Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0055

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2004 tas-17 ta’ Diċembru 2003 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1453/2001 li daħħal miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti tal-biedja għall-Azores u Madeira u ħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1600/92 (Poseima) dwar l-applikazzjoni tat-taxxa supplementari fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib fl-Azores

    ĠU L 8, 14.1.2004, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/02/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R0247

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/55/oj

    32004R0055



    Official Journal L 008 , 14/01/2004 P. 0001 - 0002


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 55/2004

    tas-17 ta’ Diċembru 2003

    li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1453/2001 li daħħal miżuri speċifiċi għal ċerti prodotti tal-biedja għall-Azores u Madeira u ħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1600/92 (Poseima) dwar l-applikazzjoni tat-taxxa supplementari fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib fl-Azores

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 299(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    billi:

    (1) l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1453/2001 [2] għal perjodu ta’ erba’ snin ta’ marketing li beda fl-1999/2000 daħħal deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92 tat-28 ta’ Diċembru 1992 jistabbilixxi taxxa addizzjonali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib [3] fejn jirrigwarda l-Azores. Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett taħt il-politika agrikola komuni u jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa [4] emenda l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1453/2001 sabiex jestendi l-perjodu imsemmi aktar il-fuq għal sitt snin ta’ marketing u stabilixxa l-ammonti għal dik l-estensjoni.

    (2) Madankollu, ir-ristrutturar tas-settur tal-ħalib fl-Azores għadu ma intlaħaqx. Sabiex jittieħed in konsiderazzjoni l-livell għoli ta’ dipendenza fuq il-produzzjoni tal-ħalib fl-Azores, flimkien ma żvantaġġi oħrajn marbutin mal-lokalità tagħhom mill-aktar imbiegħda u n-nuqqas ta’ prodotti alternattivi vijabbli, il-perjodu rilevanti għandu jiġi estiż u l-ammonti ta’ din l-estensjoni oħra fissati.

    (3) Din il-miżura hija ristretta għall-produzzjoni tal-ħalib fl-Azores. Matul il-perjodu li tkun fis-seħħ, din il-miżura għandha tgħin lis-settur fl-Azores ikompli jiġi ristrutturat mingħajr ma jiddisturba s-suq tal-ħalib u mingħajr ma jaffettwa b’ mod li jinħass il-ħidma f’waqtha ta’ l-iskema ta’ taxxa fil-livell Portugiż jew tal-Komunità.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1453/2001 għandu jkun mibdul b’ dan li ġej:

    "L-Artikolu 23

    1. Sa mill-bidu tas-sena ta’ marketing 1999/2000, għall-iskop li jitqassam il-piż tat-taxxa addizzjonali bejn il-produtturi li hemm referenza għalihom fit-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92, il-produtturi biss kif mfissra fl-Artikolu 9(c) ta’ dak ir-Regolament, stabbiliti u jiiproduċu fl-Azores, li jqegħdu fis-suq kwantitajiet li jeċċedu l-kwantità tagħhom ta’ referenza miżjuda mal-persentaġġ li jirriferi għalih it-tielet paragrafu għandhom ikunu kkonsidrati li jkunu kkontribwew għall-produzzjoni żejda.

    It-taxxa addizzjonali għandha tkun dovuta fuq kwantitajiet li jeċċedu l-kwantità miżjuda ta’ referenza wara li jkunu allokati mill-ġdid il-kwantitajiet li ma jkunux intużawr fil-konfini tal-marġni li jirriżulta minn din iż-żieda fost il-produtturi li jirriferi għalihom l-ewwel paragrafu u skond il-kwantità ta’ referenza għad-dispożizzjoni ta’ kull produttur.

    Il-persentaġġ li jirreferi għalih l-ewwel paragrafu għandu jkun daqs il-proporzjon bejn il-kwantitajiet rispettivament ta’ 73000 tunnellata metrika għall-perjodu 1999/2000 sa l-2004/2005 u 23000 tunnellata metrika sa mill-bidu tas-sena ta’ marketing 2005/2006 u t-total tal-kwantitajiet ta’ referenza li jkunu għad-dispożizzjoni ta’ dik l-azjenda fil-31 ta’Marzu 2000. Għandu japplika għal kull produttur għal mhux aktar mill-kwantitajiet ta’ referenza li jkunu għad-dispożizzjoni ta’ dak il-produttur fil-31 Marzu 2000.

    2. Il-kwantitajiet ta’ ħalib jew prodotti tal-ħalib mqiegħdha fis-suq li jeċċedu l-kwantitajiet ta’ referenza li madankollu jaqblu mal-persentaġġ li jirriferi għalih il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, wara l-allokazzjoni mill-ġdid li hemm refernza għaliha f’dak l-istess paragrafu, ma għandhomx jittieħdu in konsiderazzjoni meta jkunu qegħdin jiġu stabbiliti xi produzzjonijiet żejda fil-Portugall kif ikkalkolati skond l-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3950/92."

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli mill-1 ta’ April 2003.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, Is-17 ta’ Diċembru 2003.

    F’isem il-Kunsill

    Il-President

    G. Alemanno

    [1] Opinjoni mwassla fis-16 ta’Diċembru 2003 (s’issa m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [2] ĠU L 198, 21.07.01, p. 26. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 270, 21.10.03, p. 1).

    [3] ĠU L 405, tal-31.12.1992, p. 1. Regolament irrevokat bir-Regolament (KE) Nru 1788/2003 (ĠU L 270, tal-21.10.2003, p. 123).

    [4] ĠU L 270, 21.10.03, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top