EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0849

Ir-Regolament (KE) Nru 849/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2320/2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-kamp tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċiviliTest b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 158, 30.4.2004, p. 1–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/04/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/849/oj

32004R0849



Official Journal L 158 , 30/04/2004 P. 0001 - 0006


Ir-Regolament (KE) Nru 849/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tad-29 ta' April 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2320/2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-kamp tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artiklu 80(2), tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewopew [1],

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Huma u jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2],

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 jistabbilixxi regoli komuni armonizzati fil-kamp tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili.

(2) L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2320/2002 uriet illi teżisti l-ħtieġa ta' emendi tekniċi. Dawn l-emendi ma jfittxux li jibdlu l-iskop tar-Regolament, lanqas ma jippreġudikaw b'xi mod is-sigurtà tal-passiġġieri ta' l-avjazzjoni ċivili.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 [3] jippermetti li jiġu ffissati livelli differenti imma adegwati ta' sigurtà fl-iżgħar ajruporti. Huwa konsistenti li jiġu permessi l-istess livelli adegwati ta' sigurtà fiż-żewġt itruf ta' titjira.

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 2320/98 għandu jiġi emendat kif jixraq,

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1) Għandha tiżdied id-definizzjoni li ġejja ma' l-Artikolu 2:

"(4) "żona ddemarkata" għandha tfisser żona li tkun separata minn żoni ristretti oħra tas-sigurtà ta' ajruport permezz tal-kontroll ta' l-aċċess."

2) L-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

- il-paragrafu 3 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"3. Fuq il-bażi ta' stima lokali tar-riskju u meta l-applikazzjoni tal-miżuri tas-sigurtà speċifikati fl-Anness jistgħu jkunu sproporzjonati, jew fejn ma jkunux jistgħu jiġu implimentati għal raġunijiet oġġettivi prattiċi, l-awtorità approprjata ta' Stat Membru tista' taddotta miżuri nazzjonali tas-sigurtà għalbiex tipprovdi livell adewgwat ta' protezzjoni fl-ajruporti:

(a) f'medju ta' kull sena ta' mhux aktar minn żewġ titjiriet kummerċjali kuljum; jew

(b) b'titjiriet ta' l-avjazzjoni ġenerali biss; jew

(ċ) b'attività kummerċjali limitata għall-vetturi ta' l-ajru ta' inqas minn 10 tunnellati metriċi ta' Toqol Massimu mat-Tluq tat-Titjira (MTOW) jew ta' inqas minn 20 post bilqiegħda,

filwaqt li jitqiesu l-partikularitajiet ta' dawn l-ajruporti żgħar.

L-Istat Membru interessat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b'dawn il-miżuri.";

- għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"3 (a) Il-paragrafu 3 jista' japplika wkoll għaż-żoni ddemarkati ta' l-ajruporti bi:

(a) titjiriet ta' l-avjazzjoni ġenerali biss; jew

(b) b'attività kummerċjali limitata għall-vetturi ta' l-ajru ta' inqas minn 10 tunnellati metriċi ta' Toqol Massimu mat-Tluq tat-Titjira (MTOW) jew ta' inqas minn 20 post bilqiegħda.

Għandha tiġi indikata żona ddemarkata fil-programm tas-sigurtà ta' l-ajruport.

Kull titjira li toriġina minn żona ddemarkata ta' ajruport għandha tindika dan il-fatt bil-quddiem lill-ajruport tad-destinazzjoni bil-wasla tat-titjira.";

3) Fl-Artikolu 2, il-kliem "ivverifikati", "verifiki", "awdituri" u "rapporti ta' verifika" għandu jiġi mibdul bil-kliem "immonitorjati", "attivitajiet tal-monitoraġġ tal-konformità", "persuni" u "rapporti dwar il-monitoraġġ tal-konformità" rispettivament.;

4) l-Anness għandu jiġi emendat kif ġej:

- fil-punt 5.2 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

- "3. Exemptions

Il-bagalji ta' l-idejn ta' dawk il-partijiet elenkati taħt il-punt 4.1 tal-paragrafu 3 jistgħu jkunu bla ħsara għal miżuri ta' fili speċjali jew eżentati mill-fili.";

- fil-punt 7.3 tal-paragrafu 1(b), il-frażi finali għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

"għalbiex jiġi żgurat li ma jkun fih l-ebda oġġett ipprojbit kif elenkat fil-punti (iv) u (v) taż-Żieda Mehmuża, għajr jekk ikun ġie ddikjarat u ssoġġettat sewwa għall-miżuri aplikabbli tas-sigurtà; u".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

M. McDowell

[1] Opinjoni mogħtija fit-28 ta' Jannar 2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004.

[3] ĠU L 335, tat-30.12.2002, p. 1.

--------------------------------------------------

Top