EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0429

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 429/2004 ta' l-4 ta' Marzu 2004 li jiffissa l-ammont tal-ħażna privata ta' ċerti prodotti mis-sajd fis-sena tas-sajd 2004

ĠU L 70, 9.3.2004, p. 29–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/429/oj

32004R0429



Official Journal L 070 , 09/03/2004 P. 0029 - 0029


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 429/2004

ta' l-4 ta' Marzu 2004

li jiffissa l-ammont tal-ħażna privata ta' ċerti prodotti mis-sajd fis-sena tas-sajd 2004

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti mis-sajd u l-akwakultura [1],

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2813/2000 tal-21 ta' Diċembru 2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward il-konċessjoni ta' għajnuna għall-ħażna privata ta' ċerti prodotti mis-sajd [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Billi:

(1) Il-għajnuna ma għandhiex taqbeż is-somm ta' l-ispejjeż tekniċi u finanzjarji rreġistrati fil-Komunità matul is-sena tas-sajd li tiġi qabel is-sena fil-kwistjoni.

(2) Għalbiex tiskoraġġixxi l-ħażna fuq skond fit-tul, għalbiex tqassar iż-żmenijiet tal-ħlas u għalbiex tnaqqas il-piż tal-kontrolli, il-għajnuna għandha titħallas f'pagament wieħed.

(3) Il-miżuri pprovvduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Prodotti mis-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sena tas-sajd 2004 l-ammont tal-għajnuna għall-ħażna privata għall-prodotti elenkati fl-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 194/2000 għandu jkun kif ġej:

—fl-ewwel xahar: | EUR 200 għal kull tunnellata metrika, |

—fit-tieni xahar: | EUR 0 għal kull tunnellata metrika. |

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-4 ta' Marzu 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 17, tal-21.1.2000, p. 22.

[2] ĠU L 326, tat-22.12.2000, p. 30.

--------------------------------------------------

Top