Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0790

    Id-Deċiżjoni Nru 790/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni tal-Komunità biex tippromovi korpi attivi fil-livell Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ

    ĠU L 138, 30.4.2004, p. 24–30 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/790(1)/oj

    32004D0790



    Official Journal L 138 , 30/04/2004 P. 0024 - 0030


    Id-Deċiżjoni Nru 790/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    tal-21 ta’ April 2004

    li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni tal-Komunità biex tippromovi korpi attivi fil-livell Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 149(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat il-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1],

    Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

    Jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2],

    billi:

    (1) It-Trattat jistabilixxi ċittadinanza ta’ l-unjoni u jara li l-azzjoni tal-Komunità fil-qasam taż-żgħażagħ, l-edukazzjoni u stħarriġ professjonali, l-għan għandu jkun, fost ħwejjeġ oħra, li jinkoraġġixxu l-iżvilupp tal-bdil taż-żgħażagħ u l-bdil ta’ għalliema soċjo-edukattivi.

    (2) Id-Dikjarazzjoni ta’ Laeken annessa mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ l-14 u l-15 ta’ Diċembru 2001 issostni li waħda mill-isfidi bażiċi li trid tkun risolta mill-Unjoni Ewropea hija li tressaq liċ-ċittadini, u primarjament liż-żgħażgħ qrib iktar tal-pjan Ewropew u ta’ l-istuzzjonijiet Ewropej. Organizzazzjonijiet internazzjonali taż-żgħażagħ li mhumiex governattivi jgħinu liż-żgħażagħ biex isiru ċittadini attivi, jiżviluppaw sens ta’ responsabiltà, jesprimu l-opinjonijiet tagħhom u l-valuri tagħhom u jieħdu sehem fi bdil min-naħa għall-oħra tal-fruntieri nazzjonali; u b’hekk, dawn l-organizzazzjonijiet jgħinu biex iressqu lill-Ewropa qrib iktar taċ-ċittadini żgħażgħ.

    (3) Il-White Paper tal-Kummissjoni bit-titlu "Impetu ġdid għaż-żgħażgħ Ewropej" ippreżentata fil-21 ta’ Novembru 2001 issostni li wieħed għandu jħajjar iktar il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u jitkellem favur it-tisħiħ ta’ l-organizzazzjonijiet li fihom iż-żgħażagħ jistgħu jsemmu l-vuċi tagħhom; tistqarr ukoll li l-informazzjoni hija essenzali għall-iżvilupp taċ-ċittadinanza attiva. Fir-Resoluzzjoni [3] tiegħu dwar il-White Paper, il-Parlament Ewropew insista wkoll fuq ir-rwol importanti ta’ l-organizzazzjonijiet taż-żgħażgħ internazzjonali u Ewropej biex jgħinu liż-żgħażagħ jipparteċipaw għal żmien twil fil-ħajja demokratika ta’ l-Ewropa.

    (4) Fil-White Paper tagħha dwar il-gvern Ewropew [4] il-Kummissjoni ssejjaħ għall-onestà ġenerali u għar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili li jridu jiġu kkonsultati u jiġu nklużi fil-formazzjoni tal-politika ta’ UE. Hija tirrikonoxxi r-rwol ta’ l-organizzazzjonijiet mhux governattivi biex jagħtu vuċi lill-bżonnijiet taċ-ċittadini.

    (5) Ir-Resoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, li ltaqgħu fil-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 rigward il-qafas tal-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ [5] fasslu l-prijoritajiet tematiċi kif proposti fil-White Paper dwar iż-Żgħażagħ Ewropej, u partikolarment il-parteċipazzjoni u l-informazzjoni, speċjalment bil-għan li jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fl-eżerċizzju taċ-ċittadinanza attiva, u tipproponi mekkaniżmi biex jimplimentaw il-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni billi jikkonsultaw liż-żgħażagħ permezz ta’ arranġamenti speċifiċi fuq livell nazzjonali u jikkonsultaw lill-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej fuq livel Ewropew.

    (6) Il-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej jirrappreżenta liż-żgħażagħ rigward l-Unjoni Ewropea u l-istituzzjonijiet internazzjonali l-oħra. L-azzjoni tagħha hija essenzali biex tikkoordina u tgħaddi lill-istituzzjonijiet Ewropej l-opinjonijiet ta’ l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ mhux governattivi u tgħaddi lil dawn l-organizzazzjonijiet informazzjoni dwar sitwazzjonijiet/suġġetti Ewropej li huma ta’ interess għalihom Organizzazzjonijiet Internazzjonali taż-Żgħażagħ Mhux Governattivi jipprovdu tagħlim, taħriġ u informazzjoni mhuz formali u informali liż-żgħażagħ; huma jikkonstitwixxu networks li jirrappreżentaw korpi attivi li mhumiex ta’ profitt fl-Istati Membri u f’pajjiżi oħra Ewropej.

    (7) L-Intestaturi A-3023 u A-3029 tal-budget ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2003 u s-snin finanzjarji ta’ qabel jipprovdu appoġġ lill-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali taż-żgħażagħ mhux governattivi.

    (8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru. 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, [6] hawnhekk iżjed ‘il quddiem "ir-Regolament Finanzjarju", jeħtieġ li jkun provdut att bażiku biex ikopri dawn l-azzjonijiet ta’ appoġġ li jeżistu.

    (9) Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ħadu r-responsabbiltà, fiż-żmien ta’ l-adozzjoni tar-Regolament Finanzjarju, biex jiksbu l-għan li jassiguraw li dan l-att bażiku jidħol fis-seħħ mis-sena finanzjarja 2004.

    (10) Id-dispożizzjoni għandha ssir għar-rapport ġeografiku tal-programm biex jestendi għall-Istati milqugħa, u possibilment, fil-kas ta’ ċerti azzjonijiet, lill-pajjiżi kollha Ewropej, fil-kwadru ta’ l-importanza li jissaħħu l-kuntatti bejn l-Unjoni mkabbra u l-ġirien tal-kontinent Ewropew.

    (11) Il-finanzi kollha mhux tal-Kommunità mingħand ir-riżorsi ta’ l-Istat għandhom iħarsu l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat.

    (12) Din id-Deċiżjoni tpoġġi, għat-tul kollu tal-programm, qafas finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza prinċipali, fis-sens tal-punt 33 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-budget u t-titjib tal-proċedura tal-budget [7], għall-awtorità tal-budget matul il-proċedura annwali tal-budget.

    (13) Kull appoġġ mogħti taħt din id-Deċiżjoni għandu jkun strettament konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità,

    IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-għan u l-attivitajiet tal-programm

    1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm ta’ azzjoni tal-Komunità biex tippromovi korpi attivi fuq livell Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjjaħ il-Programm).

    2. L-għan ġenerali tal-programm huwa li jappoġġa l-attivitajiet ta’ dawn il-korpi. Dawn l-attivitajiet huma l-programm ta’ xogħol kontinwu ta’ korp, li jsegwi għan ta’ interess ġenerali Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ jew għan li jifforma parti mill-politika ta’ l-Unjoni Ewropea f’dan l-aspett. Partikolarment, dawn l-attivitajiet għandhom jikkontribwixxu, jew ikunu kapaċi jikkontribwixxu, għall-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini żgħażagħ fil-ħajja pubblika u fis-soċjetà u għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni tal-kooperazzjoni tal-Komunità fil-qasam taż-żgħażagħ fis-sens wiesa’. Il-Kooperazzjoni mal-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej tikkontribwixxi għal dan l-għan ġenerali sakemm il-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej jirrappreżentaw u jikkoordinaw ma’ l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ mhux governattivi u tgħaddi informazzjoni dwar iż-żgħażagħ lill-istituzzjonijiet Ewropej.

    3. Il-programm għandu jibda fl-1 ta’ Jannar 2004 u għandu jispiċċa fil-31ta’ Diċembru 2006.

    Artikolu 2

    L-Adeżjoni għall-programm

    Biex konċessjoni li taħdem tkun eliġibbli, korp għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness u jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

    (a) l-attivitajiet tiegħu għandhom ikunu skond il-prinċipji li huma l-bażi ta’ l-azzjoni tal-Komunità fil-politika taż-żgħażagħ u għandhom jagħtu kas tal-prijoritajiet mniżżla fl-Anness;

    (b) kellu jkun stabbilit legalment għal iktar minn sena;

    (ċ) għandu jaħdem fuq livell Ewropew, jew waħdu jew fil-forma ta’ assoċjazzjonijiet varji koordinati, u l-istruttura tiegħu u l-attivitajiet għandhom ikollhom impatt potenzali fl-Unjoni kollha jew għall-inqas tkopri tmienja mill-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 3, li jinkludu l-Istati Membri.

    Artikolu 3

    Il-Parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi

    1. Il-parteċipazzjoni fl-azzjonijiet taħt dan il-programm jistgħu jkunu miftuħa għall-korpi stabbiliti:

    (a) fl-Istati milqugħa li ffirmaw it-Trattat ta’ l-Adeżjoni fis-16 ta’ April 2003;

    (b) fil-pajjiżi ta’ EFTA/FEE, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ta’ FEE;

    (ċ) fir-Rumanija u l-Bulgarija, il-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni stabbiliti skond il-Ftehim Ewropew, il-Protokolli adizzjonali tagħhom u d-deċiżjonijiet tal-Kunsilli ta’ l-Assoċjazzjoni rispettivi;

    (d) fit-Turkija, l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni stabbiliti skond il-Ftehim tal-Qafas bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija tas-26 ta’ Frar 2002 dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Turkija fil-programmi tal-Komunità [8].

    2. Il-parteċipazzjoni f’dan il-programm jista’ jkun miftuħ ukoll għall-korpi stabbiliti fil-pajjiżi Baltaċi li jifformaw parti mill-proċess ta’ l-Istabilità u l-Assoċjazzjoni għall-pajjiżi ta’ l-Ewropa tax-Xlokk [9] u għal ftit pajjiżi tal-Commonwealth ta’ l-Istati Indipendenti, skond il-kondizzjonijiet u l-proċeduri li jridu jiġu miftiehma ma’ dawn il-pajjiżi [10].

    Artikolu 4

    L-Għażla tal-benefiċjarji

    Il-programm ikopri żewġ tipi ta’ benefiċjarji:

    (a) l-1 grupp: l-għotjiet ta’ l-operat għandhom jkunu ppremjati/mogħtija direttament lill-benefiċjarji mniżżla fil-punt 2 ta’ l-Anness;

    (b) it-2 grupp: l-għotjiet ta’ l-operat għandhom jingħataw skond il-kriterji ġenerali stabbiliti fl-Anness permezz ta’ sejħa għall-proposti għall-attivitajiet permanenti ta’ korp li jrid jilħaq għan ta’ interess ġenerali Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ.

    Artikolu 5

    Il-Premju ta’ l-għotja

    L-għotjiet taħt azzjonijiet differenti tal-programm għandhom jingħataw f’konformità mad-dispożizzjonijiet dikjarati fl-Anness.

    Artikolu 6

    Id-Dispożizzjonijiet finanzjarji

    1. Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm għall-perjodu speċifiku fl-Artikolu 1(3) huwa hawnhekk imniżżel għal 13-il miljun EUR.

    2. L-approprjazzjonijiet ta’ kull sena għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità għall-budget fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja.

    Artikolu 7

    L-Implimentazzjoni

    Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għal, u għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Istati Membri konċernati, l-implimentazzjoni ta’ dan il-programm skond id-dispożizzjonijiet dikjarati fl-Anness.

    Artikolu 8

    Il-Kontroll u l-evalwazzjoni

    Mhux iktar tard mill-31ta’ Diċembru 2007, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-għanijiet li ntlaħqu tal-programm. Dan ir-rapport għandu jkun ibbażat, fost ħwejjeġ oħra, fuq rapport estern ta’ evalwazzjoni li għandu jkun disponibbli mhux iktar tard mill-2006 u għandhu jivvaluta għall-inqas il-pertinenza u l-koerenza ġenerali tal-programm, l-effett ta’ l-esekuzzjoni tiegħu (il-preparazzjoni, l-għażla, l-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet) u l-effett ġenerali u individwali ta’ l-azzjonijiet differenti skond l-għanijiet li jintlaħqu dikjarati fl-Artikolu 1 u fl-Anness.

    Artikolu 9

    Id-Dħul fis-seħħ

    Id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta’ wara/l-għada li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Strasbourg, 21ta’ April 2004.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    P. Cox

    F’isem il-Kunsill

    Il-President

    D. Roche

    [1] OJ C 10, ta’ l-14.1.2004, p. 18.

    [2] L-opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Novembru 2003 (għadha mhix pubblikata fil-Gurnal Uffiċjali). Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2003 (ĠU C 72 E, tat-23.3.2004, p. 10), il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-10 ta’ Marzu 2004 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Marzu 2004.

    [3] ĠU C 180 E, 31.07.2003, p. 145.

    [4] ĠU C 287, 12.10.2001, p. 1.

    [5] ĠU C 168, 13.07.2002, p. 2.

    [6] ĠU L 248, 16.09.2002, p. 1.

    [7] ĠU C 172, tat-18.6.1999, p. 1. Il-Ftehim kif emendat bid-Deċiżjoni 2003/429/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 147, ta’ l-14.6.2003, p. 25).

    [8] ĠU L 61, 02.03.2002, p. 29.

    [9] Ir-Repubblika tal-Maċedonja, msejħa qabel bħala Jugoslavja, l-Albanija, is-Serbja u Montenegro, il-Bosnia u Herzegovina, u l-Kroazja.

    [10] Belarus, il-Moldova, il-Federazzjoni tar-Russja, l-Ukraina.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    1. L-ATTIVITAJIET APPOĠĠJATI

    L-għan ġenerali stabbilit fl-Artikolu 1 huwa biex isaħħaħ l-azzjoni tal-Komunità fil-qasam taż-żgħażagħ u biex iżid l-effett billi tippromovi il-korpijiet li jaħdmu f'dan il-qasam.

    1.1. L-attivitajiet prinċipali ta' dawn l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ li x'aktarx jikkontribwixxu għat-tisħiħ u l-effett ta' l-azzjoni tal-Komunità huma kif ġejjin:

    - ir-rappreżentazzjoni ta' l-opinjonijiet u l-interessi taż-żgħażagħ fid-diversità kollha tagħhom fil-livell tal-Komunità,

    - l-iskambji taż-żgħażagħ u s-servizzi tal-volontarjat,

    - il-programmi ta' xogħol u tagħlim informali u mhux formali,

    - il-promozzjoni tat-tagħlim u l-fehma interkulturali,

    - id-dibattitu dwar suġġetti Ewropej u l-politika ta' l-UE jew il-politika taż-żgħażagħ,

    - it-tixrid ta' l-informazzjoni dwar l-azzjoni tal-Komunità,

    - l-azzjonijiet li jippromovu l-partiċipazzjoni u l-inizjattiva taċ-ċittadini żgħażagħ.

    1.2. L-attivitajiet prinċipali tal-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej huma kif ġejjin:

    - li jirrapreżenta liż-żgħażagħ rigward l-Unjoni Ewropea,

    - li jikkoordina il-posizzjonijiet tal-membri tiegħu rigward l-Unjoni Ewropea,

    - li jgħaddi informazzjoni dwar iż-żgħażagħ lill-istituzzjonijiet Ewropej,

    - li jgħaddi informazzjoni mingħand l-Unjoni Ewropea lill-kunsilli nazzjonali taż-żgħażagħ u lill- organizzazzjonijiet mhux governattivi,

    - li jippromovi u jlesti t-triq għaż-żgħażagħ biex jipparteċipaw fil-ħajja demokratika,

    - li jikkontribwixxi għall-qafas ġdid ta' kooperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ li għandu jiġi stabbilit fuq il-livell ta' l-Unjoni Ewropea,

    - li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-politika taż-żgħażagħ, ix-xogħol taż-żgħażagħ u l-opportunitajiet edukattivi u li jgħaddi informazzjoni li tikkonċerna liż-żgħażagħ u li jiżviluppa strutturi rappreżentattivi għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa,

    - li jaħdem fid-diskussjoni u r-riflessjoni taż-żgħażagħ fl-Ewropa u fil-partijiet l-oħra tad-dinja u fuq l-azzjoni ta' l-Unjoni Ewropea biex tgħin liż-żgħażagħ.

    2. L-IMPLIMENTAZZJONI TA' L-ATTIVITAJIET APPOĠĠATI

    L-attivitajiet li jsiru mill-korpi eliġibbli għall-fondi tal-Komunità taħt il-programm jaqgħu taħt waħda minn dawn il-ħidmiet:

    2.1. Il-1 Parti: Appoġġ għall-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej

    2.1.1. L-għotjiet jistgħu jiġu mogħtija taħt din il-parti biex jappoġġaw l-attivitajiet permanenti tal-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej, korp li jrid jilħaq għan ta' interess ġenerali Ewropew li l-membri tiegħu huma l-kunsilli nazzjonali taż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet internazzjonali taż-żgħażagħ mhux governattivi, f'konformità mal-prinċipji li ġejjin:

    - l-indipendenza tal-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej fil-għażla tal-membri tiegħu li jiżgura rappreżentazzjoni l-iktar wiesgħa possibli tat-tipi differenti ta' organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ,

    - l-awtonomija tal-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej fl-ispeċifikazzjonijiet dettaljati ta' l-attivitajiet tiegħu, f'konformità mat-taqsima 1.2,

    - involviment l-iktar wiesa' possibli fl-attivitajiet tal-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej ta' l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ li mhumiex membri u taż-żgħażagħ li mhumiex fl-organizzazzjonijiet,

    - il-kontribuzzjoni attiva tal-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej fil-proċessi politiċi relevanti maż-żgħażagħ fuq livell Ewropew, partikolarment billi jirrispondi lill-istituzzjonijiet Ewropej meta jikkonsultaw lis-soċjetà ċivili u jispjega l-posizzjonijiet addottati minn dawn l-istituzzjonijiet lill-membri tiegħu,

    - sħubija ġeografika li tkopri u testendi sal-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 3.

    2.1.2. Taħt il-1 parti, l-infiq eliġibbli tal-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej jinkludi l-ispejjeż ta' l-operat u l-ispiżi biex jagħmel l-azzjonijiet.

    2.1.3. L-għotja lill-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej ma għandhiex tipprovdi l-flus għall-infiq kollu eliġibbli fis-sena kalendarja li għaliha huwa ppremjat. Għall-inqas 20 % tal-budget tal-Forum għandu jkun ko-finanzjat minn għejun li mhumiex tal-Komunità. Dan il-ko-finanzjament jista' jkun parti minnu jew kollu kontribwit b'mod ieħor, iżda l-kontribuzzjoni ma tridx tkun valutata iżjed mill-infiq u dan irid jidher fid-dokumenti tal-kontijiet jew in-nefqa ġeneralment miksuba fis-suq imsemmi.

    2.1.4. Skond l-Artikolu 113(2) tar-Regolament Finanzjarju l-prinċipju tat-tnaqqis gradwali ma għandux japplika għall-għotjiet ta' l-operat lill-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej, ladarba huwa korp li jrid jilħaq għan ta' interess ġeneral Ewropew.

    2.1.5. Fid-dehra tal-bżonn biex tkun żgurata l-kontinwità tal-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej, ir-riżorsi tal-programm għandhom ikunu allokati skond il-linja gwida li ġejja: ir-riżorsi allokati taħt il-1 parti ma għandhomx ikunu inqas minn 2 miljuni EUR.

    2.1.6. L-għotjiet jistgħu jkunu ppremjati lill-Forum taż-Żgħażagħ meta jintlaqa' pjan xieraq tax-xogħol u l-budget. L-għotjiet jistgħu jingħataw fuq bażi annwali f'qafas ta' ftehim ta' sħubija mal-Kummissjoni.

    2.2. It-2 Parti: Appoġġ għall-attivitajiet permanenti tal-korpi li jridu jilħqu għan ta' interess ġenerali Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ jew oġġettiv li jifforma parti mill-politika ta' l-Unjoni Ewropea f'din il-ħidma.

    2.2.1. L-għotjiet jistgħu jkunu ppremjati taħt din il-parti biex jappoġġaw spejjeż operazzjonali u amministrattivi tal-korpi msemmija hawn fuq. Dan jista' jkun relatat ma':

    (a) korp li ma jagħmilx profit li l-attivitajiet tiegħu huma biss għall-benefiċċju taż-żgħażagħ jew korp b'għanijiet wiesa', parti mill-attivitajiet tiegħu huma biss għall-benefiċċju taż-żgħażagħ; f'kull każ, il-korp għandu jinvolvi liż-żgħażagħ biex imexxu l-attivitajiet li jsiru għall-benefiċċju tagħhom;

    (b) network Ewropew li jirraprezenta lill-korpi li ma jagħmlux profit, li jaħdmu għall-benefiċċju taż-żgħażagħ u li jinvolvu liż-żgħażagħ fl-attivitajiet tagħhom.

    Għotja annwali ta' l-operat tista' tkun ppremjata biex tappoġġa l-kondotta tal-programm tax-xogħol permanenti ta' dan il-korp.

    2.2.2. Taħt it-2 parti, l-uniċi spejjeż li jridu jiġu nnotati li jiddeterminaw l-għotja ta' l-operat għandhom ikunu dawk neċessarji għall-kondotta proprja ta' l-attivitajiet normali tal-korp magħżul, partikolarment l-ispejjeż tal-persunal, spejjeż ġenerali (ħlasijiet tal-kera u proprjetà, apparat, provvisti ta' l-uffiċċju, telekomunikazzjonijiet, ħlasijiet tal-posta, eċċ.), spejjeż ta' laqgħat interni, u pubblikazzjoni, informazzjoni u spejjeż ta' disseminazzjoni.

    2.2.3. Għotja ta' l-operat taħt it-2 parti ma għandhiex tagħti fondi għall-infiq eliġibbli kollu tal-korp fis-sena kalendarja li għalija huwa ppremjat. Għall-inqas 20 % tal-budget tal-korpi koperti minn din il-parti jrid ikun ko-finanzjat minn għejun li mhumiex tal-Komunità. Ir-rata tal-ko-finanzjament għandha tkun determinata kull sena fis-sejħa għall-proposti. Dan il-ko-finanzjament jista' jkun parti jew kollu kontribwit b'metodi oħra, iżda l-kontribuzzjoni ma tridx tkun valutata iktar mill-infiq u dan irid jidher fid-dokumenti tal-kontijiet jew fin-nefqa miksuba ġeneralment fis-suq imsemmi.

    2.2.4. Skond l-Artikolu 113(2) tar-Regolament Finanzjarju l-għotjiet ta' l-operat li huma ppremjati, jekk jiġu mġedda, għandhom jitnaqqsu bil-mod. Dan it-tnaqqis għandu jibda jgħodd mit-tielet sena 'l quddiem, bir-rata ta' 2,5 % kull sena. Biex tkun osservata din ir-regola, li hija applikata mingħajr preġudizzju għar-regola tal-ko-finanzjament imsemmija hawn fuq, il-persentaġġ tal-ko-finanzjament tal-Komunità li jikkorrispondi ma' l-għotja mogħtija għal sena finanżjarja msemmija għandu jkun mill-inqas 2.5 punti inqas mill-persentaġġ tal-ko-finanzjament tal-Kommunità li jikkorrispondi ma' l-għotja ppremjata għas-sena finanzjarja ta' qabel.

    2.2.5. Il-korpi li jirċievu l-għotjiet ta' l-operat taħt it-2 parti għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tas-sejħa għall-proposti.

    Bil-korpi magħżula l-ftehim bil-qafas tas-sbuħija jistgħu jkunu nklużi fit-tul tal-programm. L-għotjiet speċifiċi bbażati fuq il-ftehim tal-qafas għandhom jiġu ppremjati skond il-proċeduri stabbiliti f'dan il-ftehim.

    Madankollu l-ftehim tal-qafas ma għandux jeskludi s-sejħiet annwali għall-proposti għal iżjed benefiċjarji.

    2.3. Dispożizzjonijiet transizzjonali

    2.3.1. Għall-għotjiet ppremjati fl-2004, ikun possibli għall-perjodu ta' eliġibilità ta' l-infiq biex jibdew fl-1 ta' Jannar 2004, iżda l-infiq ma għandux jippreċedi d-data li fiha l-applikazzjoni ta' l-għotja kienet alloġġata jew id-data li fiha s-sena tal-budget tal-benefiċjarji tibda.

    2.3.2. Matul l-2004, fil-każ tal-benefiċjarji li s-sena tal-budget tagħhom tibda qabel l-1 ta' Marzu, tista' ssir eċċezzjoni għall-obligazzjoni biex ikun ffirmat il-ftehim ta' l-għotja fl-ewwel erba' xhur mill-bidu tas-sena tal-budget tal-benefiċjarji, kif mniżżel fl-Artikolu 112, fit-2 paragrafu tar-Regolament Finanzjarju. F'dan il-każ, il-ftehim ta' l-għotja għandu jkun iffirmat sa mhux iktar tard mit-30 ta' Ġunju 2004.

    3. IL-KRITERJI GĦALL-ASSESSJAR TA' L-APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-FONDI

    3.1. L-applikazzjonijiet għall-fondi għandhom ikunu assessjati skond:

    - il-konsistenza tagħhom ma' l-għanijiet tal-programm,

    - il-kwalità ta' l-attivitajiet ppjanati,

    - l-effett multipliku li jista' jkun hemm ta' dawn l-attivitajiet fuq iż-żgħażagħ,

    - L-impatt ġeografiku fl-attivitajiet li jsiru,

    - l-involviment taż-żgħażagħ fl-organizzazzjoni tal-korpi konċernati

    3.2. Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-applikanti l-opportunità biex jirranġaw l-iżbalji tal-format f'perjodu speċifiku wara d-dħul ta' l-applikazzjoni.

    4. IT-TRASPARENZA

    Kull benefiċjarju ta' għotja ppremjata taħt xi azzjoni ta' dan il-programm għandu jindika f'post prominenti, bħal pereżempju website jew rapport annwali, li jkun irċieva fondi mill-Unjoni Ewropea.

    5. L-AMMINISTRAZZJONI TAL-PROGRAMM

    Fid-dawl ta' l-analiżi ta' l-ispejjeż/profitt, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tafda x-xogħol kollu jew parti minnu ta' l-amministrazzjoni tal-programm lil aġenzija eżekuttiva, konformi ma' l-Artikolu 55 tar-Regolament Finanzjarju; tista' tirrikorri wkoll għand l-esperti u tidħol f'infiq ieħor fuq għajnuna teknika u amministrattiva, li ma tinvolvix l-eżerċizzju ta' l-awtorità pubblika, barra x-xogħol li ssoltu jsir minn kuntratti tas-servizz ad hoc. Tista' tiffinanzja wkoll studji u torganizza laqgħat ta' l-esperti li x'aktarx jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-programm, u tieħu r-responsabbiltà ta' l-informazzjoni, il-pubblikazzjoni u l-azzjonijiet ta' disseminazzjoni magħquda direttament ma' l-għan tal-programm.

    6. L-IĊĊEKKJAR U L-VERIFIKA

    6.1. Il-benefiċjarju ta' l-għotja ta' l-operat għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni d-dokumenti kollha ta' sostenn, li jinkludu r-rendikont finanzjarju verifikat, rigward l-infiq li sar matul is-sena ta' l-għotja, għall-perjodu ta' ħames snin wara l-aħħar pagament. Il-benefiċjarju ta' l-għotja għandu jażgura li, fejn applikabbli, id-dokumenti ta' sostenn li huma fil-pussess ta' sieħba jew membri għandhom ikunu disponibbli għall-Kumissjoni.

    6.2. Il-Kummissjoni jista' jkollha verifika ta' l-użu li sar mill-għotja magħmula jew direttament mill-impjegati tagħha jew minn korp ieħor barrani kwalifiat li tagħżlu hi. Din il-verifika tista' ssir sakemm idum il-ftehim u għal ħames snin mid-data tal-pagament tal-bilanċ. Meta approprjat, ir-riżultati tal-verifika jistgħu jwasslu għal deċiżjonijiet ta' irkuprar mill-Kummissjoni.

    6.3. L-impjegati tal-Kummissjoni u persunal barrani awtorizzati mill-Kummissjoni għandu jkollhom id-dritt għall-adeżjoni, partikolarment għall-uffiċċji tal-benefiċjarji u għall-informazzjoni kollha, li tinkludi informazzjoni f'format elettroniku, li hi bżonnjuża biex issir din il-verifika.

    6.4. Il-Qorti ta' l-Awdituri u l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi(OLAF) għandhom igawdu l-istess drittijiet, speċjalment ta' l-adeżjoni, bħal Kummissjoni.

    6.5. Sabiex ikunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u rregolaritajiet oħra, il-Kummissjoni tista' tagħmel iċċekkjar fuq il-post u spezzjonijiet taħt dan il-programm skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 [1]. Fejn hu neċessarju, għandhom isiru investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u dawn huma amministrati mir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2].

    6.6. Meta l-ebda regolament ma jkun speċifikat f'dan l-att bażiku, ir-Regolament Finanzjarju u r-regoli tiegħu ta' implimentazzjoni għandhom jgħoddu.

    [1] ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

    [2] ĠU L 136, 31.05.1999, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top