Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004E0533

    Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/533/PESK tat- 28 ta' Ġunju 2004 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għall-Afganistan u li temenda l-Azzjoni Konġunta 2003/871/PESK

    ĠU L 234, 3.7.2004, p. 17–17 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 96–96 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2004/533/oj

    30.5.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    96


    AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2004/533/PESK

    tat-28 ta' Ġunju 2004

    li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għall-Afganistan u li temenda l-Azzjoni Konġunta 2003/871/PESK

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod speċjali l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-8 ta' Diċembru 2003 il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2003/871/PESK (1) li temenda u testendi sat-30 ta' Ġunju 2004 il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għall-Afganistan.

    (2)

    Abbażi ta' reviżjoni ta' l-Azzjoni Konġunta 2003/871/PESK, il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali għandu jiġi estiż.

    (3)

    Fis-17 ta' Novembru 2003 il-Kunsill adotta linji gwida dwar il-ħatra, il-mandat u l-finanzjament tar-Rappreżentanti Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    (4)

    Ir-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiħżien u tista' tolqot ħażin l-għanijiet tal-PESK kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

    ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

    Artikolu 1

    Il-mandat tas-Sur Francesc VENDRELL bħala r-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea (EUSR) għall-Afganistan, kif stabbilit fl-Azzjoni Konġunta 2003/871/PESK huwa b'dan estiż sat-28 ta' Frar 2005.

    Artikolu 2

    L-Azzjoni Konġunta 2003/871/PESK hija hawnhekk emendata kif ġej:

    1.

    It-tieni inċiż fis-subparagrafu (e) ta' l-Artikolu 3 għandu jiġi mħassar.

    2.

    L-Artikolu 5 (1) għandu jinbidel b'dan li ġej:

    “1.   L-ammont ta' riferenza finanzjarju maħsub sabiex ikopri l-ispiża konnessa mal-mandat ta' l-EUSR għandu jkun ta' EUR 794 000.”

    Artikolu 3

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2004.

    Artikolu 4

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fil-Lussemburgu, nhar it-28 ta' Ġunju 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. CULLEN


    (1)  ĠU L 326, tat-13.12.2003, p. 41.


    Top