Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0756

    Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 4 ta' Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim li jġedded il-Ftehim għal koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika

    ĠU L 335, 11.11.2004, p. 5–6 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 91–92 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/756/oj

    Related international agreement

    32004D0756

    Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 4 ta' Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim li jġedded il-Ftehim għal koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika

    Official Journal L 335 , 11/11/2004 P. 0005 - 0006
    Official Journal L 153 , 07/06/2006 P. 0091 - 0092


    Deċiżjoni tal-Kunsill

    ta' l- 4 ta' Ottubru 2004

    dwar il-konklużjoni ta' Ftehim li jġedded il-Ftehim għal koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika

    (2004/756/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 170, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2), u l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 300(3),

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Billi:

    (1) Bid-Deċiżjoni tiegħu tat- 13 ta' Ottubru 1998 [2], il-Kunsill approva l-konklużjoni ta' Ftehim għat-tiġdid tal-Ftehim għal koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika.

    (2) L-Artikolu 12(b) tal-Ftehim jipprovdi kif ġej: "Dan il-Ftehim huwa konkluż għal perijodu inizjali ta' ħames snin. Suġġett għal reviżjoni mill-Partijiet fl-aħħar sena ta' kull perijodu suċċessiv, il-Ftehim jista' jiġi estiż b'emendi possibbli, wara dan għal perijodi addizzjonali ta' ħames snin bi ftehim reċiproku bil-miktub bejn il-Partijiet".

    (3) L-awtoritajiet ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika infurmaw lis-servizzi tal-Kummissjoni li jilqgħu bi pjaċir it-tiġdid tal-Ftehim imsemmi hawn fuq għal ħames snin oħra. Tiġdid malajr ikun għaldaqstant fl-aħjar interess taż-żewġ partijiet.

    (4) Il-kontenut materjali tal-Ftehim imġedded ser ikun l-istess bħall-kontenut materjali tal-Ftehim, li skada fit- 13 ta' Ottubru 2003;

    (5) Il-Ftehim li jġedded il-Ftehim għal koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika għandu jiġi approvat f'isem il-Komunità,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim li jġedded il-Ftehim għal koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika għal perijodu addizzjonali ta' ħames snin huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

    It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna li jkollha s-setgħa tiffirma l-Ftehim sabiex tesprimi l-kunsens tal-Komunità li tintrabat b'dan.

    Magħmul fi Brussel, nhar l- 4 ta' Ottubru 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. J. de Geus

    [1] Opinjoni mogħtija fis- 16 ta' Diċembru 2003 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    [2] ĠU L 284, 22.10.1998, p. 35.

    --------------------------------------------------

    Ftehim

    Li jġedded il-Ftehim għal koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA, (minn issa 'l quddiem "il-Komunità"),

    min-naħa l-waħda, u

    L-GVERN TA' L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA,

    min-naħa l-oħra,

    minn hawn 'il quddiem imsejjħa "l-Partijiet",

    WAQT LI JIKKUNSIDRAW l-importanza tax-xjenza u tat-teknoloġija għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħhom,

    BILLI JIRRIKONOXXU li l-Komunità u l-Istati Uniti ta' l-Amerika qed iwettqu attivitajiet ta' riċerka u teknoloġiċi f'numru ta' oqsma ta' interess komuni, u li l-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp ta' xulxin fuq bażi ta' reċiproċità ser tagħti benefiċċji reċiproċi,

    WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim għal koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika, li ġie ffirmat f'Washington fil- 5 ta' Diċembru 1997 u li ser jiskadi fit- 13 ta' Ottubru 2003,

    BILLI JIXTIEQU jtennu l-koperazzjoni tagħhom fix-xjenza u t-teknoloġija fil-qafas formali stabbilit mill-Ftehim,

    QABLU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim għal koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika, li ġie ffirmat f'Washington fil- 5 ta' Diċembru 1997 u li ser jiskadi fit- 13 ta' Ottubru 2003, huwa hawnhekk approvat għal perijodu addizzjonali ta' ħames snin.

    Artikolu 2

    Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet ikunu notifikaw lil xulxin li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu ġew kompletati.

    Artikolu 3

    Dan il-Ftehim huwa mfassal f'żewġ kopji fil-lingwa Daniż, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Olandiża, Portugiża, Spanjola, Svediża u Taljana, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

    Għall-Komunità Ewropea

    Għall-Gvern ta'

    l-Istati Uniti ta' l-Amerika

    --------------------------------------------------

    Top