Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0359

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 359/2004 tas-27 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi miżuri transitorji li japplikaw għar-Regolment (KEE) Nru 2125/95 minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakja.

    ĠU L 63, 28.2.2004, p. 11–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004; Imħassar b' 32004R1864

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/359/oj

    32004R0359



    Official Journal L 063 , 28/02/2004 P. 0011 - 0012


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 359/2004

    tas-27 ta' Frar 2004

    li jistabbilixxi miżuri transitorji li japplikaw għar-Regolment (KEE) Nru 2125/95 minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakja.

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, s-Slovenja u s-Slovakja, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, s-Slovenja u s-Slovakja, u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

    Billi:

    (1) Għandhom jiġu stabbiliti miżuri transitorji sabiex jippermettu lill-importaturi mir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, s-Slovenja u s-Slovakja (minn issa 'l quddiem imsejħa "l-Istati Membri l-ġodda") sabiex jibbenefikaw mid-disposizzjonijiet li jinsabu fir-Regolment tal-Kummissjoni (KE) Nru 2125/95 tas-6 ta' Settembru 1995 li jiftħu u jipprovdu l-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffa għall-faqqiegħ ippriservat [1].

    (2) Għandhom jiġu stabbiliti l-arranġamenti għas-sena 2004 sabiex jiġi żgurat illi, mid-data ta' l-adeżjoni, issir distinzjoni bejn l-importaturi tradizzjonali u l-importaturi l-ġodda fit-tifsira ta' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 2125/95 u l-importaturi tradizzjonali u l-importaturi l-ġodda mill-Istati Membri l-ġodda.

    (3) Sabiex jiġi żgurat l-użu tal-kwoti u l-importaturi tradizzjonali mill-Istati Mewmbri l-ġodda jiġu permessi li jkunu fil-pożizzjoni li japplikaw għal kwntitajiet suffiċjenti matul is-sena 2004, għandhom isiru dispoizzjonijiet għas-sena 2004 sabiex tiġi aġġustata l-kwantità li magħha jkollhom x'jaqsmu l-applikazzjonijiet ippreżentati mill-importaturi tradizzjonali mill-Istati Membri l-ġodda.

    (4) Il-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Ġestjoni tal-Prodotti Pproċessati mill-Frott u l-Ħxejjex ta' l-Ikel,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament:

    1. "l-Istati Membri korrenti" għandhom ifissru l-Istati Membri tal-Komunità kif ikkostitwita fit-30 ta' April 2004;

    2. (6) "l-Istati Membri l-ġodda" għandhom ifissru r-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, l-Ungerija, il-Latvija, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakja.

    Artikolu 2

    Bħala deroga mill-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2125/95, għas-sena 2004 u fl-Istati Membri l-ġodda biss, "importaturi tradizzjonali" għandhom ifissru l-importaturi li jistgħu jippruvaw illi:

    (a) ikunu importaw, minn oriġini oħra għajr l-Istati Membri l-ġodda jew l-Istati Membri korrenti, il-prodotti riferiti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2125/95 għal mill-inqas żewġ jew tliet snin kalendarji qabel is-sena 2004;

    (b) ikunu importaw ukoll u/jew esportaw matul is-sen 2003 mill-inqas 100 tunnellata metrika ta' prodotti pproċessati mill-frott jew il-ħxejjex ta' l-ikel, kif riferit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/96 [2].

    L-importazzjonijiet għandhom ikunu saru fl-Istati Membri l-ġodda fejn ikun stabbilit l-importatur interessat jew ikollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu, u l-esportazzjonijiet għandhom ikunu ntbagħtu lejn destinazzjonijiet oħra għajr l-Istati Membri l-ġodda jew l-Istati Membri korrenti.

    Artikolu 3

    Bħala deroga mill-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2125/95, għas-sena 2004, u fl-Istati Membri l-ġodda biss, "importaturi ġodda" għandhom ifissru importaturi oħra għajr l-importaturi tradizzjonali fit-tifsira ta' l-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament li huma negozjanti, persuni naturali jew legali, individwi jew gruppi, li jistgħu jippruvaw illi importaw, minn oriġini oħra għajr l-Istati Membri l-ġodda jew l-Istati Membri korrenti, u/jew esportaw mill-inqas 50 tunnellata metrika ta' prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex ta' l-ikel, kif riferit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2201/96, f'kull waħda mis-sentejn kalendarji ta' qabel is-sena 2004.

    L-importazzjonijiet għandhom ikunu saru fl-Istati Membri l-ġodda fejn ikun stabbilit l-importatur interessat jew ikollu l-uffiċċju prinċipali tiegħu, u l-esportazzjonijiet għandhom ikunu ntbagħtu lejn destinazzjonijiet oħra għajr l-Istati Membri l-ġodda jew l-Istati Membri korrenti.

    Artikolu 4

    1. Bħala deroga mill-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 2125/95, l-applikazzjonijiet għal-liċenzi ppreżentati f'Mejju 2004 mill-importaturi tradizzjonali ta' l-Istati Membri l-ġodda ma għandhomx ikollhom x'jaqsmu ma' kwantità li taqbeż il-65 % tal-kwantità medja ta' kull sena ta' l-importazzjonijiet fl-Istat Membru interessat, li joriġinaw f'pajjiżi oħra għajr l-Istati Membri korrenti, il-Polonja, il-Bulgarija u r-Rumanija fit-tliet snin kalendarji ta' qabel.

    2. Bħala deroga mill-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 2125/95, l-applikazzjonijiet għal-liċenzi ppreżentati f'Mejju 2004 mill-importaturi l-ġodda ta' l-Istati Membri l-ġodda ma għandomx ikollhom x'jaqsmu ma' kwantità li taqbeż it-8 % tal-kwantità allokata skond l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolment għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2004, bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvija, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakja.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Frar 2004.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 212, tas-7.9.1995, pġ. 16. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1142/2003 (ĠU L 160, tat-28.6.2003, pġ. 39).

    [2] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 29. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1239/2001 (ĠU L 171, tas-26.6.2001, p. 1).

    --------------------------------------------------

    Top