EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0666

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta' Settembru 2004 biex jiddaħħal tilqim biex issaħħaħ il-miżuri biex ikunu kkontrollati infezzjonijiet li jkollhom influwenza ta' l-għasafar b'patoġeniċità baxxa fl-Italja, u dwar miżuri speċifiċi ta' kontroll ta' moviment, u li tirrevoka id-Deċiżjoni 2002/975/KE (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3581) Test b'relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 303, 30.9.2004, p. 35–44 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 267M, 12.10.2005, p. 163–172 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005; Imħassar b' 32005D0926

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/666/oj

12.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

163


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' Settembru 2004

biex jiddaħħal tilqim biex issaħħaħ il-miżuri biex ikunu kkontrollati infezzjonijiet li jkollhom influwenza ta' l-għasafar b'patoġeniċità baxxa fl-Italja, u dwar miżuri speċifiċi ta' kontroll ta' moviment, u li tirrevoka id-Deċiżjoni 2002/975/KE

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3581)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/666/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar il-verifiki veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb li jitkompla s-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-verifiki veterinarji u żootekniċi li jgħoddu għall-kummerċ intra-Komunitaju f'ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb li jitkompla s-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 (4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/40/KEE tad-19 ta' Mejju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għall-kontroll ta' l-influwenza ta' l-għasafar (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE li twaqqaf ir-regoli tas-saħħa ta' l-annimali li jikkontrollaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, il-firxa u l-introduzzjoni ta' prodotti li ġejjin mill-annimali għall-użu mill-bniedem (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 (3) tagħha,

Billi:

(1)

F'Ottubru 2002, l-Italja rrappurtat lill-Kummissjoni li f'dan il-pajjiż kien hemm infezzjonijiet ikkawżati bil-virus ta' l-influwenza ta' l-għasafar b'patoġeniċità baxxa, u dan kien tas-sotto-tip H7N3. Dawn seħħew fir-reġjuni tal-Veneto u l-Lombardija u din il-marda kienet qed tinfirex malajr.

(2)

L-Italja ħadet azzjoni mill-ewwel, inkluż il-qerda ta' qatgħat ta' tjur infettati biex tkun ikkontrollata l-firxa ta' l-infezzjoni. Bħala miżura supplementari l-awtoritajiet Taljani talbu wkoll l-approvazzjoni għal programm ta' tilqim kontra l-influwenza ta' l-għasafar għal mill-inqas 18-il xahar biex din l-infezzjoni ma tkomplix tinfirex aktar.

(3)

Il-programm ta' tilqim kien ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/975/KE tat-12 ta' Diċembru 2002 li tintroduċi t-tilqim biex ikunu megħjuna l-miżuri ħalli jkunu kkontrollati l-infezzjonijiet ta' influwenza ta' l-għasafar b'patoġeniċità baxxa fl-Italja u fuq il-miżuri speċifiċi ta' kontroll tal-moviment (5), u li twaqqaf ir-regoli dwar it-tilqim kontra l-influwenza ta' l-għasafar f'żona ġeografika definita. Id-Deċiżjoni tinkludi miżuri speċfiċi ta' kontroll bħalma huma r-restrizzjonijiet fuq il-moviment ta' tjur ħajjin, bajd tat-tifqis u għall-ikel għall-kummerċ intra-Komunitarju.

(4)

Ir-riżultati tal-programm ta' tilqim li ġew irrappurtati f'diversi laqgħat tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali kienu ġeneralment tajbin dwar il-kontroll tal-marda fiż-żona tal-vaċċinazzjoni. Madankollu, l-infezzjoni nfirxet lejn ċerti nħawi ħdejn iż-żona tal-vaċċinazzjoni stabbilita. Għalhekk, id-Deċiżjoni 2002/975/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni 2003/436/KE (6) wessgħet iż-żona ta' vaċċinazzjoni biex tkopri dawk l-inħawi tal-viċin.

(5)

Mill-aħħar ta' Settembru 2003, ma kien hemm l-ebda ċirkulazzjoni oħra tal-virus tas-sotto-tip H7N3 ta' l-influwenza ta' l-għasafar matul il-monitoraġġ estensiv li sar fiż-żona tal-vaċċinazzjoni. Għalhekk, l-Italja talbet biex iddaħħal ċertu tibdil fil-programm ta' tilqim u fir-restrizzjonijiet tal-kummerċ intra-Komunitarju. Għalhekk, id-Deċiżjoni 2002/975/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni 2004/159/KE (7), approvat dawk il-bidliet u r-restrizzjonijiet.

(6)

Fi Frar 2004, mikrobu ta' l-influwenza ta' l-għasafar b'patoġeniċità baxxa tas-sotto-tip H5N3 kien ġie iżolat f'qatgħa waħda ta' papri fir-reġjun tal-Lombardija fiż-żona tal-vaċċinazzjoni. Għalkemm l-istħarriġ epidemjologiku ma wriex li l-infezzjoni nfirxet, ir-riskju li tiddaħħal l-influwenza ta' l-għasafar tas-sotto-tip H5 qiegħed hemm. Bħalissa, la t-tjur mlaqqma kontra s-sotto-tip H7 fil-qafas tal-kampanja ta' tilqim li hemm bħalissa u lanqas il-popolazzjoni tat-tjur li mhumiex imlaqqma m'huma protetti kontra mard li jista' jkun ikkawżat bl-influwenza ta' l-għasafar tas-sotto-tip H5. Għalhekk, l-Italja talbet biex temenda l-programm tat-tilqim li għandha bħalissa biex tawtorizza t-tilqim ta' tjur fiż-żona tal-vaċċinazzjoni stabbilita bl-użu ta' vaċċin bivalenti li joffri ħarsien kontra l-infezzjoni mill-mikrobu ta' l-influwenza ta' l-għasafar tas-sotto-tipi H7 u H5, u biex din twettaq dan it-tip ta' tilqim sa mill-inqas il-31 ta' Diċembru 2005.

(7)

Minħabba li d-Deċiżjoni 2002/975/KE kienet ġiet emendata darbtejn, għal raġunijiet ta' ċarezza fil-leġislazzjoni tal-Komunità, ikun xieraq li dik id-Deċiżjoni titħassar u tinbidel b'din id-Deċiżjoni.

(8)

Il-miżuri li hemm f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinijoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-programm emendat ta' vaċċinazzjoni kontra l-influwenza ta' l-għasafar, ippreżentat mill-Italja lill-Kummissjoni, huwa approvat u se jitwettaq fiż-żona tal-vaċċinazzjoni deskritta fl-Anness I.

2.   Fiż-żona tal-vaċċinazzjoni deskritta fl-Anness I u fiż-żona li tmiss magħha li hija deskritta fl-Anness II għandu jkun hemm monitoraġġ intensiv u sorveljanza kif stabbilit fil-programm ta' tilqim msemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 2

Ir-restrizzjonijiet fuq il-movimenti ta' tjur ħajjin, bajd tat-tifqis u ta' laħam frisk tat-tjur lejn, barra mill- u fiż-żona deskritta fl-Anness I għandhom jgħoddu kif stabbilit fil-programm ta' tilqim imsemmi fl-Artikolu 1 u fl-artikoli ta' wara.

Artikolu 3

L-ebda tjur ħajjin u bajd tat-tifqis li jkunu ġejjin mill- u/jew li jkunu ġejjin mill-irziezet tat-tjur miż-żona deskritta fl-Anness I m'għandhom joħorġu mill-Italja.

Artikolu 4

Iċ-ċertifikati tas-saħħa ta' l-annimali li jkunu flimkien mal-kunsinni ta' tjur ħajjin u bajd tat-tifqis mill-Italja għandhom jinkludu dan il-kliem: “Il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimal ta' din il-kunsinna jaqblu mad-Deċiżjoni 2004/666/KE”.

Artikolu 5

1.   Il-laħam frisk tat-tjur għandu jkun immarkat skond l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE u m'għandux joħroġ mill-Italja jekk dan ikun ġej minn:

a)

tjur imlaqqma kontra l-influwenza ta' l-għasafar.

b)

tjur minn qatgħat li jkunu sero-pożittivi għall-influwenza ta' l-għasafar u li jkunu maħsuba għall-qatla taħt kontroll uffiċjali skond il-programm tat-tilqim imsemmi fl-Artikolu 1.

ċ) tjur li jkunu ġejjin minn irziezet li jinsabu f'żona ta' restrizzjoni stabbilita skond id-dispożizzjonijiet imwaqqfa fil-programm tat-tilqim imsemmi fl-Artikolu 1.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1(a) il-laħam frisk li jkun ġej minn dundjani jew tiġieġ li jkunu tlaqqmu kontra l-influwenza ta' l-għasafar b'vaċċin eterologu tas-sotto-tip (H7N1) u (H5N9), m'għandux jiġi mmarkat skond l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE u jista' jintbagħat lejn Stati Membri oħra, sakemm dak il-laħam ikun ġej minn dundjani u tiġieġ li:

i)

jkunu ġejjin minn qatgħat li jkunu ġew spezzjonati u ttestjati regolarment b'riżultati negattivi għall-influwenza ta' l-għasafar, kif stabbilit fil-programm approvat ta' tilqim, fejn għandha tingħata attenzjoni speċjali lejn għasafar sentinelli.

Għall-ittestjar ta':

għasafar imlaqqma, għandu jintuża it-test iIFA,

għasafar sentinelli, għandhom jintużaw jew it-Test Haemagglutination-Inhibition (HI), it-test AGID jew it-test ELISA. Madankollu, it-test iIFA għandu jintuża wkoll jekk ikun meħtieġ;

ii)

jkunu ġejjin minn qatgħat li ġew spezzjonati klinikament minn veterinarju uffiċjali fi żmien 48 siegħa qabel it-tagħbija, fejn għandha tingħata attenzjoni speċjali lejn għasafar sentinelli;

iii)

jkunu ġejjin minn qatgħat li jkunu ġew ittestjati seroloġikament b'riżultati negattivi fil-Laboratorju Nazzjonali għall-infulwenza ta' l-għasafar, billi tintuża l-proċedura ta' teħid ta' kampjuni u ttestjar stabbilita fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni;

iv)

għandhom jintbagħtu direttament lejn il-biċċerija magħżula mill-awtorità kompetenti u għandhom jinqatlu minnufih wara l-wasla. L-għasafar għandhom jinżammu separati minn qatgħat oħra li ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet preżenti.

3.   Il-laħam frisk tad-dundjani u t-tiġieġ li jkun jilħaq il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 għandu jkun akkumpanjat biċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fl-Anness VI għad-Direttiva 71/118/KEE (8), li taħt il-punt IV (a) tiegħu, għandu jinkludi fih id-dikjarazzjoni li ġejja ta' l-uffiċjal veterinarju:

“Il-laħam tad-dundjan/tiġieġ (*) deskritt fuq huwa skond id-Deċiżjoni 2004/666/KE”.

Artikolu 6

L-Italja għandha tiżgura li fiż-żona ta' vaċċinazzjoni deskritta fl-Anness I:

a)

materjal ta' ppakkjar li jintrema wara li jintuża jew materjal ta' ppakkjar li jkun jista' jinħasel u jiġi diżinfettat b'mod effettiv biss jista' jintuża għall-ġbir, il-ħażna u l-ġarr ta' bajd għall-ikel;

b)

il-mezzi kollha ta' ġarr li jintużaw għat-trasport ta' tjur ħajjin, bajd tat-tifqis, laħam frisk tat-tjur, bajd għall-ikel u prodotti ta' l-ikel li jiġu mit-tjur jitnaddfu u jkunu diżinfettati immedjatament qabel u wara kull ġarr, b'diżinfettanti u metodi ta' użu li jkunu approvati mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 7

1.   L-Italja għandha tavża lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar id-data tal-bidu tal-programm ta' tilqim bil-vaċċin bivalenti, mill-inqas b'jum bil-quddiem.

2.   Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 2 sa 6 għandhom ikunu infurzati mid-data tal-bidu tat-tilqim.

Artikolu 8

1.   L-Italja għandha, f'intervalli ta' sitt xhur, tippreżenta rapport lill-Kummissjoni li jkun fih tagħrif fuq l-effettività tal-programm tat-tilqim imsemmi fl-Artikolu 1.

2.   Din id-Deċiżjoni, u l-aktar il-perjodu ta' żmien li matulu r-restrizzjonijiet tal-moviment li hemm fl-Artikoli 2 sa 6 għandhom ikomplu jgħoddu wara t-tkomplija tal-programm tat-tilqim, għandha tiġi riveduta kif xieraq.

Artikolu 9

Id-Deċiżjoni 2002/975/KE tiġi revokata.

Artikolu 10

Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta' Ottubru 2004.

Artikolu 11

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fid-29 ta' Settembru 2004.

Għall-Kummissjoni

David BYRNE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 157, tat-30.4.2004, p. 33).

(2)  ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE (ĠU L 315, tad-19.11.2002, p. 14).

(3)  ĠU L 167, tat-22.6.1992, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

(4)  ĠU L 18, tat-23.1.2003, p. 11.

(5)  ĠU L 337, tat-13.12.2002, p. 87. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/159/KE (ĠU L 50, ta' l-20.2.2004, p. 63).

(6)  ĠU L 149, tas-17.6.2003, p. 33.

(7)  ĠU L 50, ta' l-20.2.2004, p. 63.

(8)  ĠU L 55, tat-8.3.1971, p. 23. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (ĠU L 157, it-30.4.2004, p. 33.).


ANNESS I

ŻONA TA' VAĊĊINAZZJONI

Ir-Reġjun tal-Veneto

Il-Provinċja ta' Verona

ALBAREDO D'ADIGE

 

ANGIARI

 

ARCOLE

 

BELFIORE

 

BONAVIGO

 

BOVOLONE

 

BUTTAPIETRA

 

CALDIERO

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

CASALEONE

 

CASTEL D'AZZANO

 

CASTELNUOVO DEL GARDA

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

CEREA

 

COLOGNA VENETA

 

COLOGNOLA AI COLLI

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

CONCAMARISE

 

ERBE'

 

GAZZO VERONESE

 

ISOLA DELLA SCALA

 

ISOLA RIZZA

 

LAVAGNO

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

MINERBE

 

MONTEFORTE D'ALPONE

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

MOZZECANE

 

NOGARA

 

NOGAROLE ROCCA

 

OPPEANO

 

PALU'

 

PESCHIERA DEL GARDA

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

POVEGLIANO VERONESE

 

PRESSANA

 

RONCO ALL'ADIGE

 

ROVERCHIARA

 

ROVEREDO DI GUA'

 

SALIZZOLE

 

SAN BONIFACIO

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

SAN GIOVANNI LUPATOTO

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

SANGUINETTO

 

SAN MARTINO BUON ALBERGO

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

SAN PIETRO DI MORUBIO

 

SOAVE

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

SOMMACAMPAGNA

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

SONA

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

SORGA'

 

TREVENZUOLO

 

VALEGGIO SUL MINCIO

 

VERONA

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

VERONELLA

 

VIGASIO

 

VILLAFRANCA DI VERONA

 

ZEVIO

 

ZIMELLA

 

Ir-Reġjun tal-Lombardija

Il-Provinċja ta' Brescia

ACQUAFREDDA

 

ALFIANELLO

 

BAGNOLO MELLA

 

BASSANO BRESCIANO

 

BORGOSATOLLO

 

BRESCIA

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

CALCINATO

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

CALVISANO

 

CAPRIANO DEL COLLE

 

CARPENEDOLO

 

CASTENEDOLO

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

CIGOLE

 

DELLO

 

DESENZANO DEL GARDA

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

FIESSE

 

FLERO

 

GAMBARA

 

GHEDI

 

GOTTOLENGO

 

ISORELLA

 

LENO

 

LONATO

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

MANERBIO

 

MILZANO

 

MONTICHIARI

 

MONTIRONE

 

OFFLAGA

 

PAVONE DEL MELLA

 

PONCARALE

 

PONTEVICO

 

POZZOLENGO

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

PRALBOINO

 

QUINZANO D'OGLIO

 

REMEDELLO

 

REZZATO

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

SAN GERVASIO BRESCIANO

 

SAN ZENO NAVIGLIO

 

SENIGA

 

VEROLANUOVA

 

VEROLAVECCHIA

 

VISANO

 

Il-Provinċja ta' Mantova

CASTIGLIONE DELLE STIVIERE

 

CAVRIANA

 

CERESARA

 

GOITO

 

GUIDIZZOLO

 

MARMIROLO

 

MEDOLE

 

MONZAMBANO

 

PONTI SUL MINCIO

 

ROVERBELLA

 

SOLFERINO

 

VOLTA MANTOVANA

 


ANNESS II

ŻONA LI TMISS MA' DIK TAL-VAĊĊINAZZJONI FEJN QED IKUN HEMM MONITORAĠĠ ESTENSIV

Ir-Reġjun tal-Lombardija

Il-Provinċja ta' Bergamo

ANTEGNATE

 

BAGNATICA

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

BARBATA

 

BARIANO

 

BOLGARE

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

CALCINATE

 

CALCIO

 

CASTELLI CALEPIO

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

CAVERNAGO

 

CIVIDATE AL PIANO

 

COLOGNO AL SERIO

 

CORTENUOVA

 

COSTA DI MEZZATE

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

COVO

 

FARA OLIVANA CON SOLA

 

FONTANELLA

 

GHISALBA

 

GRUMELLO DEL MONTE

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

ISSO

 

MARTINENGO

 

MORENGO

 

MORNICO AL SERIO

 

PAGAZZANO

 

PALOSCO

 

PUMENENGO

 

ROMANO DI LOMBARDIA

 

SERIATE

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

TELGATE

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

TORRE PALLAVICINA

 

Il-Provinċja ta' Brescia

AZZANO MELLA

 

BARBARIGA

 

BASSANO BRESCIANO

 

BERLINGO

 

BORGO SAN GIACOMO

 

BRANDICO

 

CASTEGNATO

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

CASTEL MELLA

 

CASTELCOVATI

 

CASTREZZATO

 

CAZZAGO SAN MARTINO

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

CHIARI

 

COCCAGLIO

 

COLOGNE

 

COMEZZANO-CIZZAGO

 

CORZANO

 

ERBUSCO

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

LOGRATO

 

LONGHENA

 

MACLODIO

 

MAIRANO

 

ORZINUOVI

 

ORZIVECCHI

 

OSPITALETTO

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

PALAZZOLO SULL'OGLIO

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

POMPIANO

 

PONTOGLIO

 

ROCCAFRANCA

 

RONCADELLE

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

ROVATO

żona lejn in-naħa t'isfel ta' l-awtostrada A4

RUDIANO

 

SAN PAOLO

 

TORBOLE CASAGLIA

 

TRAVAGLIATO

 

TRENZANO

 

URAGO D'OGLIO

 

VILLACHIARA

 

Il-Provinċja ta' Cremona

CAMISANO

 

CASALE CREMASCO -VIDOLASCO

 

CASALETTO DI SOPRA

 

CASTEL GABBIANO

 

SONCINO

 

Il-Provinċja ta' Mantova

ACQUANEGRA SUL CHIESE

 

ASOLA

 

BIGARELLO

 

CANNETO SULL'OGLIO

 

CASALMORO

 

CASALOLDO

 

CASALROMANO

 

CASTEL D'ARIO

 

CASTEL GOFFREDO

 

CASTELBELFORTE

 

GAZOLDO DEGLI IPPOLITI

 

MARIANA MANTOVANA

 

PIUBEGA

 

PORTO MANTOVANO

 

REDONDESCO

 

RODIGO

 

RONCOFERRARO

 

SAN GIORGIO DI MANTOVA

 

VILLIMPENTA

 

Ir-Reġjun tal-Veneto

Il-Provinċja ta' Padova

CARCERI

 

CASALE DI SCODOSIA

 

ESTE

 

LOZZO ATESTINO

 

MEGLIADINO SAN FIDENZIO

 

MEGLIADINO SAN VITALE

 

MONTAGNANA

 

OSPEDALETTO EUGANEO

 

PONSO

 

SALETTO

 

SANTA MARGHERITA D'ADIGE

 

URBANA

 

Il-Provinċja ta' Verona

BEVILACQUA

 

BOSCHI SANT'ANNA

 

BUSSOLENGO

 

PESCANTINA

 

SOMMACAMPAGNA

żona lejn in-naħa ta' fuq ta' l-awtostrada A4

SONA

żona lejn in-naħa ta' fuq ta' l-awtostrada A4

Il-Provinċja ta' Vicenza

AGUGLIARO

 

ALBETTONE

 

ALONTE

 

ASIGLIANO VENETO

 

BARBARANO VICENTINO

 

CAMPIGLIA DEI BERICI

 

CASTEGNERO

 

LONIGO

 

MONTEGALDA

 

MONTEGALDELLA

 

MOSSANO

 

NANTO

 

NOVENTA VICENTINA

 

ORGIANO

 

POIANA MAGGIORE

 

SAN GERMANO DEI BERICI

 

SOSSANO

 

VILLAGA

 


ANNESS III

PROĊEDURA TA' KIF JITTIEĦDU L-KAMPJUNI U JSIRU L-PROVI

1.   Introduzzjoni u użu ġenerali

L-analiżi indiretta żviluppata ta' l-Immunoflorexxenza (it-test iIFA) hija mmirata lejn id-divrenzjar bejn dundjani u tiġieġ imlaqqma/infettati u mlaqqma/mhux infettati fil-qafas ta' l-istrateġija tal-vaċċinazzjoni “DIVA” (Id-Divrenzjar bejn Annimali Infettati u Mlaqqma), billi jintuża vaċċin ta' sotto-tip eterologu mis-sotto-tip tal-virus tal-marda.

2.   L-użu tat-test biex ikun jista' jintbagħat laħam frisk tad-dundjani u t-tiġieġ miż-żona ta' vaċċinazzjoni fl-Italja lejn Stati Membri oħra

Il-laħam li jkun ġej minn qatgħat ta' dundjani u tiġieġ li jkunu tlaqqmu kontra l-influwenza ta' l-għasafar jista' jintbagħat lejn Stati Membri oħra sakemm, fejn it-tjur ikunu qed jinżammu f'bini wieħed, ikunu ttieħdu kampjuni tad-demm mill-veterinarju uffiċjali fi żmien sebat ijiem qabel il-qatla minn mill-inqas 10 dundjani jew tiġieġ imlaqqma li jkunu maħsuba għall-qatla. Madankollu, fejn it-tjur ikunu qed jinżammu f'aktar minn grupp wieħed jew kamra waħda, għandu jittieħed kampjun minn mill-inqas 20 tajra mlaqqma li jintgħażlu bl-addoċċ mill-gruppi jew mill-kmamar kollha li jkun hemm fir-razzett.


Top