EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0444

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2004 ta’ l-10 ta’ Marzu 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1535/2003 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 dwar l-iskema ta’ għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħaxix

ĠU L 72, 11.3.2004, p. 54–59 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/444/oj

32004R0444



Official Journal L 072 , 11/03/2004 P. 0054 - 0059


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2004

ta’ l-10 ta’ Marzu 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1535/2003 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 dwar l-iskema ta’ għajnuna għall-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti pproċessati mill-frott u l-ħaxix [1], u b’mod partikolari l-Artikoli 6, 25 u 27 (1) tagħhom,

Billi:

(1) Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1535/2003 [2], l-Istati Membri u l-Kummissjoni identifikaw numru ta’ modi ta’ kif jistgħu itejbu d-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni ta’ l-appalti bejn il-produtturi u l-proċessuri.

(2) Il-kontrolli għandhom isiru aktar effettivi, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontrolli li jridu jitwettqu biex jiġi verifikat il-mod ta’ kemm ċċedi l-materja prima meta tkun pproċessata fi prodotti lesti miksuba.

(3) Jeħtieġ li l-kondizzjonijiet li jirregolaw ir-rati ta’ l-imgħax applikabbli għat-tnaqqis ta’ l-għajnuna f’każ ta’ diskrepanza bejn l-għajnuna mitluba u l-għajnuna dovuta jiġu armonizzati mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 49(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2419?2001 tal-11 ta’ Diċembru 2001 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll għal ċerti skemi ta’ għajnuna Komunitarja stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3508/92 [3].

(4) Bl-għan li s-sistema tkun tista’ topera kif suppost, irid ikun hemm garanzija li tinbigħ il-produzzjoni tal-produtturi li jieħdu sehem fis-sistema f’każi fejn il-proċessuri ma jkunux f’pożizzjoni li jħarsu l-obbligi konrtattwali tagħhom.

(5) Għandhom jiġu mtejba l-proċeduri ta’ notifika fil-każ ta’ pproċessar fi Stat Membru ieħor, sabiex isiru aktar flessibbli u jiġu adattati għaċ-ċirkustanzi speċifiċi, mingħajr ma bl-ebda mod ikunu preġudikati l-ħtiġijiet tal-kontroll.

(6) Bl-għan li jkun imħares il-prinċipju tal-proporzjonalità, għandhom jiġu kkjarifikati d-dispożizzjonijiet dwar il-pieni li jridu jiġu applikati lill-proċessuri li ma jħallsux il-prezz ta’ l-appalt lill-produtturi tal-materja prima.

(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1535/2003 għandu għalhekk jiġi emendat.

(8) Bl-għan li jiġu rispettati t-tamiet leġittimi ta’ l-operaturi konċernati, dan ir-Regolament għandu jibda jgħodd mis-sena tal-marketing 2004/05.

(9) Madankollu, billi l-appalti bejn il-produtturi tat-tadam u l-proċessuri għas-sena tal-marketing 2004/05 diġa ġew iffirmati, l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fuq appalti għandha titħalla sas-sena tal-marketing fil-każ tat-tadam.

(10) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti Proċessati mill-Frott u l-Ħaxix,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1535/2003 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 jiġi mibdul b’dan li ġej:

"1. L-appalti jridu jispeċifikaw, b’mod partikolari:

(a) l-isem u l-indirizz ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li huma firmatarji;

(b) l-isem u l-indirizz tal-proċessur;

(ċ) il-kwantitajiet ta’ materja prima li jridu jintbagħtu għall-ipproċessar;

(d) il-perjodu kopert u l-iskeda proviżorja tal-kunsinna lill-proċessuri;

(e) garanzija mingħand il-proċessuri li jipproċessaw il-kwantitajiet kunsinnati taħt l-appalt msemmi;

(f) il-prezz li jrid jitħallas lill-organizzazzjoni tal-produtturi għall-materja prima, li jista’ jvarja skond il-varjetà u/jew il-kwalità u/jew il-perjodu tal-kunsinna u jrid jitħallas biss permezz ta’ trasferiment mill-bank jew mill-posta;

(g) il-kumpens li jkun pagabbli jekk xi waħda mill-partijiet tonqos li tħares l-obbligi kontrattwali tagħha, b’mod partikolari fir-rigward tal-pagament sħiħ tal-prezz speċifikat fl-appalt, ta’ l-osservazzjoni tal-limiti taż-żmien tal-pagament, u l-obbligu li jkunu kkunsinnati u milqugħa l-kwantitajiet koperti mill-appalt.

L-appalt għandu jindika wkoll l-istadju tal-kunsinna li għalih japplika l-prezz msemmi f’punt (f) u l-kondizzjonijiet tal-pagament. Il-limitu taż-żmien għall-pagament ma għandux jeċċedi x-xahrejn mill-aħħar tax-xahar ta’ meta tkun saret kull kinsinna.";

(b) fil-paragrafu 2, il-frażi "il-prezz msemmi fil-paragrafu 1(e) ta’ dan l-Artikolu" jiġi mibdul bi "il-prezz msemmi fil-punt (f) ta’ l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1(e) ta’ dan l-Artikolu";

2. L-Artikolu 9(3) jiġi mibdul b’dan li ġej:

"3. Il-prezz tal-kwantità addizzjonali stabbilit fl-emenda jista’ jvarja mill-prezz imsemmi fil-punt (f) ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(1).";

3. L-Artikolu 11(4) jiġi mibdul b’dan li ġej:

"4. F’każijiet eċċezzjonali u ġustifikati kif għandu jkun, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw appalti u l-emendi għalihom li jaslu għand l-awtoritajiet kompetenti tagħhom wara l-limitu taż-żmien stabbilit fil-paragrafu 3, bil-kondizzjoni li dan id-dewmien ma jfixkilx il-kontrolli li jsiru fuqhom.

Fil-każ ta’ emendi għall-appalti tat-tadam, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, għal raġunijiet ġustifikati kif għandu jkun, limitu ta’ żmien iqsar mill-ħamest ijiem stabbiliti fil-paragrafu 3, bil-kondizzjoni li dan ma jfixkilx il-kontroll effettiv ta’ l-iskema ta’ l-għajnuna lill-produzzjoni.";

4. l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 21(2) jiġi mibdul b’dan li ġej:

"2. Fuq il-bażi ta’ analiżi tar-riskji, imwettqa mill-Istat Membru fejn isir l-ipproċessar jew mill-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tal-produtturi għandha l-uffiċċju prinċipali, ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-proċessuri involuti, l-Istati Membri jistgħu, sal-punt li jikkonċernahom direttament, jiddeċiedu li jeżentaw l-organizzazzjonijiet tal-produtturi mill-obbligi stabbiliti taħt il-paragrafu 1.";

5. L-Artikolu 31(2)(b) jiġi mibdul b’dan li ġej:

"(b) kontrolli fiżiċi u/jew kontrolli tal-kontijiet fuq mill-inqas 5 % tal-prodotti kompluti biex jiġi vverifikat il-mod ta’ kemm iċċedi l-materja prima meta tkun ipproċessata fi prodotti lesti miksuba taħt l-appalt kif ukoll mhux taħt l-appalt;"

6. L-Artikolu 33(1) jiġi mibdul b’dan li ġej:

"1. Fejn, għal prodott speċifiku, ikun aċċertat li l-għajnuna li għaliha tkun saret l-applikazzjoni fir-rigward ta’ xi sena tal-marketing teċċedi l-ammont dovut, dak l-ammont għandu jitnaqqas, kemm-il darba dik id-differenza ma tkunx dovuta b’mod ċar għal żball. It-tnaqqis għandu jkun daqs id-differenza. Jekk l-għajnuna tkun diġa tħallset, il-benefiċjarju jrid iħallas lura ammont ekwivalenti għad-differenza, bl-imgħax ikkalkulat skond l-Artikolu 35a(2).";

7. l-Artikolu 33a li ġej jiġi mdaħħal:

"L- Artikolu 33a

Tħassir ta’ appalt minħabba ħtija ta’ parti terza.

Fejn wieħed mill-partijiet ta’ l-appalti msemmija fl-Artikoli 3 u 6a tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 ma jkunx f’pożizzjoni li jħares l-obbligi kontrattwali tiegħu minħabba ħtija tal-parti l-oħra, il-parti konċernata tista’ tiġi awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru konċernat, skond il-liġi nazzjonali, biex tikkanċella dawn l-appalti jew li tittrasferihom, mingħajr tibdil, lil proċessur awtorizzat ieħor fil-każ ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jew lil organizzazzjoni tal-produtturi fil-każ ta’ proċessuri.";

8. L-Artikolu 35 huwa emendat kif ġej:

(a) l-ewwel subparagrafu ta’ pragrafu 1 jiġi mibdul b’dan li ġej:

"1. Ħlief f’każi ta’ forza maġġuri, fejn jinstab li l-kwantità sħiħa tat-tadam, ħawħ jew lanġas aċċettati għall-ipproċessar taħt appalt ma ġiex ipproċessat f’wieħed mill-prodotti msemmija fl-Artikolu 6a(1) ta’, u l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, il-proċessur għandu jħallas lill-awtoritajiet kompetenti ammont ekwivalenti għad-doppju ta’ l-ammont ta’ l-unità ta’ l-għajnuna mmultiplikata bil-kwantità ta’ materja prima konċernata li ma tkunx ġiet ipproċessata, bl-imgħax ikkalkulat skond l-Artikolu 35a(2).";

(b) il-paragrafu 2 jiġi mibdul b’dan li ġej:

"2. L-Istati Membri għandhom jeskludu lill-proċessur mill-iskema ta’ għajnuna prevista fir-Regolament (KE) Nru 2201/96 fejn:

(a) l-organizzazzjoni tal-produtturi tagħmel dikjarazzjonijiet foloz bil-kollaborazzjoni tal-proċessur,

(b) il-proċessur ripetutament jonqos milli jħallas il-prezz imsemmi fil-punt (f) ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament,

(ċ) il-proċessur ripetutament jonqos milli jżomm mat-terminu perentorju msemmi fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-Regolament,

(d) fejn il-proċessur jonqos milli jħallas il-pieni previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu,

(e) il-proċessur jonqos li jħares l-obbligi msemmija fl-Artikolu 30(1), (2), (3), (4) u (5) ta’ dan ir-Regolament.

It-tul ta’ l-esklużjoni tal-proċessur mill-iskema ta’ l-għajnuna ma għandux ikun inqas minn sena tal-marketing u għandu jiġi determinat mill-Istati Membri wara li jikkunsidraw is-serjetà tan-nuqqas.";

(ċ) il-paragrafu 3 jiġi mħassar;

9. l-Artikolu 35a li ġej jiġi miżjud:

"L- Artikolu 35a

Ħlas ta’ l-ammont irkuprat

1. L-ammonti rkuprati u l-imgħax dovut skond dan il-Kapitolu għandhom jitħallsu lill-aġenżija kompetenti li tħallas u jitnaqqsu mill-ispiża ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija.

2. Ir-rata ta’ l-imgħax li trid tiġi applikata għandha tkun ikkalkulata skond il-liġi nazzjonali, u ma għandhix tkun inqas mir-rata ta’ l-imgħax li tkun normalment applikata għall-irkupru taħt ir-regoli nazzjonali";

10. L-Artikolu 39 huwa emendat kif ġej:

(a) il-punti (ċ) u (d) fil-paragrafu 2, jiġu mibdulin b’dan li ġej:

"(c) il-kwantità ta’ materja prima wżata biex ikun manifatturat kull wieħed mill-prodotti msemmi f’(b);

(d) il-kwantità ta’ prodotti kif imsemmija f’(b) maħżuna fl-aħħar tas-sena ta’ qabel tal-marketing fil-każ ta’ prodotti pproċessati mit-tadam, ħawħ u lanġas, maqsumin, fil-każ tat-tadam, fi prodotti mibjugħin u prodotti mhux mibjugħin;"

(b) il-paragrafu 3 jiġi mibdul b’dan li ġej:

"3. Sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru, kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapport dwar il-kontrolli magħmulin matul is-sena tal-marketing ta’ qabel, filwaqt li jispeċifikaw in-numru ta’ kontrolli u r-riżultati, maqsumin bit-tip ta’ sejba.";

(ċ) il-paragrafu 5 li ġej jiġi miżjud:

"5. L-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jiggarantixxu li d-data kollha li tkun tinsab fin-notifiki u r-rapporti lill-Kummissjoni msemmijin fil-paragrafi 1,2,3 u 4 huma korretti, kompleti, definittivi u li ġew ivverifikati kif għandu jkun mill-awtoritajiet kompetenti qabel ma jkunu ġew ikkomunikati lill-Kummissjoni.";

11. it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 41 jiġi mibdul b’dan li ġej:

"Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jiġu miftehma bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond il-lista ta’ korrelazzjoni stipulata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.";

12. it-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament jiġi miżjud bħala l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1535/2003.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ghandu jigi fis-sehh fit-tielet gurnata wara li jigi ppubblikat fil-Gurnal Ufficjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jgħodd mis-sena tal-marketing 2004/05. Madankollu, fil-każ tat-tadam, l-Artikolu 1(1)(a) għandu jgħodd mis-sena tal-marketing 2005/06.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-10 ta’ Marzu 2004.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 29. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 453/2002 (ĠU L 72, ta’ l-14.3.2002, p. 9).

[2] ĠU L 218, tat-30.8.3, p. 14.

[3] ĠU L 327, tat-12.12.2001, p. 11. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 118/2004 (ĠU L 17, ta’ l-24.1.2004, p. 7).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS

LISTA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament (KE) Nru 449/2001 | Regolament preżenti |

L-Artikolu 1(1) | L-Artikolu 1 |

L-Artikolu 1(2) | L-Artikolu 2 |

L-Artikolu 2(1) | L-Artikolu 3(1) |

L-Artikolu 2(2) | L-Artikolu 3(2) |

L-Artikolu 2(3) | L-Artikolu 3(3) |

L-Artikolu 3(1) | L-Artikolu 4(1) |

L-Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu | L-Artikolu 5(2) |

L-Artikolu 3(1), it-tielet subparagrafu | L-Artikolu 5(3) |

L-Artikolu 3(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafi | L-Artikolu 4(2) |

L-Artikolu 3(2), it-tielet subparagrafu | L-Artikolu 5(1) |

L-Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu | L-Artikolu 6(1) |

L-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu | L-Artikolu 6(2) |

L-Artikolu 3(3), it-tielet subparagrafu | L-Artikolu 6(3) |

L-Artikolu 3(4) | L-Artikolu 7(1) |

L-Artikolu 3(5) | L-Artikolu 8 |

L-Artikolu 3(6), l-ewwel subparagrafu | L-Artikolu 9(1) |

L-Artikolu 3(6), it-tieni subparagrafu | L-Artikolu 9(2) |

L-Artikolu 3(6),it-tielet subparagrafu | L-Artikolu 9(3) |

L-Artikolu 3(7) | L-Artikolu 7(2) |

L-Artikolu 4 | L-Artikolu 10 |

L-Artikolu 5(1) | L-Artikolu 11(1) |

L-Artikolu 5(2) | L-Artikolu 11(2) |

L-Artikolu 5(3) | L-Artikolu 11(3) |

L-Artikolu 5(4) | L-Artikolu 11(4) |

L-Artikolu 5(5) | L-Artikolu 12(1) |

L-Artikolu 5(6) | L-Artikolu 12(3) |

L-Artikolu 5(7) | L-Artikolu 12(4) |

L-Artikolu 6 | L-Artikolu 13 |

L-Artikolu 7(1) | L-Artikolu 22(1) |

L-Artikolu 7(2) | L-Artikolu 22(2) |

L-Artikolu 8(1) | L-Artikolu 14 |

L-Artikolu 8(2) | L-Artikolu 15(1) |

L-Artikolu 8(3) | L-Artikolu 15(2) |

L-Artikolu 8(4) | L-Artikolu 16 |

L-Artikolu 9, il-punt (1)(i), u l-punt 9(1)(ii), l-ewwel subparagrafu | L-Artikolu 17(1) |

L-Artikolu 9, il-punt (1)(ii), it-tieni subparagrafu | L-Artikolu 17(2) |

L-Artikolu 9, il-punt (1), it-tieni subparagrafu | L-Artikolu 17(3) |

L-Artikolu 9, il-punt (2) | L-Artikolu 18 |

L-Artikolu 10(1) | L-Artikolu 19 |

L-Artikolu 10(2) | — |

L-Artikolu 11(1) l-ewwel u t-tieni subparagrafi | L-Artikolu 20(1) |

L-Artikolu 11(1), it-tielet subparagrafu | L-Artikolu 20(2) |

L-Artikolu 11(1), ir-raba' subparagrafu | L-Artikolu 20(3) |

L-Artikolu 11(2) | L-Artikolu 20(4) |

L-Artikolu 12(1) | L-Artikolu 23(1) |

L-Artikolu 12(2) | L-Artikolu 23(2), l-ewwel subparagrafu |

L-Artikolu 12(3) | L-Artikolu 25(1) |

L-Artikolu 12(4) | L-Artikolu 23(3) |

L-Artikolu 12(5) | L-Artikolu 23(4) |

L-Artikolu 12(6) | L-Artikolu 23(6) |

L-Artikolu 12(7) | L-Artikolu 23(5) |

L-Artikolu 13(1) | L-Artikolu 24 |

L-Artikolu 13(2) | L-Artikolu 26 |

L-Artikolu 13(3), l-ewwel subparagrafu | L-Artikolu 25(2) |

L-Artikolu 13(3), it-tieni subparagrafu | L-Artikolu 25(3) |

L-Artikolu 13(3) it-tielet, ir-raba' u l-ħames inċiż | L-Artikolu 25(4) |

L-Artikolu 13(3), is-sitt subparagrafu | L-Artikolu 25(5) |

L-Artikolu 14(1) | L-Artikolu 27(1) |

L-Artikolu 14(2) | L-Artikolu 27(2) |

L-Artikolu 14(3) | L-Artikolu 27(3) |

L-Artikolu 14(4) | L-Artikolu 27(4) |

L-Artikolu 15(1) | L-Artikolu 28(1) |

L-Artikolu 15(2) | L-Artikolu 28(2) |

L-Artikolu 15(3) | L-Artikolu 28(3) |

L-Artikolu 16(1) | L-Artikolu 29(1) |

L-Artikolu 16(2) | L-Artikolu 29(2) |

L-Artikolu 16(3) | L-Artikolu 29(3) |

L-Artikolu 16(4) | L-Artikolu 29(4) |

L-Artikolu 17(1) | L-Artikolu 30(1) |

L-Artikolu 17(2) | L-Artikolu 30(2) |

L-Artikolu 17(3) | L-Artikolu 30(3) |

L-Artikolu 17(4) | L-Artikolu 30(4) |

L-Artikolu 17(5) | L-Artikolu 30(5) |

L-Artikolu 17(6) | L-Artikolu 30(6) |

L-Artikolu 17(7) | L-Artikolu 30(7) |

L-Artikolu 18(1) | L-Artikolu 31(1) |

L-Artikolu 18(2) | L-Artikolu 31(2) |

L-Artikolu 19(1) | L-Artikolu 32(1) |

L-Artikolu 19(2) | L-Artikolu 32(2) |

L-Artikolu 20(1) | L-Artikolu 33(1) |

L-Artikolu 20(2) | L-Artikolu 33(2) |

L-Artikolu 20(3) | L-Artikolu 33(3) |

L-Artikolu 20(4) | L-Artikolu 37 |

L-Artikolu 20(5) | L-Artikolu 34(1) |

L-Artikolu 20(6) | L-Artikolu 34(3) |

L-Artikolu 21(1) | L-Artikolu 35(1) |

L-Artikolu 21(2) | L-Artikolu 35(2) |

L-Artikolu 21(3) | L-Artikolu 35a |

L-Artikolu 22(1) | Artikolu 36 |

L-Artikolu 22(2) | L-Artikolu 38 |

L-Artikolu 23 | L-Artikolu 39 |

L-Artikolu 24 | L-Artikolu 40 |

L-Artikolu 25 | L-Artikolu 41 |

L-Artikolu 26 | L-Artikolu 42 |

"

--------------------------------------------------

Top