This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R0740
Commission Regulation (EC) No 740/2004 of 21 April 2004 amending Regulation (EC) No 141/2004 laying down rules for applying Council Regulation (EC) No 1257/1999 as regards the transitional rural development measures applicable to the Czech Republic, Estonia, Cyprus, Latvia, Lithuania, Hungary, Malta, Poland, Slovenia and Slovakia
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 740/2004 tal-21 ta' April 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 141/2004 li jistabbilixxi r-regoli dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 f'dak li jirrigwardja l-miżuri ta' l-iżvilupp rurali transizzjonali applikabbli għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Liwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 740/2004 tal-21 ta' April 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 141/2004 li jistabbilixxi r-regoli dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 f'dak li jirrigwardja l-miżuri ta' l-iżvilupp rurali transizzjonali applikabbli għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Liwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja
ĠU L 116, 22.4.2004, p. 9–14
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014
Official Journal L 116 , 22/04/2004 P. 0009 - 0014
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 740/2004 tal-21 ta' April 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 141/2004 li jistabbilixxi r-regoli dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 f'dak li jirrigwardja l-miżuri ta' l-iżvilupp rurali transizzjonali applikabbli għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Liwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Poland, l-Islovenja u l-Islovakkja, u partikolarment l-Artikolu 2(3) tiegħu, Wara li kkunsidrat l-Att ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Poland, l-Islovenja u l-Islovakkja, u partikolarment l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 41 tiegħu, Billi: (1) L-Artikolu 33j tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Akrigolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG) u li jemenda u jħassar ċerti Regolamenti [1], jipprovdi għal appoġġ temporanju speċifiku li għandu jkun mogħti lill-bdiewa attivi l-ħin kollu fil-biedja ġewwa Malta. Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni ipprovduta mill-awtoritajiet Maltin, limiti massimi għandhom ikunu stabbiliti, fi ħdan il-kuntest tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 141/2004 [2], għat-tliet tipi ta' pagamenti li hemm provvediment dwarhom. (2) L-Artikolu 331(2a) u (2b) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 jistabbilixxi derogi għal ċerti disposizzjonijiet tal-miżura reletata mal-konformità tan-normi stabbiliti fl-Artikoli 21a, 21b u 21c ta' dak ir-Regolament. Regoli dettaljati għandhom ikunu stabbiliti dwar l-applikazzjoni ta' dawn id-derogi. (3) Il-lista ta' miżuri ta' l-iżvilupp rurali fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 141/2004 għandha aktar minn hekk, tkun imqarrba mal-lista stabbilita fil-punt 8 ta' l-Anness II ta' l-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewopew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG). (4) It-tabella tal-finanzi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 141/2004 tipprovdi wkoll għall-indikazzjoni tan-nefqa ta' "Azzjonijiet oħrajn". It-tipi ta' azzjonijiet koperti b'din l-intestatura għandhom ikunu speċifikati. (5) Permezz ta' l-Artikolu 331(4) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 il-klassifikazzjoni ta' żoni f'riskju min-nirien tal-foresti għandha tkun ippreżentata bħala parti mill-pjan ta' l-iżvilupp rurali. L-Anness III tar-Reġolament (KE) Nru 141/2004 għandu għalhekk ikun issupplimentat kif xieraq. (6) Ir-Reġolament (KE) Nru 141/2004 għandu għalhekk ikun emendat kif xieraq, (7) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Istrutturi Agrikoli u l-Iżvilupp Rurali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 141/2004 huwa b'hekk emendat kif ġej: 1. fil-Kapitolu III, l-Artikolu 5a li ġej huwa miżjud: "Artikolu 5a Bdiewa involuti il-ħin kollu fil-biedja f'Malta L-ammont tal-pagamenti li hemm provvediment dwarhom fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 33j tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 m'għandux jeċċedi l-limitu massimu annwali f'kull qasam u f'kull unità annwali tax-xogħol stabbilita fl-Anness I, il-punt A." 2. Il-Kapitolu IV huwa mibdul b'dan li ġej: "KAPITOLU IV DEROGI APPLIKABBLI GĦALL-ISTATI MEMBRI ĠODDA Artikolu 5b L-implimentazzjoni tan-normi mitluba 1. L-ispiża relatata ma' l-investimenti meħtieġa sabiex norma tkun milħuqa, kif referuta fl-Artikolu 331(2b) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, għandha tkun stabbilita mill-awtorità pubblika kompetenti fil-għamla ta' spejjeż normali. Dawn l-ispejjeż normali għandhom ikunu kkalkolati fuq il-bażi tal-kriterja objettiva li tippermetti d-determinazzjoni ta' l-ispiża ta' l-attivitajiet individwali, billi jkunu meqjusa l-kondizzjonijiet speċifiċi lokali u jkun evitat xi kumpens żejjed. 2. Bidwi li jirċievi appoġġ permezz ta' l-Artikolu 331(2b) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 sabiex jilħaq in-norma li diġà tkun torbot għandu jibqa' eliġibbli għall-allokazzjonijiet ta' kumpens u ta' l-appoġġ agri-ambjentali referut fil-Kapitoli V u VI rispettivament tat-Titolu II ta' dak ir-Regolament matul il-perjodu ta' l-investiment, bla ħsara tal-konformità mal-kondizzjonijiet l-oħrajn għall-għoti ta' dak l-appoġġ u basta li l-bidwi jkun jilħaq in-normi relevanti fit-tmiem tal-perjodu ta' l-investiment. Artikolu 6 Ambjent agrikolu L-ammont massimu annwali kull ettaru għaż-żamma u l-preservazzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ f'Malta li hemm provvediment dwaru fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 33m(2) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 huwa indikat fl-Anness I, il-punt B. Artikolu 7 Gruppi ta' produtturi f'Malta 1. Biss dawk il-gruppi ta' produtturi li jinkludu persentaġġ minimu tal-produtturi fis-settur u li jirrappreżentaw persentaġġ minimu tal-produzzjoni fis-settur għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ minimu li hemm provvediment dwaru fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 33d(3) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999. 2. L-ammont minimu ta' l-appoġġ, ikkalkolat bħala funzjoni ta' l-ispiża minima meħtieġa sabiex ikun iffurmat grupp żgħir ta' produtturi, hija indikata fl-Anness I, il-punt C." 3. Il-punt 9a li ġej huwa mdaħħal fil-Kapitolu 9: "Artikolu 9a L-applikazzjonijiet u l-verifiki għall-miżuri li jimplementaw in-normi tat-talba F'dak li jirrigwardja l-appoġġ permezz ta' l-Artikolu 331(2b) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, il-verifiki fuq l-applikazzjonijiet sabiex jissieħbu fl-iskema, kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 445/2002 (jew fl-Artikolu 67 tar-Regolament il-ġdid) għandhom jippermettu verifika li l-investiment huwa meħtieġ sabiex jilħaq in-norma f'dak il-każ. Meta applikazzjoni għas-sħubija fl-iskema tirrigwardja ammont annwali ta' għajnuna b'eċċess ta' EUR 10000, il-verifiki dwar din l-applikazzjoni għandhom jinkludu żjara fuq il-post. Il-verifiki fuq l-applikazzjonijiet għall-pagament li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 445/2002 (jew 67 tar-Regolament il-ġdid), u għas-sostenn referut fl-ewwel subparagrafu ta' dan l-Artikolu, għandhom jippermettu verifika li l-investiment ikunu attwalment twettaq. Meta applikazzjoni għall-pagament tirrigwardja l-ammont annwali ta' għajnuna b'eċċess ta' EUR 10000, il-verifiki dwar din l-applikazzjoni għandhom jinkludu żjara fuq il-post." 4. L-Anness I huwa mibdul bl-Anness I ta' dan ir-Regolament. 5. L-Anness II huwa mibdul bl-Anness II ta' dan ir-Regolament. 6. L-Anness III huwa emendat bi qbil ma' l-Anness III ta' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ suġġett għal, u fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, tal-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' April 2004. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, pġ. 80. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ l-Adeżjoni tal-2003. [2] ĠU L 24, tad-29.1.2004, pġ. 25. -------------------------------------------------- ANNESS I ANNESS I Tabella ta' l-ammonti għal miżuri speċifiċi f'Malta A. Il-limitu massimu referut fl-Artikolu 5a Suġġett | EUR | | Għajnuna lill-bdiewa li huma nvoluti il-ħin kollu fix-xogħol tar-raba' | | | Għall-art tas-saqwi | 766 | Kull ettaru | Għall-art mhux tas-saqwi | 213 | Kull ettaru | Għall-irziezet tal-qobla | 67 | Kull unità tal-qobla | Pagament massimu kull qasam | 14500 | Għal kull unità annwali tax-xogħol | B. Ammont massimu referut fl-Artikolu 6 Suġġett | EUR | | Pagament massimu għaż-żamma u l-preservazzjoni ta'ħitan tas-sejjieħ | 2000 | Kull ettaru | C. l-Ammont referut fl-Artikolu 7(2) Suġġett | EUR | | Appoġġ għal-istabbiliment ta' grupp ta' produtturi | 63000 | L-ewwel sena | 63000 | It-tieni sena | 63000 | It-tielet sena | 60000 | Ir-raba' sena | 50000 | Il-ħames sena | -------------------------------------------------- ANNESS II ANNESS II +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNEX III L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 141/2004 huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. Il-punt II li ġej huwa miżjud mal-parti I: "II. Bdiewa involuti il-ħin kollu fil-biedja f'Malta A. Fatturi ewlenija: - xejn. B. Elementi oħrajn: - definizzjoni ta' bdiewa li huma nvoluti l-ħin kollu fix-xogħol tar-raba." 2. Is-sezzjoni 3 hija mibdula b'dan li ġej: "3. Derogi applikabbli għall-Istat Membri ġodda I. L-implementazzjoni tan-normi li jorbtu A. Fatturi ewlenija: - lista tan-normi li dwarhom l-ispejjeż ta' l-investiment għandhom ikunu meqjusa u d-deskrizzjoni ta' l-investiment meħtieġa. B. Informazzjoni oħra: - spejjeż normali ta' l-investiment għal kull norma eliġibli, inklużi d-dettalji tal-kalkolazzjoni li jiġġustifikaw l-ispiża normali, - it-tul tal-perjodu(i) ta' l-investiment għal kull norma eliġibbli u l-ġustifikazzjoni ta' l-għażla, - id-disposizzjonijiet li jipprmettu verifika li l-investimenti b'appoġġ fil-kuntest tal-miżura "Normi li jorbtu ta' l-implementazzjoni" ma humiex eliġibbli għal appoġġ permezz tal-Kapitolu I tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, - B'żieda mal-punt 12(2) ta' l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 445/2002 (jew tar-Regolament il-ġdid), indikazzjoni ta' l-implementazzjoni ta' l-Artikolu 9a ta' dan ir-Regolment. II. Titjib fl-ipproċessar u fil-marketing tal-prodotti agrikoli A. Fatturi ewlenija: - xejn. B. Elementi oħrajn: - lista ta' impriżi li jibbenefikaw mill-perjodu ta' transizzjoni referut fl-Artikolu 331(3) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999. III. Foresterija A. Fatturi ewlenija: - xejn. B. Elementi oħrajn: - klassifikazzjoni tat-territorju bil-grad tar-riskju tan-nar tal-foresti." --------------------------------------------------