This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0701
2004/701/EC, Euratom:Council Decision of 11 October 2004 amending the Council’s Rules of Procedure
Deċizjoni tal-Kunsill tal- 11 ta' Ottubru 2004 li temenda r-Regoli ta' Procedura tal-Kunsill
Deċizjoni tal-Kunsill tal- 11 ta' Ottubru 2004 li temenda r-Regoli ta' Procedura tal-Kunsill
ĠU L 319, 20.10.2004, p. 15–16
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 1–2
(MT)
In force
7.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1 |
DEĊIZJONI TAL-KUNSILL
tal-11 ta' Ottubru 2004
li temenda r-Regoli ta' Procedura tal-Kunsill
(2004/701/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 207(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Energija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 121(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 41 (1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Artikolu 12 ta' l-Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, r-Repubblika ta' l-Estonja, r-Repubblika ta' Ċipru, r-Repubblika tal-Latvja, r-Repubblika tal-Litwanja, r-Repubblika ta' l-Ungerija, r-Repubblika ta' Malta, r-Repubblika tal-Polonja, r-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hi mibnija l-Unjoni Ewropea (1),
Billi :
(1) |
L-Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, r-Repubblika ta' l-Estonja, r-Repubblika ta' Ċipru, r-Repubblika tal-Latvja, r-Repubblika tal-Litwanja, r-Repubblika ta' l-Ungerija, r-Repubblika ta' Malta, r-Repubblika tal-Polonja, r-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hi mibnija l-Unjoni Ewropea emenda, b'effett mill-1 ta' Novembru 2004, id-disposizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Energija Atomika u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' l-ippeżar ta' voti fil-Kunsill. |
(2) |
Skond l-Artikolu 205(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Artikolu 118(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' L-Energija Atomika, it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 23(2) u l-Artikolu 34(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat bl-Att ta' l-Adeżjoni msemmi hawn fuq, meta deċiżjoni għandha tiġi adottata mill-Kunsill b'maġġoranza kwalifikata, membru tal-Kunsill jista' jitlob li ssir verifika li l-Istati Membri li jiffurmaw il- maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 62 % tal-popolazzjoni totali ta' l-Unjoni. Jeħtieg li jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dawn id-disposizzjonijiet. |
(3) |
Biex isir dan, jeħtieg li tigi stabbilita, skond id-data mogħtija mill-Ufficju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, iċ-ċifra tal-popolazzjoni totali għal kull Stat Membru għal perijodu ta' sena u li jigi provdut aġġornament annwali ta' dawn iċ-ċifri. |
(4) |
Il-punt IV, A, tar-Rakkomandazzjonijiet għaċ-Ċensiment ta' Popolazzjoni u Djar ta' l-2000 fir-Reġjun tal-KEE, imħejjija b'mod konġunt mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Uffiċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, jiddefinixxi l-kunċett ta' popolazzjoni totali ta' Stat. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Ir-Regoli ta' Proċeduta tal-Kunsill tat-22 ta' Marzu 2004 (2004/338/CE, Euratom) (2) huwa emendat kif ġej:
1) |
Paragrafu 5 ġdid għandu jiġi miżjud ma' l-Artikolu 11:
|
2) |
Wara l-Anness II, jiddaħħal l-Anness li ġej: “ANNESS IIa REGOLI DETTALJATI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DISPOSIZZJONIJIET DWAR L-IPPEŻAR TAL-VOTI FIL-KUNSILL Artikolu 1 Għall-finijiet ta' l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 205(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Artikolu 118(4) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Energija Atomika, it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 23(2) u l-Artikolu 34(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-popolazzjoni totali ta' kull Stat Membru għall-perijodu mill-1 ta' Novembru 2004 sal-31 ta' Diċembru 2005 hija kif ġej:
Artikolu 2 1. Qabel l-1 ta' Settembru ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Ufficju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej id-data dwar il-popolazzjoni totali tagħhom kif kienet fl-1 ta' Jannar tas-sena attwali. 2. B'effett mill-1 ta' Jannar ta' kull sena, il-Kunsill għandu, skond id-data disponibbli lill-Ufficju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej fit-30 ta' Settembru tas-sena ta' qabel, jemenda ċ-ċifri stabbiliti fl-Artikolu 1. Din id-Deċizjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.” |
Artikolu 2
Din id-Deċizjoni għandha tieħu effett fil-jum li tkun ippubblikata fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta' Novembru 2004.
Magħmula fil-Lussemburgu, nhar il-11 ta' Ottubru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
B. R. BOT
(1) ĠU L 236 ta' 23.9.2003, p. 33.
(2) ĠU L 106 tal-15.4.2004, p. 22.