EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0236

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 236/2004 ta' l-10 ta' Frar 2004 Wara li emenda r-Regolament (KE) Nru 1339/2002 li jimponi dazju definittiv ta' kontra d-dumping u li jiġbor definittivament id-dazju provvisorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' l-aċidu sulfaniku li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Indja.

ĠU L 40, 12.2.2004, p. 17–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/12/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/236/oj

32004R0236



Official Journal L 040 , 12/02/2004 P. 0017 - 0020


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 236/2004

ta' l-10 ta' Frar 2004

Wara li emenda r-Regolament (KE) Nru 1339/2002 li jimponi dazju definittiv ta' kontra d-dumping u li jiġbor definittivament id-dazju provvisorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' l-aċidu sulfaniku li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Indja.

Il-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjoni minn pajjiżi terzi li mhux Membri tal-Komunità Ewropea [1] (ir-Regolament bażiku) u parikolarment l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mogħtija mill-Kummissjoni wara li kkonsulta il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A. PROĊEDURA

1. Miżuri oriġinali

(1) F'Lulju 2002, il-Kunsill impona dazju definittiv ta' kontra d-dumping (miżuri oriġinali) fuq l-importazzjonijiet ta' l-aċidu sulfaniku li joriġina, inter alia, fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina mir-Regolament (KE) Nru 1339/2002 [2]. Ir-rata tad-dazju tal-pajjiż kollu applikabbli għan-nett, prezz limiti tal-Komunità, huwa 21 %.

2. Talba għal investigazzjoni mill-ġdid kontra l-assorbiment.

(2) Fit-12 ta' Mejju 2003, it-talba għall-investigazzjoni mill-ġdid tal-miżura referuta għaliha fi premess 1ġie alloġġat skond l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku. It-talbaġiet mgħotija minn Sorochimie u Quimigal (l-applikanti), żewġ produtturi li jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni tal-Komunità ta' l-aċidu sulfaniku.

(3) L-applikanti taw informazzjoni suffiċjenti li turi li d-dazju anti-dumping impost fuq l-aċidu sulfaniku li joriġina mill-Poplu taċ-Ċina ma wassalx għal moviment fil-prezzijiet fil-Komunità. Fil-fatt, il-prova li tinsab fit-talba wriet li l-prezzijiet ta' l-esportazzjoni u l-prezzijiet mibgħuta (dazju mhux imħallas) lil klijenti finali fil-Komunità waqgħu drastikament isegwu l-imposizzjoni tal-miżuri ta' kontra d-dumping, jissuġġerixxi żieda fid-dumping li fixkel l-effetti maħsuba tar-remedju tal-miżuri ta' l-anti-dumping li qiegħed fis-seħħ.

3. L-investigazzjoni mill-ġdid ta' l-anti-absorption/assorbiment.

(4) Fis-26 ta' Ġunju 2003, il-Kummissjoni ħabbret b'avviż ippubblikat mill-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea [3] l-inizjazzjoni ta' investigazzjoni mill-ġdid, skond l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku, tal-miżuri ta' kontra d-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' l-aċidu sulfaniku li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(5) Il-Kummissjoni avvżat uffiċjalment lill-produtturi/esportaturi magħrufa bħala kkonċernati, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur, importaturi w utenti ta' l-inizzjazzjoni ta' l-investigazzjoni mill-ġdid. Partijiet interessati ġew mogħtija l-opportunità li jagħtu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub tu biex jitolbu sejħa fil-limitu ta' ħin stabbilit fl-avviż ta' inizjazzjoni. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa bħala kkonċernati.

(6) Żewġ tweġibiet kompleti tal-kwestjonarju ġew riċevuti minn esportatur Ċiniż, korporazzjoni ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni Sinochem Hebein (Sinochem), u minn utent li jimporta direttament il-prodott ikkonċernat mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, 3V Sigma, l-Italja (3V Sigma). Għandu jiġi magħruf, li l-investigazzjoni li wasslet għall-imposizzjoni tal-miżuri oriġinali (l-investigazzjoni oriġinali) stabbilixxit li l-aċidu sulfaniku huwa mportat ġol-Komunità direttament mill-utenti finali ta' dan il-prodott.

(7) Tlett importaturi/utenti oħra, ddikkjaraw li huma ma kellhomx jirrispondu il-kwestjonarju għax huma kienu mportaw kwantitajiet żgħar ħafna tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni. Ir-raba' mportatur/utent ta ftit informazzjoni imma waqaf jikkoopera fl-istess żmien ta' l-investigazzjoni.

(8) Il-perjodu ta' investigazzjoni ta' l-investigazzjoni mill-ġdid (IP ġdid) seħħ mill-1 ta'April 2002 sal-31ta' Marzu 2003. L-IP il-ġdida ġiet użata biex tistabbilixxi il-livell kurrenti tal-prezzijiet ta' l-esportazzjoni u l-livell tal-prezzijiet mibgħuta lill-klijenti finali ġol-Komunità. Filwaqt li jistabbilixxi jekk il-prezzijiet fil-Komunità kienux iċċaqalqu biżżejjed, il-livelli tal-prezzijiet iċċarġjati matul l-IP ġdieda ġew ikkomparati ma' dawk iċċarġjati matul il-perjodu oriġinali ta' l-investigazzjoni li kienet kopriet il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2000 sat-30 ta' Ġunju 2001.

(9) Minħabba f'ċirkustanzi eċċezzjonali ġustifikati (jiġifieri il-konsegwenzi ta' l-epidemija tas-SARS fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina), il-partijiet li qed jikkooperaw talbu u ġew mogħtija estensjonijiet sabiex jissottomettu it-tweġibiet tagħhom. Għal din ir-raġuni, l-investigazzjoni mill-ġdid qabżet bi ftit il-perjodu normali ta' sitt xhur provdut għaliha fl-Artikolu 12(4) tar-Regolament bażiku

B. PRODOTT TAĦT KONSIDERAZZJONI

(10) Il-prodott ikkonċernatmit-talba u li għalih l-investigazzjoni mill-ġdid ġiet mibdija hija l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri, l-aċidu sulfaniku, li normalment jiġi klassifikat ġol-kodiċi NM ex29214210 (kodiċi TARIC 2921421060). L-aċidu sulfaniku huwa prodott kimiku użat bħala materja prima fil-produzzjoni ta' optical brighteners addittivi konkreti, koloranti ta' l-ikel, u kuluri speċjali, koloranti ta' l-ikel, u żebgħa.

C. L-INVESTIGAZZJONI MILL-ĠDID

(11) L-għan ta' din l-investigazzjoni mill-ġdid hija, l-ewwel biex tistabbilixxi jekk kienx hemm moviment biżżejjed/suffiċjenti fil-prezzijiet ġol-Komunità ta' l-aċidu sulfaniku li joriġina miċ-Ċina aktar il-quddiem għall-imposizzjoni tal-miżuri ta' l-anti-dumping imsemmi qabel. Bħala tieni pass, fejn ġie konkluż li l-assorbiment seħħ, il-limitu tad-dumping reġa ġie kkalkulat. Skond l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku, importaturi/utenti u esportaturi huma mogħtija l-opportunità li jissottomettu prova li tista' tiġġustifika nuqqas fil-moviment fil-prezzijiet fil-Komunità li jsegwu l-imposizzjoni tal-miżuri għal raġunijiet barra l-assorbiment tad-dazju ta' kontra d-dumping.

1. Moviment tal-prezzijiet fil-Komunità.

1.1. Ġenerali

(12) Bħal ma ġie msemmi hawn fuq, id-disinn tal-kummerċ ta' l-aċidu sulfaniku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina huwa kkaratterizzat mill-assenza ta' l-intermedjarji bħal ma huma l-kummerċjanti li jimportaw il-prodott ġol-Komunità biex jinbigħu. Utenti fil-Komunità, li huma ġeneralment kumpanniji kbar tal-kimika, jimportaw direttament il-prodott ikkonċernat mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, għall-użu proprju tagħhom.

(13) Għalhekk, fl-assenza ta' kull prezz għall-bejgħ fis-suq, il-livell tal-prezz tal-Komunità matul l-IP il-ġdieda, tal-prodott ikkonċernat li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kien iddeterminat billi żied lill-prezz cif fl-euro fil-limitu tal-Komunità kemm id-dazji konvenzjonali kif ukoll dawk pagabbli ta' l-anti-dumping. Il-prezz cif fl-euro fil-limitu tal-Komunità kien stabbilit fuq il-bażi ta' informazzjoni sottomessa mill-produttur esportatur Ċiniż li jikkoopera msemmi hawn fuq. Flimkien, dawn il-kumpanniji rrapportaw data li tammonta għal 1430 tunnellati metriċi ta' l-aċidu sulfaniku matul l-IP il-ġdida, livelli li jaqbeż bi ftit l-informazzjoni statistika disponibbli mill-Eurostat.

(14) Il-moviment tal-prezzijiet fil-Komunità kienet assessjata billi ġie mqabbel/kkomparat, għall-istess kondizzjonijiet tal-kunsinna, il-prezz medju, inklużi d-dazji, msejħa fil-premess 13, ta' l-IP il-ġdida ma' dak li ġie determinat fl-IP oriġinali, esklużi d-dazji. Il-qbil wera li l-prezz medju fil-Komunità ta' l-aċidu sulfaniku li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-¬ina naqas bi 18,1 %.

(15) Għandu jiġi magħruf li r-rata medja tad-dazju konvenzjonali applikabbli ta' l-importazzjonijiet ta' l-aċidu sulfaniku li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-¬ina niżlet minn 8,5 għal 7,5 % bejn iż-żewġ IP s. Tneħħi barra dan l-effett, in-nuqqas tal-prezzijiet cif fl-euro bejn iż-żewġ Ips kienet ta' 17,4 %.

1.2. Talbiet magħmulin minn partijiet interessati

1.2.1. Varjazzjoni fir-rata tal-kambju

(16) Ħafna partijiet interessati nnutaw/ġew mgħarrfa illi l-aċidu sulfaniku li ġie mportat mir-Repubblika tal-Poplu taċ-¬ina huwa invojsjat f'dollari amerikani. Huma ndikaw/wrew li t-tnaqqis tal-prezzijiet ta' l-esportazzjoni u l-prezzijiet fil-Komunità ta' l-aċidu sulfaniku seta' sewwa kien ir-riżultat tal-varjazzjoni tar-rata tal-kambju tal-USD/EUR li ġiet osservata bejn l-IP oriġinali u l-IP ġdida. It-talba ġiet verifikata u nstab tassew li d-dollaru amerikan kienet naqqset meta mqabblahe ma' l-euro bi 11,4 % bejn l-IP oriġinali u l-IP ġdida. Għalhekk it-talba ġiet milqugħa. Madankollu, anke meta l-qbil jseħħ billi tikkonsidra l-effett tat-tnaqqis msemmi hawn fuq tad-dollaru amerikan, nuqqas fil-livell tal-prezzijiet fil-Komunità b' 9,3 % għadha tiġi osservata bejn l-IP oriġinali u l-IP il-ġdieda.

1.2.2. Il-prezzijiet tat-trasportazzjoni.

(17) Parti kooperanti allegat li t-tnaqqis fil-prezzijiet tat-trasport bejn ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Komunità setgħu jispjegaw parti mit-tnaqqis possibbli fil-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat. Din it-talba ġiet verifikata fuq il-bażi tal-prezzijiet attwali tat-trasport rrappurtatai mill-partijiet kooperanti nnifishom. Meta tikkompara dawn il-prezzijiet tat-trasport ma' dawk determinati fil-kwadru tal-qafas ta' l-investigazzjoni oriġinali, jidher li l-prezzijiet tat-trasport żdiedu bi ftit, u mhux naqqsu, bejn iż-żewġ Ips. Għalhekk it-talba ma ntlaqatx.

1.2.3. Il-prezz tal-materja prima.

(18) Partijiet kooperanti kklejmjaw li kull tnaqqis possibbli fil-prezzijiet ta' l-aċidu sulfaniku jista' jkun il-konsegwenza ta' tnaqqis li jikkorrispondi bejn l-IP oriġinali u l-IP il-ġdieda fil-prezz ta' l-anilina, materja prima importanti li tirrappreżenta xi 60 %tal-kost tal-produzzjoni ta' l-aċidu sulfaniku. Ġie allegat li l-prezz ta' l-anilina seta' naqas b'xi 5 % matul il-perjodu msemmi hawn fuq.

(19) Din it-tip ta' talba tirreferi għall-prezzijiet tal-produzzjoni, u tista' biss tiġi kkunsidrata fil-kuntest ta' eżaminazzjoni mill-ġdid tal-valur normali. Madankollu, skond l-Artikolu 12(5) tar-Regolament bażiku, bidliet allegati fil-valur normali għandhom jiġu kkunsidrati biss meta informazzjoni kompleta ta' valuri normali reveduti jkunu disponibbli lill-Kummissjoni. Dan ma kienx il-każ. Għal din ir-raġuni waħedha, it-talba ġa setgħret ma tintlaqax/tiġi rriffjutata. Madankollu, sabiex tiġI stabbilita stampa kompleta ta' l-elementi kollha possibbli li qegħdin f'riskju, l-allegazzjoni msemmija hawn fuq kienet mhux inqas eżaminata. Għal din il-konklużjoni, informazzjoni esawstiva dwar il-prezzijiet ta' l-anilina matul l-IP il-ġdieda ġiet miksuba mill-istess sors li kien ġie użat sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali fl-investigazzjoni l-oriġinali, jiġifieri, kumpannija kooperanti fil-pajjiż analogu, jiġifieri l-Indja. Fuq il-bażi, nstab li l-prezzijiet ta' l-anilina kien ġie miżjud, mhux imnaqqas, b'bejn wieħed u ieħor, 6 % bejn iż-żewġ Ips. Għalhekk, anke jekk it-talba kienet ġiet korrettament presentata fil-kuntest tat-talba tar-reviżjoni tal-valur normali skond l-Artikolu 12(5) tar-Regolament bażiku, kellu jkun ikkunsidrat mhux fundat.

1.3. Konklużjoni

(20) Għalhekk ġie konkluż li l-assorbiment tad-dazju ta' l-anti-dumping kien seħħ, ladarba it-tnaqqis ġie osservat fil-prezzijiet fil-Komunità ta' l-aċidu sulfaniku li oriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-¬ina ma setax jiġi ġustifikat għal kollox anke wara li ġiet ikkunsidrata it-talba msemmija hawn fuq li tikkonċerna l-attwazzjonijiet tar-rata tal-kambju.

2. Valutazzjoni mill-ġdid tal-prezzijiet ta' l-esportazzjoni

(21) Ladarba ġie stabbilit li l-assorbiment kien seħħ u li n-nuqqas ta' moviment fil-prezzjiet tal-Komunità kien dovut għall-waqgħa fil-prezzijiet ta' l-esportazzjoni kien ikkonsidrat xieraq li tuża il-prezzjiet ta' l-esportazzjoni ta;' l-IP il-ġdieda, għall-għan li jikkalkulaw mill-ġdid il-limiti tad-dumping xieraq skondl-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 12(2) tar-Regolament bażiku.

3. Valur normali

(22) L-Artikolu 12(5) tar-Regolament bażiku jipprovdi għall-possibiltà li jiġu kkunsidrati kambji allegati fil-valur normali, fejn informazzjoni kompleta hija disponibbli għall-Kummissjoni saż-żmien limitat. Bħal ma hemm indikat fil-premess 19, l-ebda parti nteressata ma talbet formalment reviżjoni tal-valur normali. Għalhekk, il-valur normali bħal ma huwa stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali ġie wżat fil-kalkooloazzjoni mill-ġdid il-limiti tad-dumping.

4. Kalkulazzjoni mill-ġdid tal-limitu ta' l-anti-dumping li tikkunsidra l-prezzijiet ta' l-esportazzjoni osservati matul l-IP il-ġdieda.

(23) Bħal ma hu mitlub taħt l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku, il-limitu ta' l-anti-dumping mal-pajjiż kollu għar-Repubblika tan-nies taċ-Ċina reġa ġie kkalkulat billi ġie kkomparat il-prezz medju fob stabbilit fl-investigazzjoni kurrenti mal-valur normal medju fob bħal ma hu stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. Id-differenza kienet imbagħad espressa bħala persentaġġ tal-valur cif determinat fl-investigazzjoni mill-ġdid.

(24) Il-limitu tal-kalkolu mill-ġdid tad-dumping nstab li żdid b' 33,7 %, imqabbel mal-21 % bħal ma huwa stabbilit matul l-investigazzjoni oriġinali.

5. Livell ġdid tal-miżura.

(25) Il-miżuri oriġinali kienu bbażati fuq il-limitu tad-dumping. Limitu nġurjuż ġdid ġie kkalkulat bħala differenza bejn il-prezz il-ġdid ta' l-esportazzjoni ddeterminat bħal ma huwa spjegat taħt premess 21 u l-prezz tal-Komunità mhux inġurjuż ikkalkulat fl-investigazzjoni oriġinali, espressa bħala persentaġġ ta' l-istess denominatur bħal ma huwa wżat fil-kalkolu ta'hawn fuq tad-dumping. L-inqas miż-żewġ limiti għadha dik tad-dumping. F'applikazzjoni tar-regola ta' l-inqas dazju, ir-revedut, dazju għall-pajjiż kollu applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità ta' l-aċidu sulfaniku li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għandu jikkorrispondi mal-livell tal-limitu revedut tad-dumping, jiġifieri 33,7 %,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1339/2002 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"2. Ir-rata definittiva applikabbli ta' l-anti-dumping, qabel id-dazju, Komunità prezz limitu tal-prodotti deskritti fil-paragrafu1, għandu jkun dan li ġej:

JEKK JOGĦĠBOK DAĦĦAL IL-MALTI FIT-TABELLA HAWN TAĦT | Pajjiż Dazju definittiv (%) |

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina | 33,7 |

l-Indja | 18,3" |

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta ssir il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-10 ta' Frar 2004.

F'isem il-Kunsill

Il-President

C. McCreevy

[1] ĠU L 56, 06.03.96, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1972/2002.

[2] ĠU L 196, 25.07.02, p. 11.

[3] ĠU C 149, 26.06.03, p. 14.

--------------------------------------------------

Top