EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0672

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 672/2004 tat-13 ta' April 2004 għalbiex jiġu stabbiliti, għas-sena ta' marketing 2003/2004, l-ammonti li għandhom jitħallsu lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi taż-żejt taż-żebbuġa u assoċjazzjonijiet ta' l-istess rikonoxxuti taħt ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE

ĠU L 105, 14.4.2004, p. 16–16 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/10/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/672/oj

32004R0672



Official Journal L 105 , 14/04/2004 P. 0016 - 0016


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 672/2004

tat-13 ta' April 2004

għalbiex jiġu stabbiliti, għas-sena ta' marketing 2003/2004, l-ammonti li għandhom jitħallsu lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi taż-żejt taż-żebbuġa u assoċjazzjonijiet ta' l-istess rikonoxxuti taħt ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta' Settembru 1966 dwar it-twaqqif ta' organizzazzjoni komuni għas-suq taż-żjut u x-xaħmijiet [1], u in partikolari l-Artikolu 20d(4) ta' l-istess,

billi:

(1) L-Artikolu 20d [2] tar-Regolament Nru 136/66/KEE jiddisponi li perċentwal mill-għajnuna għall-produzzjoni għandha tinżamm sabiex biha tingħata għajnuna finanzjarja għal xogħol ta' organizzazzjoni ta' produtturi rikonoxxuti u assoċjazzjonijiet ta' l-istess. Għas-snin ta' marketing 1998/1999, 1999/2000, 2000/2001, 2001/2002, 2002/2003 u 2003/2004 din il-penċentwal hija ta' 0.8 %.

(2) L-Artikolu 21(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2366/98 tat-30 ta' Ottubru 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' sistema ta' għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa għas-snin ta' marketing 1998/1999, 1999/2000, 2000/2001, 2001/2002, 2002/2003 u 2003/2004 jiddisponi li l-ammonti li għandhom jitħallsu lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi u assoċjazzjonijiet ta' l-istess għandhom jiġu ffissati a bażi ta' tbassir tas-somma kollha li għandha tiġi hekk imqassma. Il-fondi li jkunu għad-disposizzjoni ta' kull Stat Membru bħala riżultat ta' l-ammont miżmum kif jingħad aktar 'il fuq għandhom jiġu mqassmin b'mod xieraq fost dawk eliġibbli għall-istess fondi.

(3) Il-miżuri meħudin b'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taż-Żjut u x-Xaħmijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena ta' marketing 2003/04, l-ammonti msemmijin fl-Artikolu 21(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 2366/98 għandhom ikunu dawn li ġejjin:

— għall-Greċja | EUR 2,0 u EUR 2,0 rispettivament, |

— għal Spanja | EUR 4,5 u EUR 2,2 rispettivament, |

— għal Franza | EUR 0,0 u EUR 0,0 rispettivament, |

— għall-Italja | EUR 2,0 u EUR 2,2 rispettivament, |

— għall-Portugall | EUR 0,0 u EUR 5,5 rispettivament. |

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul Brussel, fit-13 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU C 172, tat-30.9.1966, pġ. 3025/66. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1513/2001 (ĠU L 201, tas-26.7.2001, pġ. 4).

[2] ĠU L 293, tal-31.10.1998, pġ. 50. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1780/2003 (ĠU L 260, tal-11.10.2003, pġ. 6).

--------------------------------------------------

Top