuna teknika

1.   Lgħajnuna għall-investimenti għall-miżuri innovattivi u għall-għajnuna teknika tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87 (3) (c) tat-Trattat u tkun eżenti mill-ħtieġa ta’ notifika skond l-Artikolu 88 (3) tat-Trattat jekk:

(a)

l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999,

u

(b)

l-ammont ta’ għajnuna ma jaqbiżx, f’ ekwivalenti ta’ sussidji, ir-rata totali ta’ sussidji nazzjonali u Komunitarji stabbiliti mill-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999 għal tali għajnuna.

2.   Għajnuna għall-investimenti f’miżuri innovattivi u għajnuna teknika għandhom jiġu esklużi mill-iskop tal-paragrafu 1 jekk huma konnessi man-nefqa operattiva tal-benefiċjarju.

Artikolu 7

Għajnuna għall-investiment fil-promozzjoni u r-reklamar ta’ prodotti tas-sajd

Għajnuna għall-investiment fil-promozzjoni u r-reklamar ta’ prodotti tas-sajd trid tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87 (3) (c) tat-Trattat u tkun eżenti mill-ħtieġa tan-notifika skond l-Artikolu 88 (3) tat-Trattat jekk:

(a)

l-għajnuna taffetwa settur sħiħ jew prodott jew grupp ta’ prodotti b’ tali mod li ma tippromwovix il-prodotti ta’ intrapriża speċifika waħda jew aktar,

(b)

l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet li jinstabu fl-Artikolu 14 ta’, u punt 3 ta’ l-Anness III ta’, Regolament (KE) Nru 2792/1999,

u

(c)

l-ammont ta’ għajnuna ma jaqbiżx, f’ ekwivalenti ta’ sussidji, r-rata totali ta’ sussidji nazzjonali u Komunitarji stabbiliti mill-Anness IV ta’ dak ir-Regoament għal tali għajnuna.

Artikolu 8

Għajnuna għall-investimenti fl-ipproċessar u l- marketing

Għajnuna għall-investimenti fl-ipproċessar u l-marketing ta’ prodotti tas-sajd trid tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87 (3) (c) tat-Trattat u tkun eżenti mill-ħtieġa ta’ notifika ta’ l-Artikolu 88 (3) tat-Trattat jekk:

(a)

l-għajnuna hija konformi mal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13 ta’, u punti 2 u 2.4 ta’ l-Anness III ta’, Regolament (KE) Nru 2792/1999,

u

(b)

l-ammont ta’ għajnuna ma jaqbiżx, f’ ekwivalenti ta’ sussidji, ir-rata totali ta’ sussidji nazzjonali u Komunitarji stabbiliti mill-Anness IV tat-Regolament (KE) Nru 2792/1999 għal tali għajnuna.

Artikolu 9

Għajnuna għall-investimenti fil-faċilitajiet portwali għas-sajd

Għajnuna għall-investimenti fil-faċilitajiet portwali għas-sajd maħsuba sabiex jassistu operazzjonijiet ta’ twassil u forniment lill-bċejjeċ tas-sajd tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87 (3) (c) tat-Trattat u tkun eżenti mill-obbligu ta’ notifika skond l-Artikolu 88 (3) tat-Trattat jekk:

(a)

l-għajnuna hija konformi mal-kundizzjonijiet li joħorġu mill-Artikolu 13 ta', u l-punti 2 u 2.3 ta’ l-Anness III ta’ Regolament (KE) Nru 2792/1999,

u

(b)

l-ammont ta’ l-għajnuna ma jaqbiżx, f’ ekwivalenti ta’ sussidji, ir-rata totali ta’ sussidji nazzjonali u Komunitarji stabbiliti mill-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999 għal tali għajnuna.

Artikolu 10

Għajnuna għall-waqfa permanenti ta’ attivitajiet tas-sajd permezz ta’ l-iskreppjar ta’ biċċa tas-sajd jew ir-riassenjazzjoni tagħha għal skop mhux ta’ qliegħ minbarra s-sajd

Għajnuna għall-iskreppjar ta’ bċejjeċ tas-sajd jew għajnuna għar-riassenjazzjoni permanenti ta’ bċejjeċ tas-sajd għal fini mhux għal skop ta’ qliegħ minbarra sajd ikunu kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87 (3) (c) tat-Trattat u jkunu eżenti mill-ħtieġa tan-notifika skond l-Artikolu 88 (3) tat-Trattat jekk:

(a)

l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet li joħorġu mill-Artikolu 7 ta’, u punt 1.1. ta’ l-Anness III ta’ Regolament (KE) Nru 2792/1999,

u

(b)

l-ammont ta’ għajnuna ma jaqbiżx, f’ ekwivalenti ta’ sussidji, ir-rata totali ta’ sussidji nazzjonali u Komunitarji stabbiliti mill-Anness IV ta’ Regolament (KE) Nru 2792/1999 jew mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2370/2002 (8) għal tali għajnuna.

Artikolu 11

Għajuna għall-investmenti fl-akwakultura u fis-setturi tas-sajd intern

Għajnuna għall-investmenti fl-akwakultura u s-setturi tas-sajd intern ikunu kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87 (3) (c) tat-Trattat u jkunu eżenti mill-ħtieġa tan- notifika skond l-Artikolu 88 (3) tat-Trattat jekk:

(a)

l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet li joħorġu mill-Artikolu 13 ta’, u l-punti 2, 2.2. u 2.5. ta’ l-Anness III ta’ Regolament (KE) Nru 2792/1999,

u

(b)

l-ammont ta’ għajnuna ma jaqbiżx, f’ ekwivalenti ta’ sussidji, ir-rata totali ta’ sussidji nazzjonali u Komunitarji stabbiliti mill-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999.

Artikolu 12

Miżuri soċjo-ekonomiċi

Għajnuna għall-irtirar kmieni tas-sajjieda u premiums individwali b’ rata waħda skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12 (1) u (2), l-Artikolu 12(3) (a) (b) u (c), u l-Artikolu 12(4) (a) sa (e) u l-Anness III ta’ Regolament (KE) Nru 2792/1999 ikunu kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l- Artikolu 87 (3) (c) tat-Trattat u jkunu eżenti mill-ħtieġa tan-notifika skond l-Artikolu 88 (3) tat-Trattat jekk l-ammont ta’ għajnuna ma jaqbiżx, f’ ekwivalenti ta’ sussidji, ir-rata totali ta’ sussidji nazzjonali u Komunitarji stabbilita mill-Anness IV ta’ dak ir-Regolament għal tali għajnuna.

Artikolu 13

Eżenzjonijiet ta’ taxxa skond id-Direttivi 77/388/KEE u 2003/96/KE

Eżenzjonijiet ta’ taxxa applikabbli fl-intieretà tas-settur tas-sajd li l-Istati Membri jintroduċu in segwitu għall-Artikolu 15 tad-Direttiva 77/388/KEE jew l-Artikolu 14 jew l-Artikolu 15(1) tad-Direttivi 2003/96/KE, ikunu, sa kemm jikkostitwixxu għajnuna ta’ l-Istat, kompatibbli mas-suq komuni u eżenti mill-ħtieġa ta’ notifika skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

KAPITOLU 3

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI U FINALI

Artikolu 14

Fażijiet qabel l-għoti ta’ għajnuna

1.   Sabiex tikkwalifika għal eżenzjoni taħt dan ir-Regolament, għajnuna taħt skema ta’ għajnuna tkun konċessa biss għal attivitajiet li jkunu bdew jew servizzi rċevuti wara li l-iskema ta’ għajnuna tkun twaqqfet u tkun ġiet ippublikata skond dan ir-Regolament.

Jekk l-iskema ta’ għajnuna toħloq dritt awtomatiku sabiex tirċievi għajnuna, u ma tkunx teħtieġ azzjoni ulterjuri fuq livell amministrattiv, l-għajnuna nnifisha tista’ tkun konċessa biss wara li l-iskema ta’ għajnuna tkun twaqqfet u tkun ġiet pubblikata f’ konformità ma’ dan ir-Regolament.

Jekk l-iskema ta’ għajnuna teħtieġ li tiġi sottomessa applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, l-għajnuna nnifisha tista’ tingħata biss wara li jkunu sodisfatti l-kundizzjonjiet segwenti:

(a)

l-iskema ta’ għajnuna trid tkun twaqqfet u tkun ġiet ippublikata f’ konformità ma’ dan ir-Regolament;

(b)

applikazzjoni għall-għajnuna trid tkun ġiet sottomessa b’ mod xieraq lill-awtorità kompetenti kkonċernata;

(c)

l-applikazzjoni trid tkun ġiet aċċettata mill-awtorità kompetenti kkonċernata b’ mod li jobbliga lil dik l-awtorità sabiex tagħti l-għajnuna, b’ indikazzjoni ċara ta’ l-ammont ta’ għajnuna konnċessa jew ta’ kif dan l-ammont irid jiġi ikkalkulat; tali aċċettazzjoni mill-awtorità kompetenti tista’ ssir biss jekk il-baġit disponibbli għall-għajnuna jew għall-iskema ta’ għajnuna ma tkunx ġiet eżawrita eżawsta.

2.   Sabiex tikkwalifika għal eżenzjoni taħt dan ir-Regolament, għajnuna individwali barra minn skema ta’ għajnuna tkun konċessa biss għal attivitajiet li bdew jew servizzi rċevuti wara li ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet fil-punti (b) u (c) tat-tielet sub-paragrafu tal-paragrafu 1.

Artikolu 15

Kumulazzjoni

Għajnuna eżentata minn dan ir-Regolament ma tkunx kumulata ma’ kwalunkwe għajnuna ta’ l-Istat oħra fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 87 (1) tat-Trattat in relazzjoni ma’ l-istess spejjeż eliġibbli, jekk tali kumulazzjoni tirriżulta f’ intensità ta’ għajnuna li taqbeż il-kwoti li jinstabu f’ dan ir-Regolament.

Artikolu 16

Trasparenza u monitoraġġ

1.   L-aktar tard sa 10 jiem ta’ ħidma qabel id-dħul fis-seħħ ta’ skema ta’ għajnuna, jew ta’ l-għoti ta’ għajnuna individwali barra minn kwalunkwe skema oħra, eżentata minn dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom iressqu lill-Kummissjoni, għall-fini tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, rendikont ta’ l-informazzjoni dwar tali skema ta’ għajnuna jew għajnuna individwali f’ forma komputerizzata u kif imniżżel fl-Anness I. Fi żmien ħamest ijiem ta’ ħidma minn mindu jkun wasal is-sommarju, il-Kummissjoni trid tibgħat avviż ta’ l-irċevuta b’ numru ta’ identifikazzjoni u tippubblika s-sommarju fuq l-internet.

2.   L-Istati Membri jridu jżommu rekords detalljati dwar l-iskemi ta’ għajnuna li huma eżentati minn dan ir-Regolament, l-għajnuna individwali konċessa taħt dawk l-iskemi, u l-għajnuna individwali eżentata permezz ta' dan ir-Regolament li tingħata barra minn kwalunkwe skema ta’ għajnuna eżistenti. Tali rekords għandhom ikollhom l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni, kif joħroġ minn dan ir-Regolament, huma sodisfatti, inkluża informazzjoni dwar l-istatus tal-kumpanija bħala SME.

Stati Membri jridu jżommu rekord dwar għajnuna individwali għal 10 snin mid-data li fiha ġiet konċessa u, dwar skema ta’ għajnuna, għal 10 snin mid-data li fiha l-aħħar għajnuna individwali kienet ingħatat taħt tali skema.

Fuq talba miktuba, l-Istati Membri kkonċernati jridu jipprovdu lill-Kummissjoni, f’ perjodu ta’ 20 jum ta’ ħidma jew perjodu itwal kif jista’ jiġi stabbilit fit-talba, bl-informazzjoni kollha li l-Kummissjoni tqis meħtieġa sabiex tevalwa jekk il-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ġew sodisfatti.

3.   L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-ebda għajnuna eżenti taħt dan ir-Regolament ma tiġi konċessa jekk tirriżula f’ intensità ta’ għajnuna jew ammont ta’ għajnuna li jaqbeż il-limiti stabbiliti f’ dan ir-Regolament. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jridu jew jiksbu mill-intrapriża kkonċernata informazzjoni sħiħa dwar għajnuna oħra simili li ġiet irċevuta jew inkella jħaddnu sistema ta’ monitoraġġ li tagħmilha possibbli li jiġi kkalkolat l-ammont totali ta’ għajnuna rċevuta minn benefiċjarju ta’ għajnuna eżenti minn dan ir-Regolament, inkluż kull għajnuna mħallsa fuq livelli differenti ta’ l-Istat Membru kkonċernat, u kwalunkwe appoġġ Komunitarju li l-benefiċjarju jista’ jirċievi.

4.   L-Istati Membri jridu jfasslu rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal dak li jirrigwarda kull parti ta’ sena kalendarja jew sena kalendarja sħiħa li matula japplika dan ir-Regolament, f’ forma kompjuterizzata.u kif imniżżel fl-Anness II. Dan ir-rapport jista’ jiġi integrat f’ rapport annwali sabiex jiġi sottomess mill-Istati Membri in segwitu ta’ l-Artikolu 21 (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (9), u jrid ikun sottomess sat-30 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara s-sena tal-kalendarju koperta minn dan ir-rapport.

5.   Malli skema ta’ għajnuna tidħol fis-seħħ, jew tkun konċessa għajnuna individwali barra minn skema ta’ għajnuna li hija eżenti minn dan ir-Regolament, l-Istati Membri jridu jippubblikaw fuq l-internet it-test komplut ta’ tali skema ta’ għajnuna, jew il-kriterji u l-kundizzjonijiet li taħthom tali għajnuna individwali hija konċessa. L-indirizz tal-websajts iridu jkunu komunikati lill-Kummissjoni flimkien ma’ rendikont ta' l-informazzjoni dwar l-għajnuna meħtieġa in segwitu tal-paragrafu 1. Trid tkun kontenuta fir-rapport annwali sottomess in segwitu tal-paragrafu 4.

Artikolu 17

Dispożizzjonijiet Transizzjonali

1.   Notifiki pendenti fiż-żmien tad-dħul fi-seħħ ta’ dan ir-Regolament ikunu evalwati skond id-dispożizzjonijiet tiegħu. Meta l-kundizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament m’humiex sodisfatti, il-Kummissjoni trid teżamina tali notifiki pendenti taħt il-Linji ta’ Gwida Komunitarji għall-eżaminazzjoni ta’ l-għajnuna ta’ l-Istat fis-settur tas-sajd u l-akwakultura.

Għajnuna individwali u skemi ta’ għajnuna implimentati qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għajnuna mogħtija taħt dawn l-iskemi fin-nuqqas ta’ awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni u fi ksur tal-ħtieġa tan-notifika ta’ l-Artikolu 88 (3) tat-Trattat tkun kompatibbli mas-suq komuni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87 (3) (c) tat-Trattat u tkun eżenti jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet li joħorġu mill-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, ħlief għal ħtieġijiet fil-paragrafu 1 u l-paragrafu 2, (b) u (c) ta’ dak l-Artikolu li għandha ssir referenza speċifika għal dan ir-Regolament u li l-informazzjoni sommarjatkun ġiet provduta. Kwalunkwe għajnuna li ma tissodisfax dawk il-kundizzjonijiet tkun evalwata mill-Kummissjoni skond il-qafas, il-linji ta’ gwida, il-komunikazzjonijiet u l-avviżi rilevanti.

2.   Skemi ta’ għajnuna eżenti taħt dan ir-Regolament jibqgħu eżenti waqt perjodu ta’ aġġustament ta’ sitt xhur wara d-data mogħtija fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikoli 18.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ u applikabilità

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2004.

Għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2006.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar it-8 ta' Settembru 2004

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 142, ta’ l-14.5.1998, p. 1.

(2)   ĠU L 10, tat-13.1.2001, p. 33. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 364/2004 (ĠU L 63, 28.2.2004, p. 22).

(3)  ĠU C….

(4)   ĠU L 337, 30.12.1999, p. 10. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nr 2369/2002 (ĠU L 358, 31.12.2002, p. 49).

(5)   ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/66/KE (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).

(6)   ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51. (Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/75/KE (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 100).

(7)   ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(8)   ĠU L 358, 31.12.2002, p. 57.

(9)   ĠU L 83, tas-27.3.1999, p. 1.


ANNESS I

Formola ta’ informazzjoni konċiża li trid tingħata kull meta skema ta’ għajnuna li hija eżenti permezz ta’ dan ir-Regolament hija implimentata u kull meta tingħata għajnuna individwali li hija eżentata pemezz ta’ dan ir-Regolament barra minn kull skema ta’ għajnuna

Informazzjoni konċiża dwar għajnuna ta’ l-Istat konċessa f’ konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE)…

Informazzjoni konċiża li trid timtela

Rimarki ta' spjegazzjoni

Stat Membru

Reġjun (indika l-isem tar-reġjun jekk l-għajnuna hija konċessa minn awtorità sub-ċentrali).

Titolu ta’ l-iskema ta’ għajnuna jew l-isem tal-kumpanija li qed tirċievi għajnuna individwali (indika l-isem ta’ l-iskema ta’ għajnuna jew fil-każ ta’ għajnuna individwali, l-isem tal- benefiċjarju).

Bażi legali (indika ir-referenza legali nazzjonali preċiża għall-iskema ta’ għajnuna jew għall-għajnuna individwali).

Nefqa annwali ippjanata taħt l-iskema jew l-ammont globali ta’ għajnuna individwali konċessa lill-kumpanija (l-ammonti għandhom jingħataw f’ Ewro jew, jekk applikabbli, fil-munita nazzjonali). Fil-każ ta’ skema ta’ għajnuna, indika l-ammont globali annwali ta’ l-approprjazzjoni(jiet) tal-baġit jew l-istima tat-taxxa mitlufa għal kull sena għall-għodda kollha ta’ għajnuna li hemm fl-iskema. Fil-każ ta’ għoti ta’ għajnuna individwali: indika l-ammont globali ta’ ħajnuna/taxxa mitlufa. Jekk xieraq, indika wkoll għal kemm-il sena ser titħallas l-għajnuna f’ rati ta’ pagamenti jew għal kemm-il sena ser ikun hemm telf ta’ taxxa. Għall-garanziji fiż-żewġ każijiet, indika l-ammont (massimu) ta’ self garantit).

Intensità massima ta’ għajnuna (indika l-intensità massima ta’ għajnuna jew l-ammont massimu ta’ għajnuna għal kull ħaġa eliġibbli).

Data ta’ implimentazzjoni (indika d-data li minnha l-għajnuna tista’ tiġi konċessa taħt l-iskema jew meta l-għajnuna individwali hija konċessa).

Perjodu ta’ applikazzjoni ta’ l-iskema jew l-għoti ta’ għajnuna individwali (indika d-data (sena u xahar) sa meta l-għajnuna tista’ tingħata taħt l-iskema jew fil-każ ta’ għajnuna individwali u jekk xieraq id-data mistennija (sena u xahar) ta’ l-aħħar rata ta’ pagament dovuta).

Għan ta’ l-għajnuna (huwa mifhum li l-għan ewlieni huwa għajnuna għal SME. Indika għanijiet oħra (sekondarji).

Indika liema artikolu mill-Artikoli 4 sa 12 huwa wżat u l-ispejjeż eliġibbli koperti mill-iskema jew mill-għajnuna individwali.

Settur(i) (i)kkonċernat(i) (indika jekk l-iskema tapplikax għas-settur tas-sajd, u/jew għas-settur ta’ l-akwakultura, u/jew għas-settur ta’ l-ipproċessar u/jew l-marketing). Indika is-sub-setturi fejn xieraq.

Isem u indirizz ta’ l-awtorità ta’ l-għoti.

Indirizz tal-web (indika l-indirizz tal-web fejn jista’ jinstab it-test kollu ta’ l-iskema jew il-kundizzjonijiet tal-kriterji li taħtha għajnuna individwali tingħata barra minn kull skema ta’ għajnuna).

Informazzjoni oħra.


ANNESS II

Formola għar-rapport perjodiku li għandu jingħata lill-Kummissjoni

Format tar-rapport annwali dwar l-iskemi ta’ għajnuna eżenti taħt regolament ta’ eżenzjoni ta’ kategorija adottat in segwitu ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98.

L-Istati Membri huma meħtieġa li jużaw dan il-format ta’ hawn taħt għall-obbligi ta’ rappurtar lill-Kummissjoni taħt ir-regolamenti ta’ l-eżenzjoni ta’ kategorija adottati abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98.

Ir-rapporti jridu jiġu wkoll ipprovduti f’ forma komputerizzata.

Informazzjoni meħtieġa għall-iskemi kollha ta’ għajnuna taħt ir-regolamenti ta’ l-eżenzjoni ta’ kategorija adottati in segwitu għall-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98:

1.

Titolu ta’ l-iskema ta’ għajnuna

2.

Regolament ta’ eżenjoni tal-Kummissjoni applikabbli

3.

Nefqa (jridu jiġu pprovduti figuri separati għal kull strument ta’ għajnuna fi ħdan skema jew għajnuna individwali (eż. għotja, soft loans, eċċ.). Il-figuri jridu jkunu espressi f’ ewro jew, jekk applikabbli, f’ munita nazzjonali. Fil-każ ta’ nefqa tat-taxxa, telf annwali tat-taxxa jrid jiġu rrappurtat. Jekk figuri preċiżi m’humiex disponibbli, tali telf jista’ jiġi stmat.

Dawn il-figuri ta’ nefqa għandhom jiġu pprovduti fuq il-bażi segwenti.

Għas-sena ta’ stima indika separatament għal kull strument ta’ għajnuna fl- iskema (eż. għotja, soft loan, garanzija, eċċ.):

3.1.

ammonti marbuta, telf tat-taxxa (stmata) jew dħul ieħor preċedenti, informazzjoni dwar garanziji, eċċ. għal proġetti ġodda assistiti. Fil-każ ta’ skemi ta’ garanzija, l-ammont totali ta’ garanziji li ingħataw għandom jiġu pprovduti;

3.2.

pagamenti attwali, telf tat-taxxa (stmata) jew dħul ieħor preċedenti, informazzjoni dwar garanziji, eċċ. għal proġetti ġodda u attwali assistiti. Fil-każ ta’ skemi ta’ garanzija, dan li ġej għandu jiġi pprovdut: ammont totali ta’ garanziji pendenti, dħul minn premiums irkupri, indennitajiet imħallsa, riżultat operattiv ta’ l-iskema fis-sena taħt verifika;

3.3

numru ta’ proġetti u/jew intrapriżi assistiti;

3.4

ammont globali stmat ta’:

għajnuna mogħtija lil gruppi ta’ produtturi jew assoċjazzjonijiet jew membri tan-negozju;

għajnuna mogħtija għall-investimenti fil-promozzjoni u/jew reklamar ta’ prodotti tas-sajd;

għajnuna mogħtija għall- investimenti fil-protezzjoni u l-iżvilupp ta’ riżorsi akwatiċi;

għajnuna mogħtija għall- investimenti fil-miżuri innovattivi u l-assistenza teknika;

għajnuna mogħtija għall-investmenti għall-faċilitajiet portwali għas-sajd;

għajnuna mogħtija għall-miżuri soċjo-ekonomiċi kif definita fl-Artikolu 12

għajnuna mogħtija għall-waqfa permanenti mill-attivitajiet tas-sajd kif definita fl-Artikolu 10;

għajnuna mogħtija għall- investimenti fl-ipproċessar u l-marketing tal-prodotti tas-sajd ta’ kwalità;

għajnuna mogħtija għall-investimenti għall-akwakultura u s-sajd intern.

3.5.

tqassim reġjonali ta’ ammonti taħt il-punti 3.1. skond ir-reġjuni definiti bħala reġjuni ta’ Għan 1 u żoni oħra;

4.

Informazzjoni u rimarki.oħra


Top