Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0997

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 997/2004 tas- 17 ta' Mejju 2004 li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2730/2000/KEFA dwar importazzjonijiet ta' kokk tal-faħam f'biċċiet ta' dijametru ta' aktar minn 80 mm li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jtemm ir-reviżjoni interim tal-miżuri ta' anti-dumping imposti permezz tagħha

    ĠU L 183, 20.5.2004, p. 1–3 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 40–42 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 16/12/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/997/oj

    30.5.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    40


    IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 997/2004

    tas-17 ta' Mejju 2004

    li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2730/2000/KEFA dwar importazzjonijiet ta' kokk tal-faħam f'biċċiet ta' dijametru ta' aktar minn 80 mm li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jtemm ir-reviżjoni interim tal-miżuri ta' anti-dumping imposti permezz tagħha

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b'mod partikolari l-Artikoli 9 u 11(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta preżentata mill-Kummissjoni wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    A.   PROĊEDURA

    1.   Il-proċedura preċedenti

    (1)

    Permezz tad-Deċiżjoni Nru 2730/2000/KEFA (2), il-Kummissjoni imponiet dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' kokk tal-faħam f'biċċiet ta' dijametru ta' aktar minn 80 mm, li jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 2704 00 19 (kodiċi TARIC2704001910), li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat” jew “RPĊ”). L-ammont ta' dazju anti-dumping huwa ugwali għall-ammont fiss ta' EUR 32.6 għal kull tunnellata metrika ta' piż nett xott.

    (2)

    Fid-dawl tat-tmiem tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar fit-23 ta' Lulju 2002, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 963/2002 (3), iddeċieda li miżuri ta' anti-dumping li kienu adottati skond id-Deċiżjoni Nru 2277/96/ KEFA u li kienu għadhom fis-seħħ fit-23 ta' Lulju 2002 kellhom ikomplu u jkunu rregolati mid-disposizzjonijiet tar-Regolament bażiku b'effett mill-24 ta' Lulju 2002.

    2.   Il-proċedura attwali

    (3)

    Fil-11 ta' Diċembru 2002, il-Kummissjoni ħabbret, permezz tal-publikazzjoni ta' avviż fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (4), il-bidu ta' reviżjoni interim tal-miżuri ta' anti-dumping definittivi applikabbli għal importazzjonijiet ta' kokk tal-faħam f'biċċiet ta' dijametru ta' aktar minn 80 mm (minn issa 'l quddiem “kokk 80+” jew “il-prodott ikkonċernat”) li joriġinaw fir-RPĊ skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku u bdiet investigazzjoni.

    (4)

    Il-proċediment ingħata bidu fuq talba ppreżentata mill-Eucoke-EEIG (l-“applikant”) għan-nom ta' produtturi li jirrappreżentaw proporzjon maġġur tal-produzzjoni Komunitarja totali ta' kokk tal-faħam f'biċċiet ta' dijametru ta' aktar minn 80 mm. L-applikant allega li d-dumping fir-rigward tar-RPĊ baqa' sejjer u anke żdied u li l-miżuri eżistenti ma kienux se jibqgħu iżjed suffiċjenti sabiex jikkontrabattu l-effetti dannużi tad-dumping. L-evidenza miġjuba fit-talba għal reviżjoni kienet ikkunsidrata suffiċjenti biex tiġġustifika li jingħata bidu għall-investigazzjoni.

    (5)

    Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lill-produtturi/esportaturi, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa bħala kkonċernati, lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur ikkonċernat, lill-industrija Komunitarja applikanti u lill-produtturi Komunitarji oħra magħrufa dwar il-bidu tar-reviżjoni interim. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħmlu magħrufa l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu udjenza fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż tal-bidu.

    3.   Is-sospensjoni tal-miżuri

    (6)

    Ta' min ifakkar li matul l-investigazzjoni tal-proċediment preżenti numru ta' partijiet interessati ipprovda nformazzjoni dwar bidla fil-kondizzjonijiet tas-suq wara t-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni (mill-1 ta' Ottubru 2001 sat-30 ta' Settembru 2002), u b'hekk ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet meħtieġa skond l-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku sabiex tkun iġġustifikata s-sospensjoni tal-miżuri preżentement fis-seħħ.

    (7)

    L-investigazzjoni wriet li l-ħtiġiet kollha għas-sospensjoni tal-miżuri ta' anti-dumping ġew sodisfatti. Għaldaqstant, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 264/2004/KE (5), id-dazju anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet ta' kokk tal-faħam f'biċċiet ta' dijametru ta' aktar minn 80 mm li joriġinaw fir-RPĊ ġie sospiż għal perijodu ta' disa' xhur

    4.   L-irtirar ta' l-applikazzjoni

    (8)

    Permezz ta' ittra tal-15 ta' Diċembru 2003 lill-Kummissjoni, il-Eucoke-EEIG irtirat formalment l-applikazzjoni tagħha.

    (9)

    Fir-rigward tal-fatt li l-investigazzjoni ma rriżultat fl-ebda kunsiderazzjoni li turi li tali terminazzjoni ma tkunx fl-interess tal-Komunità, huwa kkunsidrat li l-proċediment preżenti għandu jiġi tterminat skond l-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku.

    5.   Il-forma tal-miżuri

    (10)

    Madankollu, matul l-investigazzjoni, instab li kien meħtieġ li jiġi ċċarat il-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri eżistenti minħabba d-diffikultajiet iffaċċjati minn operatur ekonomiku għar-rigward ta' l-applikazzjoni tal-miżuri fis-seħħ. Tabilħaqq, instab li dazji anti-dumping kienu qegħdin jiġu miġbura mill-awtoritajiet tad-dwana ta' Stat Membru wieħed fuq vjaġġi ta' kokk iddestinat għall-użu f'kalkari ta' funderiji, li mhumiex milquta mil-miżuri ta' anti--dumping, u li jikkomprendu parti żgħira biss tal-prodott ikkonċernat. Sabiex jiġi żgurat infurzar aktar effiċjenti u uniformi tal-miżuri, l-eżenzjoni prevista fid-Deċiżjoni Nru 2730/2000/KEFA għal esportazzjonijiet li huma taħlita ta' kokk tal-faħam f'biċċiet iżgħar mill-prodott ikkonċernat u ta' kokk tal-faħam f'biċċiet ta' mhux aktar minn 100mm hija sostitwita b'eżenzjoni li tkopri taħlita li fiha l-proporzjon ta' kokk li jeċċedi t-80 mm ma jikkostitwix aktar minn 20 % tal-vjaġġ imħallat. Minbarra dan, l-istandard ISO għandu jintuża bħala l-metodu ta' kejl.

    6.   Konklużjoni

    (11)

    Ir-reviżjoni interim għandha tiġi tterminata. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri eżistenti għandu jiġi ċċarat,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-reviżjoni interim tal-miżuri ta' anti-dumping imposti permezz tad-Deċiżjoni Nru 2730/2000/KEFA fuq importazzjonijiet ta' kokk tal-faħam f'biċċiet ta' dijametru massimu ta' aktar minn 80mm, li jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 2704 00 19 (kodiċi TARIC2704001910) u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina hija b'dan itterminata.

    Artikolu 2

    L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Nru 2730/2000/KEFA huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 1

    1.   Huwa b'dan impost dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' kokk tal-faħam f'biċċiet ta' dijametru ta' aktar minn 80 mm, li jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 2704 00 19 (kodiċi TARIC2704001910) u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Id-dijametru tal-biċċiet għandu jiġi ddeterminat skond in-norma ISO 728: 1995.

    2.   L-ammont ta' dazju anti-dumping għandu jkun ugwali għall-ammont fiss ta' EUR 32.6 għal kull tunnellata metrika ta' piż nett xott.

    3.   Id-dazju anti-dumping għandu wkoll japplika għal kokk tal-faħam f'biċċiet ta' dijametru ta' aktar minn 80 mm, meta dan ikun mibgħut f'taħlitiet li jikkontjenu kemm kokk tal-faħam f'biċċiet ta' dijametru ta' aktar minn 80 mm u kokk tal-faħam f'biċċiet ta' dijametri iżgħar sakemm ma jiġix ddeterminat li l-kwantità ta' kokk tal-faħam f'biċċiet ta' dijametru ta' aktar minn 80 mm ma tikkostitwix aktar minn 20 % tal-piż nett xottt tal-vjaġġ imħallat. Il-kwantità ta' kokk tal-faħam f'biċċiet ta' dijametru ta' aktar minn 80 mm li hemm f'taħlit tista' tiġi ddeterminata abbażi ta' kampjuni skond l-Artikoli 68 sa 70 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (*). Fil-każijiet fejn il-kwantità ta' kokk tal-faħam f'biċċiet ta' dijametru ta' aktar minn 80 mm tiġi ddeterminata abbażi ta' kampjuni, il-kampjun għandu jiġi magħżul skond in-norma ISO 2309: 1980.

    4.   L-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri jistgħu, meta jirċievu mingħand importaturi talba li tkun debitament sostanzjata, jivvalutaw mill-ġdid fid-dawl tal-kjarifikazzjoni mogħtija hawn fuq, is-sitwazzjoni ta' l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li saru bejn is-16 ta' Diċembru 2000 u l-21 ta' Mejju 2004.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, nhar is-17 ta' Mejju 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    B. COWEN


    (1)  ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1, Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, tat-13.3.2004, p. 12).

    (2)  ĠU L 316, tal-15.12.2000, p. 30.

    (3)  ĠU L 149, tas-7.6.2002, p. 3. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1310/2002 (ĠU L 192, ta' l-20.7.2002, p. 9).

    (4)  ĠU C 308, tal-11.12.2002, p. 2.

    (5)  ĠU L 81, tad-19.3.2004, p. 89.


    Top