This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R0856
Council Regulation (EC, Euratom) No 856/2004 of 29 April 2004 fixing from 1 May 2004 the correction coefficients applying to the pensions of officials and other servants of the European Communities
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM), Nru 856/2994 tad-29 ta' April 2004 li jiffissa mill-1 ta' Mejju 2004 il-koeffiċjenti tal-korrezzjoni li japplikaw għall-ħlas ta' l-uffiċjali u tal-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej fl-Istati Membri l-ġodda
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM), Nru 856/2994 tad-29 ta' April 2004 li jiffissa mill-1 ta' Mejju 2004 il-koeffiċjenti tal-korrezzjoni li japplikaw għall-ħlas ta' l-uffiċjali u tal-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej fl-Istati Membri l-ġodda
ĠU L 161, 30.4.2004, p. 6–10
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
In force
Official Journal L 161 , 30/04/2004 P. 0006 - 0010
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM), Nru 856/2994 tad-29 ta' April 2004 li jiffissa mill-1 ta' Mejju 2004 il-koeffiċjenti tal-korrezzjoni li japplikaw għall-ħlas ta' l-uffiċjali u tal-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej fl-Istati Membri l-ġodda IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea, Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolamenti dwar il-Personal ta' l-uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej, kif stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 [2], u b'mod partikolari l-Artikoli 63, 64, 65, 65a ut ar-Regolamenti dwar il-Personal u l-Anness XI ta' miegħu u l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 20 u l-Artikolu 64 tal-Kondizzjonijiet tax-xogħol, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) L-applikazzjoni ta' l-Artkolu 20 ta' l-Anness XIII mar-Regolamenti dwar il-Personal teħtieġ li jiġu ffissati l-koeffiċjenti tal-korrezzjoni għall-pensjonijiet imħallsa fl-Istati Membri. (2) Dawn il-koeffiċjenti tal-korrezzjoni jridu japplikaw b'mod immedjat għat-trasferimenti msemmija fl-Artikolu 17 ta' l-Anness VII mar-Regolamenti rigward il-Personal. (3) L-applikazzjoni ta' l-Artikolu 20 ta' l-Anness XIII mar-Regolamenti dwar il-Pesonal teħtieġ medja ppeżata komposta minn 20 % b'dawn il-koeffiċjenti tal-korrezzjoni u minn 80 % bil-koeffiċjenti tal-korrezzjoni li japplikaw għall-ħlas imħallas lill-uffiċjali fil-bliet kapitali ta' l-Istati Membri, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. B'effett mill-1 ta' Mejju 2004, skond l-Artikolu 17(3) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti dwar il-Personal, il-koeffiċjenti tal-korrezzjoni li japplikaw għat-trasferimenti mill-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra f'wieħed mill-Istati li ġejjin għandhom ikunu kif ġej: id-Danimarka | 130,1 | il-Ġermanja | 102,1 | il-Greċja | 89,5 | Spanja | 94,5 | Franza | 106,3 | l-Irlanda | 112,1 | l-Italja | 103,5 | l-Olanda | 103,8 | l-Awstrija | 107,1 | il-Portugall | 89,8 | il-Finlandja | 115,0 | l-Isvezja | 109,0 | Ir-Renju Unit | 112,6 | Ċipru | 94,8 | Ir-Repubblika Ċeka | 69,3 | L-Estonja | 65,9 | L-Ungerija | 60,2 | Il-Latvija | 59,3 | Il-Lituwanja | 64,0 | Malta | 82,1 | Il-Polonja | 59,6 | Is-Slovenja | 80,1 | Is-Slovakkja | 66,4 | 2. B'effett mill-1 ta' Mejju 2004, il-koeffiċjentital-korrezzjoni li japplikaw skond l-Artikolu 20(2) ta' l-Anness XIII għar-Regolamentri dwar il-Personal għandhom ikunu kif ġej: Id-Danimarka | 134,6 | Il-Ġermanja | 101,8 | Il-Greċja | 100,0 | Spanja | 100,0 | Franza | 116,5 | L-Irlanda | 121,1 | L-Italja | 106,2 | L-Olanda | 112,8 | L-Awstrija | 107,0 | Il-Portugall | 100,0 | Il-Finlandja | 119,5 | L-Isvezja | 115,2 | Ir-Renju Unit | 134,2 | Ċipru | 100,0 | Ir-Repubblika Ċeka | 100,0 | L-Estonja | 100,0 | L-Ungerija | 100,0 | Il-Latvija | 100,0 | Il-Lituwanja | 100,0 | Malta | 100,0 | Il-Polonja | 100,0 | Is-Slovenja | 100,0 | Is-Slovakja | 100,0. | Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fid-29 ta' April 2004. Għall-Kunsill Il-President M. McDowell [1] ĠU L 56, ta' l-4.3.1968, p. 1. [2] ĠU L 124, tas-27.4.2004, p. 1. --------------------------------------------------