EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0318

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2004 tat-23 ta' Frar 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2771/1999 li jniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward l-intervenzjoni fis-suq tal-butir u l-krema

ĠU L 55, 24.2.2004, p. 44–49 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/02/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0105

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/318/oj

32004R0318



Official Journal L 055 , 24/02/2004 P. 0044 - 0049


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2004

tat-23 ta' Frar 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2771/1999 li jniżżel regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward l-intervenzjoni fis-suq tal-butir u l-krema

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib [1], u partikolarment l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikoli 4(1) u 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1787/2003, jiprovdu għal riduzzjoniiet tal-prezzijiet ta' intervenzjoni u s-sistema ta' intervenzjoni għall-butir. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dettaljati fir-rigward is-sistema ta' intervenzjoni għal xiri u l-ħażna tal-butir bi prezzijiet fissi fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 [2].

(2) Barra minn hekk, skond l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tissosspendi l-intervenzjoni tax-xiri għall-ħażna sakemm ċerti kwantitàjiet offruti għall-intervenzjoni jiġu milħuqa. Sabiex il-Kummissjoni tkun f'pożizzjoni biex tieħu tali deċiżjoni, dispożizzjonijiet għandhom ikunu adottati għall-Kummissjoni biex issegwi l-kwantitàjiet tal-butir offruti għall-intervenzjoni pubblika.

(3) La darba dawn il-kwantitàjiet ġew milħuqa, il-Kummissjoni tista' tiddeċidi wkoll li tkompli x-xiri għall-ħażna permezz ta' proċedura ta' appalt. Regoli dettalajti relevanti għandhom jiġu determinati.

(4) Amministrazzjoni propja ta' ħażniet ta' intervenzjoni teħtieġ li l-butir jerġa' jiġi mibjugħ minn meta l-ħwienet jiġu disponibbli. Fid-dawl ta' epserjenza gwadanjata li tikkonċerna il bejgħ tal-butir minn ħażniet ta' intervenzjoni, partikolarment rigward il-ħtiġijiet kwantitàttivi u l-prezz, huwa xieraq li tiġi introdotta proċedura ta' sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt għal bejgħ ta' butir minn intervenzjoni pubblika.

(5) L-aġenzija ta' intervenzjoni għandha tbigħ il-butir ta' intervenzjoni skond id-data ta' meta kien ġie maħżun. Sabiex tintlaħaq id-domanda, dawk li jagħmlu l-offerti għandu jkollhom il-possibblità li jiddistingwu bejn butir bi krema ħelwa u butir bi krema qarsa fl-offerta tagħhom u l-prezz fiss ta' bejgħ jista' jvarja skond il-lokalità tal-butir offrut għal bejgħ.

(6) Ir-Regolament (KE) Nru 2771/1999 għandu għalhekk jkun emendat b'dan il-mod.

(7) Ir-regoli dettaljati provduti f'dan ir-Regolament għandhom ikunu applikabbli mill-1 ta' Marzu 2004, data fuqhiex l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1787/2003, japplika.

(8) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2771/1999 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 2 jiġi mibdul b'dan li ġej:

"L-Artikolu 2

1. La darba il-Kummissjoni osservat, skond l-Artikolu 8(4), li l-prezz tas-suq fi Stat Membru wieħed jew aktar huwa anqas minn 92 % tal-prezzijiet ta' intervenzjoni, għal żewġ ġimgħat suċċessivi, għandha tibda x-xiri għall-ħażna tal-butir offrut għall-intervenzjoni fl-Istat/i Membru/i konċernat/i fil-perjodu mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Awissu, b' 90 % tal-prezz ta' intervenzjoni, skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.

2. La darba il-Kummissjoni osservat, skond l-Artikolu 8(4), li l-prezz tas-suq fi Stat/i Membru/i konċernat/i huwa ndaqs jew aktar minn 92 % tal-prezzijiet ta' intervenzjoni, għal żewġ ġimgħat suċċessivi,, għandha tissusspendi x- xiri għall-ħażna."

2. L-Artikolu 4(3) jiġi mibdul b'dan li ġej:

"3. Il-butir kellu jisr matul it-23 ġurnata wara l-ġurnata fejn l-aġenzija ta' intervent rċiviet l-offerta biex tbiegħ."

3. Fl-Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu hu mibdul b'dan li ġej:

"Fejn il-butir huwa offrut għall-intervenzjoni f'Istat Membru ieħor barra dak fejn ġie produċut, ix-xiri għall-ħażna għandha tkun suġġett il-preżentazzjoni ta' ċertifikat fornit mhux aktar tard minn 45 ġurnata ta' l-għada tal-ġurnata fejn l-offerta kienet riċevuta, mill-aġenzija kompetenti ta' l-Istat Membri tal-produzzjoni."

4. Fl-Artikolu 8(2), is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

"Jekk il-prezzijiet reġistrati ma ġewx mibdula għal perjodu ta' ħamsa jew aktar ġimgħat konsekuttivi, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'l-evaljuwazzjonijiet tagħhom dwar ir-raġunijiet ta' kif il-prezzijiet ma ġewx mibdula għal perjodu in diskussjoni."

5. Fil-Kapitolu II, taqsima 3 hija mibdula b'dan li ġej:

"TAQSIMA 3

Proċedura għax-xiri għall-ħażna tal-butir b' 90 % tal-prezz ta' intervenzjoni

Artikolu 9

La darba l-Kummissjoni ddeċidiet li tibda x-xiri għall-ħażna tal-butir skond l-Artikolu 2(1), l-aġenzija ta' intervenzjoni konċernata għandha tipproċedi skond din it-taqsima.

Artikolu 10

1. Il-bejjiegħa għandhom jibagħtu offerta bil-miktub kontra l-ħruġ ta' rċevuta, jew permezz ta' kwalunkwe mezz bil-miktub ta' telekomunikazzjonijiet bil-prova ta' l-irċevuta.

2. L-offerti għandhom jkollhom:

(a) l-isem u l-indirizz tal-bejjiegħ;

(b) il-kwantità offruta;

(ċ) il-post ta' fejn il-butir huwa miżmum.

3. L-offerti għandhom ikunu validi biss jekk:

(a) jirrelataw għal kwantità ta' butir li tilħaq il-ħtiġijiet fl-Artikolu 4(4);

(b) huma akkompanjati minn impriża bil-miktub mill-bejjiegħ biex iħares ma l-Artikoli 4(3) u 14(2);

(ċ) hemm prova li l-bejjiegħ għamel sigurtà ta' EUR 5 għal kull 100 kg fl-Istat Membru fejn l-offerta ġiet mibgħuta mhux aktar tard mill-ġurnata fejn l-offerta ġiet irċevuta.

4. L-impriża provduta fil-paragrafu 3(b), jekk mibgħuta inizjalment lill-aġenzija ta' intervenzjoni, għandha tkun konsiderata li hija impliċitament imġedda għall-offerti susssegwenti sakemm definitivament kanċellata mill-bejjiegħ jew mill-aġenzija ta' intervenzjoni, sakemm:

(a) l-offerta oriġinali tistipula li l-bejjiegħ bi ħsiebu jgħin lilu nnifsu mid-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu;

(b) offerti sussegwenti jirreferu għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu u mad-data ta' l-offerta oriġinali.

5. L-aġenzija ta' intervenzjoni għandha tirreġistra l-ġurnata ta' meta rċeviet l-offerta, il-kwantitàjiet involuti u d-dati tal-manifattura u l-post fejn il-butir offrut hu maħżun.

6. L-Offerti ma jistawx jiġu irtirati wara li kienu riċevuti mill-aġenzija ta' intervenzjoni.

Artikolu 11

Mantenazzjoni ta' l-offerta u l-konsenja tal-butir fil-maħżen għal tagħmir nominat mill-aġenzija ta' intervenzjoni fi żmien limitat stabbiliti fl-Artikolu 12(2) għandhom jikkonstitwixxu ħtiġijiet primarji fis-sens ta' l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 [3].

Artikolu 12

1. Wara li tiċċekja l-offerta, u fi żmien ħamest ijiem ta' l-għada tal-ġurnata li ġiet riċevuta, l-aġenzija ta' intervenzjoni għandha toħroġ ordni ta' spedizzjoni bid-data u n-numri fejn turi:

(a) il-kwantitàjiet li ġejjin spediti;

(b) id-data finali ta' l-ispedizzjoni tal-butir;

(ċ) il-maħżen għal tagħmir tal-friża fejn għandha tkun mibgħuta.

2. Fi żmien 21 ġurnata tal-ġurnata ta' l-irċevuta ta' l-offerta għall-bejgħ, il-bejjiegħ għandu jikkonsenja il-butir fil-bankina tal-maħżen tal-friża. L-ispedizzjoni tista' tinqasam f'diversi konsenji.

Kwalunkwe spejjeż li ntefqu waqt il-ħatt tal-butir fil-bankina tal-maħżen tal-friża għandhom jiġu mill-bejjiegħ.

3. Is-sigurtà msemmija fl-Artikolu 10(3)(c) għandha tkun imneħħija minn meta l-bejjiegħ ikun bagħat il-kwantità kollha indikata fl-ordni ta' spedizzjoni fiż-żmien limitat stabbiliti hemmhekk.

Fejn il-kontrol imsejjaħ fl-Artikolu 4(1) juru li l-butir ma jkkonformix mal-ħtiġijiet stabbiliti f'dak l-Artikolu, is-sigurtà għandha tkun penalizzata b'rispett tal-kwantità spedita. Rigward il-kwatitajiet li jibqgħu, ix-xiri għall-ħażna għandha tkun kanċellata u s-sigurtà' titneħħa.

4. Barra f'każi ta' forza maġġuri, fejn il-bejjiegħ jonqos milli jibgħat il-butir fiż-żmien limitat stabbiliti fl-ordni ta' spedizzjoni, is-sigurtà provduta fl-Artikolu 10(3)(c) għandha tkun penalizzata skond il-proporzjon tal-kwantitàjiet mhux spediti u x-xiri għall-ħażna għandha tkun ikkanċellata b'ripsett ta' dawn il-kwantitàjiet li għadhom ma ġewx spediti.

5. Għall-iskop ta' dan l-Artikolu, il-butir għandu jkun ikkonsidrat biex jintbagħat lill-aġenzija ta' intervenzjoni fil-ġurnata ta' meta il-kwantità kollha ta' butir koperta mill-offerta tidħol fil-maħżen għal tagħmir nominat mil-aġenzija ta' intervenzjoni, iżda mhux aktar tard mill-għada tal-ġurnata ta' meta l-ordni ta' spedizzjoni ġiet maħruġa.

6. Id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-bejgħ ma għandhomx ikunu transferibli.

Artikolu 13

1. L-aġenzija ta' intervenzjoni għandha tħallas lill-bejjiegħ għal kull kwantità ta' butir meħud, bejn il-45 u l-65 ġurnta ta' l-għada tal-ġurnata li tittieħed il-konsenja, provdut li b'konformità ma' l-Artikoli 3 u 4 ġie konfermat.

2. Għall-iskop ta' dan l-Artikolu, il-ġurnata ta' meta tittieħed il-konsenja għandha tfisser il-ġurnata ta' meta l-butir jidħol fil-maħżen ta' friża nominat mill-aġenzija ta' intervenzjoni, iżda mhux aktar tard mill-ġurnata ta' wara l-ġurnata ta' meta l-ordni ta' spedizzjoni msejħa fl-Artikolu 12(1) ġiet maħruġa.

Artikolu 14

1. Il-butir għandu jgħaddi minn perjodu ta' ħażna bi prova. Dan il-perjodu għandu jkun fiss għal 30 ġurnata li tibda mill-ġurnata ta' meta ttittieħed il-konsenja.

2. Fejn l-ispezzjoni waqt id-dħul fil-maħżen nominat mill-aġenzija ta' intervenzjoni turi li l-butir ma jilħaqx il-ħtiġiiet ta' l-Artikolu 3 u 4, jew fejn, fl-aħħar tal-perjodu ta' ħażna bi prova, il-kwalità' organoleptika minima ta' butir turi li qegħda taħt dak stabbilit fl-ANNESS I il-bejjiegħa għandhom jassumu mill-offerti tagħhom,:

(a) jieħdu lura l-butir in diskussjoni u

(b) jħallsu l-ispejjeż għall-ħażna tal-butir konċernat mill-ġurnata li ġie meħud sad-data tat-tneħħija mill ħażna.

L-ispejjeż tal-ħażna li għandhom jiġu mħallsa għandhom ikunu determinati fuq il-bażi ta' ammonti standard għad-dħul, it-tneħħija u l-ispejjeż tal-ħażna stabbiliti skond l-artikolu 6 tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1883/78 [4].

Artikolu 15

1. Sa mhux aktar tard minn nofsinhar (ħin ta' Brussell) ta' kull nhar ta Tlieta, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-kwatitajiet ta' butir liema, matul il-ġimgħa ta' qabel, kien is-suġġett ta' offeta għall-bejgħ skond l-Artikolu 10.

2. La darba huwa osservat li l-offerti jilħqu il-75 % tal-kwantitàjiet msejħa fit-tieni subparagrfu ta' l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għas-sena rispettiva, l-informazzjoni msejħa fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jkun komunikat kull ġurnata qabel nofsinhar (ħin ta' Brussell) għall-kwantitàjiet ta' butir offruti l-ġurnata preċedenti.

La darba huwa osservat li l-offerti jilħqu il-kwantitàjiet msejħa fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 għas-sena rispettiva, ix-xiri għall-ħażna jista' jkun sospiż skond il-proċedura msejħa fl-Artikolu 42(2) ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 15a

F'każ ta' sospensjoni ta' xiri għall-ħażna skond l-Artikolu 2(2) jew it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 15(2), l-ebda offerta ġdida ma għandha tiġi aċċettata sa minn l-għada tal-ġurnata tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni li tissospendi x-xiri għall-ħażna."

6. Wara l-Artikolu 15a, it-taqsima 3a li ġejja hija inserita:

"TAQSIMA 3a

Il-Proċedura għax-xiri għall-ħażna tal-butir minn sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt

l- Artikolu 16

1. Fejn il-Kummisjoni tiddeċiedi li tibda x-xiri għall-ħażna ta' butir permezz ta' invitazzjoni miftuħa għal sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(2) tiegħu, l-Artikoli 3, 4, 5, 6, 12, 13 u 14 ta' dan ir-Regolament għandhom jgħoddu jew jekk kemm-il darba provduti f'din it-taqsima.

2. Avviż għal sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt għandu jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjail ta' l-Unjoni Ewropea.

3. Id-data ta' għeluq għal dawk li jagħmlu l-offerti għal kull sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt individwali għandha taqa' f'kull tieni u r-raba' Tlieta ta' kull xahar (ħin ta' Brussell), barra it-tieni Tlieta ta' Awissu. Jekk it-Tlieta tkun festa pubblika, id-data ta' għeluq għanda tkun l-aħħar ġurntata tax-xogħol preċedenti f'nofsinhar (ħin ta' Brussell).

Artikolu 17

1. Il-partijiet interessati għandhom jipparteċipaw fil-proċedira ta' sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt annunċata mill-aġenzija ta' intervent ta' Stat Membru altru billi jibagħtu applikazzjoni bil-miktub kontra l-ħruġ ta' riċevuta, jew minn kwalunkwe mezz bil-miktub ta' telekomunikazzjonijiet bil-prova ta' riċevuta.

2. Fl-applikazzjoni għandu jkun hemm:

(a) l-isem u l-indirizz ta' min qed jitfa' l-offerta;

(b) il-kwantità offruta;

(ċ) il-prezzijiet proposti għal kull 100 kilogramma ta' butir, esklużi minn taxxi nazzjonali u piżijiet, spediti fil-bankina tal-maħżen ta' friża, espress fl-euro għal mhux aktar minn żewġ punti deċimali;

(d) il-post fejn il-butir hu miżmum.

3. L-applikazzjonijiet għandhom ikunu validi biss jekk:

(a) huma jirrelataw għal kwantia ta' butir li tilħaq il-ħtiġiijet fl-Artikolu 4(4);

(b) huma akkompanjati mill-impriża bil-miktub minn dak li jagħmel l-offerti biex iħares l-Artikoli 4(3) u 14(2);

(ċ) prova hija fornita li dak li jagħmel l-offerti għamel sigurtà ta' EUR 5 għal kull 100 kg għall-invitazzjoni ta' sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt konċernat, fl-Istat Membru fejn is-sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt ġiet milqugħa, qabel id-data ta' għeluq ta' l-għotija tax-xogħol bl-appalt.

4. L-impriża provduta fil-paragrafu 3(b), jekk inizjalment mibgħuta lill-aġenzija ta' intervent, għandha tkun konsdiderata li hija impliċitament mġeddda għal tenders sussegwenti sakemm espliċitament kanċellata minn dak li jagħmel l-offerti jew mill-aġenzija ta' intervent, iżda:

(a) it-tender oriġinali tistipula li dak li jagħmel l-offerti jintendi li jgħin lilu nnifsu mid-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu;

(b) offerti għal xogħol bl-appalt sussegwenti jirreferu għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu u għad-data tat-tender oriġinali.

5. L-aġenzija ta' intervent għandha tirreġistra l-ġurnata ta' meta l-offerti għal xogħol bl-appalt ġiet riċevuta, il-kwantitàjiet involuti u d-dati ripettivi tal-manifattura tagħhom u l-post fejn il-butir offrut huwa maħżun.

6. Offerti għal xogħol bl-appalt ma jistawx ikunu irtirati wara d-data ta' għeluq msemmija fl-Artikolu 16(3) għall-għotija tagħhom li jirrelataw għas-sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt konċernat.

Artikolu 17a

Mantenazzjoni tat-tender wara d-data ta' għeluq ta' l-għotija tagħhom, u l-ispedizzjoni tal-butir fil-maħżen għal tagħmir nominat mill-aġenzija ta' intervent fiż-żmien limitat stabbilit fl-Artikolu 17d(3), għandhom jikkonstitwixxu ħtiġiiiet primarji fit-tifsira ta' l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.

Artikolu 17b

1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dar il-kwantitàjiet u prezzijiet offruti minn dawk li jagħmlu l-offerti, mhux aktar tard mid-9 a.m. (ħin ta' Brussell) ta' l-għada tal-ġunrata ta' għeluq msemmija fl-Artikolu 16(3).

2. Fid-dawl ta' offerti għal xogħol bl-appalt riċevuti għal kull sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt, il-Kummissjoni għandha tiffisa prezz massimu għax-xiri għall-ħażna, b'referenza għal prezzijiet ta' intervent applikabli, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999.

3. Deċiżjoni tista' tiġi meħuda biex ma tipproċedix bis-sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt.

Artikolu 17ċ

Offerti għal xogħol bl-appalt għandhom ikunu rifjutati jekk il-prezzijiet propost huwa għola mill-prezz massimu fl-Artikolu 17b(2), applikabbli għal proċedura ta' offerti għal xogħol bl-appalt konċernata.

Artikolu 17d

1. Dawk li jagħmlu l-offerti għandhom ikunu informati immedjatament mill-aġenzija ta' intervent dwar il-ħruġ tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċedura ta' offerti għal xogħol bl-appalt.

Fejn l-offerti għal xogħol bl-appalt ma ġewx aċċetati, is-sigurtajiet provduti fl-Artikolu 17(3)(c) għandhim ikunu mneħħija mmedjatament.

Id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-proċedura ta' offerti għal xogħol bl-appalt ma għandhomx ikunu transferibli.

2. L-aġenzija ta' intervent għandha immedjatament toħroġ lil dawk li jagħmlu l-aqwa offerti odrni ta' spedizzjioni bin-numru u d-data li tindika:

(a) til-kwantità li ħa tiġi spedita;

(b) id-data finali ta' l-ispedizzjoni tal-butir;

(ċ) il-maħżen għal tagħmir fejn għandu jkun spedit.

3. Fi żmien 21 ġurnata mid-data ta' għeluq għall-għotija ta' offerti għal xogħol bl-appalt, dak li jagħmel l-aħjar offerti għandu jibgħat il-butir fil-bankina tal-maħżen ta' friża. L-ispedizzjioni tista' tinqasam f'ħafna konsenji.

Kwalunkwe spejjeż li jintefqu waqt il-ħatt tal-butir fil-bankina tal-maħżen ta' friża għandhom ikunu kopriti minn dawk li jagħmlu l-aqwa offerti.

4. Is-sigurtà provduta fl-Artikolu 17(3)(c) għandha tkun imneħħija sa minn meta dak li għamel l-aqwa offerta bagħat il-kwantità kollha indikata fl-ordni ta' spedizzjoni fiż-żmien stabbiliti hemmhekk.

Fejn il-kontroll msemmi fl-Artikolu 4(1) juri li l-butir ma jikkonformix mal-ħtiġiiet stabbiliti f'dak l-Artikolu, is-sigurtà għandha tkun penalizzata in ripsett tal-kwantità spedita. Regward il-kwantitàjiet li jkun fadal, ix-xiri għall-ħażna għandu jkun kanċellat u s-sigurtà tkun imneħħija.

5. Bara f'każi ta' forza maġġuri, meta dak li jagħmel l-aqwa offerta jonqos milli jibgħat il-butir fiż-żmien limitat stabbilit fl-ordni ta' l-ispedizzjoni, is-sigurtà provduta fl-Artikolu 17(3)(c) għandha tkun penalizzata in proporzjon mal-kwantitàjiet mhux spediti, u x-xiri għall-ħażna għandu jkun kanċellat in rispett tal-kwantiajiet li għadd ma humiex spediti.

6. Għall-iskop ta' dan l-Artikolu, il-butir għandu jkun konsiderat biex ikun spedit lill-aġenzija ta' intervent fil-ġurnata meta l-kwantità kollha ta' butir koprita mil-ordni ta' spedizzjoni tidħol fil-maħżen għal tagħmir nominat mill-aġenzija ta' intervent, iżda mhux aktar tard minn l-għada tal-ġurnata ta' wara dik fejn l-ordni ta' spedizzjoni ġiet maħruġa."

7. F'Kapitolu II, taqsima 5 hija mibdula b'dan li ġej:

"TAQSIMA 5

Proċedura għal bejgħ ta' butir minn offerti għal xogħol bl-appalt

Artikolu 21

1. Il-butir għandu jkun mibjugħ b'mezz ta' sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt organizzata minn kull aġenzija ta' intervent.

2. Il-Bejgħ għandu jikkonċerna il-butir meħud fil-maħżen qabel l-1 ta' Settembru 1999.

3. Sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt għandha tkun pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjail ta' l-Unjoni Ewropea minn ta' l-anqas tmint ijiem qabel l-ewwel data ta' għeluq stabbilita għall-għotja ta' offerti għal xogħol bl-appalt.

4. L-aġenzija ta' intervent għandha tistabbilixxi avviż għal sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt li jindika partikolarment id-data ta' għeluq u l-indirizz għall-għotija ta' offerti għal xogħol bl-appalt.

Għandhom ukoll jindikaw, għall-butir li jżommu:

(a) il-lokalità tal-maħżen tal-friża fejn il-butir għall-bejgħ huwa maħżun,

(b) il-kwantità għal kull bejgħ f'kull maħżen ta' friża.

5. L-aġenziji ta' intervent għandhom iżommu lista aġġornata ta' l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, li għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni għall-partijiet interessati fuq talba. Għandhom ukoll jippubblikaw listi aġġornati regolari f'forma xierqa,biex tkun indikata fl-avviż għas-sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt.

6. Aġenziji ta' intervent għandhom jagħmlu l-arranġamenti neċessarji biex jagħmlu possibbli għall-partijiet interessati:

(a) jeżaminaw kampjun ta' butir li qiegħed għall-bejgħ bi spejjeż tagħhom qabel jibgħatu offerti għal xogħol bl-appalt;

(b) jivverifikaw l-analażi msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regoalment tal-Kummissjoni (KE) Nru 213/2001 [5].

Artikolu 22

1. L-aġenzija ta' intervent għandha torgannizza sensiela ta' offerti għal xogħol bl-appalt individwali matul it-term ta' validità tas-sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt.

2. Id-data ta' għeluq ta' dawk li jagħmlu l-offerti għal kull rawnd individwali għandu jkun nofsinhar (ħin ta' Brussell) fit-tieni u r-raba' Tlieta tax-xahar, barra t-tieni Tlieta ta' Awwissu Awwissu u r-raba' Tlieta ta' Diċembru. Jekk it-Tlieta taħbat festa pubblika iż-żmien limitat għandu jkun nofsinhar (ħin ta' Brussell) tal-ġurnata ta' qabel.

Artikolu 23

1. Tedners taħt kull round individwali għandhom ikunu mibgħuta permezz ta' offerta bil-miktub kontra l-ħruġ ta' riċevuta, jew permezz ta' kwalunkwe mezz bil-miktub ta' telekomunikazzjoni bi prova ta' riċevuta.

Tedners għandhom jiġu mogħtija lill-aġenzija ta' intervent u din iżżomhom għal liema ġiet magħmula l-offerta.

2. Fl-offerti għandu jkun hemm:

(a) l-isem u l-indirizz ta' min jitfa' l-offerta;

(b) il-kwantità mixtieqa;

(ċ) il-prezzijiet offrutti għal xogħol bl-appalt għal kull 100 kilogramma, taxxi nazzjonali u piżijiet oħra esklużi, spediti fil-bankina tal-maħżen tal-friża;

(d) jekk xieraq, il-maħżen tal-friża fejn il-butir huwa miżmum u, jekk mixtieq, maħżen tal-friża sostitut;

(e) jekk xieraq, indikazzjoni tat-tip ta' butir msemmi fl-Artikolu 4(6)(e) għal liema l-offerta hi mogħtija.

3. L-offerti ma għandhomx ikunu validi sa kemm-il darba:

(a) jirrelataw sa mill-anqas ħames tunnellata jew, jekk il-kwantità qiegħda għad-dispożizzjoni maħżen tal-friża hija anqas minn tunnellata, tal-kwantità attwali għad-dispożizzjoni;

(b) prova hija provduta li dak li jagħmel l-offerti għamel sigurtà għal offerti għal xogħol bl-appalt ta' EUR 70 għal kull tunnellata, fl-Istat Membru fejn l-offerta għal xogħol bl-appalt hija mogħtija, għal offerti għal xogħol bl-appalt sensiela in diskussjoni qabel id-data ta' għeluq ta' l-għotja tiegħu.

4. Offerti għal xogħol bl-appalt ma jistgħux ikunu irtirati wara d-data ta' għeluq provduta fl-Artikolu 22(2).

Artikolu 24

Għal skop ta' sigurtà ta' offerti għal xogħol bl-appalt provduta fl-Artikolu 23(3), il-ħtiġijiet primarji fit-tifsira ta' l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 jaderixxu b'rigward it-teħid tal-konsenja tal-butir fiż-żmien limitat stabbiliti fl-Artikolu 24f(2) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 24a

1. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-kwantitàjiet u l-prezzijiet offruti minn dawk li jagħmlu l-offerti u l-kwantità ta' butir offruta għal bejgħ, mhux aktar tard mid-9 a.m. (ħin ta' Brussell) ta' l-għada tal-ġurnata ta' wara dik ta' l-għeluq imsemmija fl-Artikolu 22(2).

2. Prezz minimu ta' bejgħ tal-butir fuq il-bażi ta' l-offerti riċevuti taħt kull sensiela għandhom ikunu fissi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999. Dawn il-prezzijiet jistgħu jvarjaw skond il-lokalità tal-kwantiajiet ta' butir offruti għall-bejgħ.

Jista' jkun deċiż li ma jingħatax il-kuntratt taħt is-sensiela.

Artikolu 24b

L-offerti għandhom jiġu rifjutati jekk il-prezzijiet offruti huma anqas mil-prezz minimu stabbilit.

Artikolu 24c

1. L-aġenzija ta' intervent għandha tagħti l-kuntratt skond il-paragrafi 2 sa 5.

2. Il-butir għandu jkun allokat skond il-bażi tad-data tiegħu tad-dħul fil-ħażna, jibda mill-eqdem prodott tal-kwantità totali jew, kif il-każ ikun, l-eqdem mill-kwantità tal-krema tal-butir ħelwa jew qarsa għad-dispożizzjoni fil-maħżen tal-friża nominat minn dak li għamel l-offerta.

3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24b, dak li jagħmel l-aqwa offerta għandu Jkun dak li offra l-għola prezz. Jekk il-kwantità kollha għad-dispożizzjoni mhijiex allokata, dik li tibqa' għandha tingħatha lil dawk l-oħra li jagħmlu l-offerti fuq il-bażi tal-prezzijiet ta' l-offerti għal xogħol bl-appalt, tibda mill-għola prezz.

4. Billi aċċettazzjoni ta' offerti għal xogħol bl-appalt illi jirriżulta f'kuntratti mogħtija in eċċess tal-kwantità ta' butir għad-dispożizzjoni f'maħżen ta' friża partikolari, il-kwantità għad-dispożizzjoni biss għandha tkun mogħtija lil dawk li jagħmlu l-offerti in diskussjoni.

Madankollu, l-aġenzija ta' intervent tista' tinnomina maħżen ta' friża ieħor biex tilħaq il-kwantità stabbilita fl-offerti għal xogħol bl-appalt, provdut illi dak li għamel l-offerta jaqbel.

5. Billi aċċettazzjoni ta' tnejn jew aktar offerti għal xogħol bl-appalt li joffru l-istess prezz ta' butir f'maħżen ta' friża partikolari iwassal għal kuntratti illi jiġu mogħtija in in eċċess tal-kwantità ta' butir għad-dispożizzjoni, il-kuntratt għandu jingħata billi tkun allokata l-kwnatità qiegħed għad-dispożizzjoni in proporzjon mal-kwantitàjiet offruti għal xogħol bl-appalt.

Madankollu, jekk din l-allokazzjoni twassal għall-għotija tal-kwantitàjiet ta' anqas minn ħames tunnellata, l-għotija għandha tkun aġġudikata permezz ta' sorteġġ.

Artikolu 24d

Id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-proċedura ta' sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt ma għandhomx ikunu transferibli.

Artikolu 24e

1. L-aġenzija ta' intervent għandha immedjatmanet tinforma lil dawk li jagħmlu l-offerti dwar ir-riżultat tal-perteċipazzjoni tagħhom għas-sejħa għal offerti għal xogħol bl-appalt.

Sigurtajiet provduti fl-Artikolu 23(3)(b) magħmula għal dawk li għamlu offerti li ma ġewx aċċetati għandhom ikunu mneħħija mmedjatament.

2. Qabel ineħħu l-butir u fil-perjodu speċifikat fl-Artikolu 24f(2), dawk li jagħmlu l-aqwa l-offerti għandhom iħallsu lill-aġenzija ta' intervent l-ammont li jikorrespondi għat-tender tagħhom għal kull kwantità illi jixtiequ jirtiraw.

Artikolu 24f

1. La darba l-ammont mesmmi fl-Artikolu 24e(2) ġie mħallas l-aġenzija ta' intervent għandha toħroġ ordni ta' tneħħija li tindika:

(a) il-kwantità in rispett ta' l-ammont li jikkorispondi ġiem mħallas;

(b) il-maħżen tal-friża fejn il-butirr huwa maħżun;

(ċ) id-data finali għat-tneħħija tal-butir.

2. Dawk li jagħmlu l-aqwa offerta għandhom ineħħu l-butir mogħti lilhom fi żmien 30 ġurnata tad-data ta' għeluq għall-għotija ta' tenders. It-t-Tneħħija tsta' tiġi affetwata minn rati ta' mhux anqas minn ħames tunnellata għal kull waħda. Madankollu, fejn il-kwantità li tkun fadal f'maħżen tal-friża hija anqas minn ħames tunnellata, l-iżgħar kwantità tista' tkun spediti.

Barra f'każi ta' forza maġġuri, jekk il-butir ma ġiex mneħħi fil-perjodu stabbilit fl-ewwel subparagafu, l-ispiża tal-ħażna għandha tkun koprita minn dawk li jagħmlu l-aqwa offerti minn l-għada tal-ġurnata ta' meta il-perjodu skada. Barra minn hekk, il-ħażna għandha tkun għar-riskju tiegħu/tagħha.

3. Is-sigurtà mdaħħla in skond l-Artikolu 23(3)(b) għandha tkun mneħħija immedjatament rigward il-kwantitàjiet mneħħija fil-perjodu provdut fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Għandu jkun penalizzata skond il-każ tat-tieni subparagarfu tal-paragrafu 2.

F'każ ta' forza maġġuri msemmija fit-tieni subparagrafu ta' paragrafu 2, l-aġenzija ta' intervent għandha tieħu tali deċiżjoni kif tikkonsidera neċessarjament wara li kkunsidrat iċ-ċirkustanzi invokati

Artikolu 24g

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mit-Tlieta ta' kull ġimgħa dwar il-kwantitàjiet ta' butir, li matul il-ġimgħa preċedenti:

(a) kinu suġġett ta' kuntratt tal-bejgħ;

(b) ġew meħuda."

Artikolu 2

Ix-xiri ta' butir sospiż f'ċerti Stati Membri fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandu jkompli biex ikun sospiż sakemm deċiżjoni ġdida f'dak ir-rispett hija meħuda mill-Kummissjoni u pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidhol fis-seħħ fil-jum wara li jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu jgħodd sa mill-1 ta' Marzu 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fit-23 ta' Frar 2004.

Ghall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.06.99, p. 48. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1787/2003 (ĠU L 270, tal-21.10.03, p. 121).

[2] ĠU L 333, ta' l-24.12.99, p. 11. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 359/2003 (ĠU L 53, tat-28.02.03, p. 17).

[3] ĠU L 205, tat-03.08.85, p. 5.

[4] ĠU L 216, tal-05.08.78, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1259/96 (ĠU L 163, tat-02.07.96, p. 10).

[5] ĠU L 37, tas-07.02.01, p. 1.

--------------------------------------------------

Top