This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0625
2004/625/EC: Commission Decision of 26 August 2004 amending Decision 2003/526/EC as regards the termination of the classical swine fever control measures applied in Saarland, Germany and the enlargement of the area of Slovakia where the classical swine fever control measures apply (Notified under document number C(2004) 3241)(Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta' Awwissu 2004 li temenda d-Deċiżjoni 2003/526/KE fir-rigward tat-tmiem tal-miżuri ta' kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer applikati f'Saarland, il-Ġermanja u t-tkabbir taż-żona fis-Slovakkja fejn japplikaw il-miżuri ta' kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3241) Test b'relevanza għaż-ŻEE.
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta' Awwissu 2004 li temenda d-Deċiżjoni 2003/526/KE fir-rigward tat-tmiem tal-miżuri ta' kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer applikati f'Saarland, il-Ġermanja u t-tkabbir taż-żona fis-Slovakkja fejn japplikaw il-miżuri ta' kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3241) Test b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 280, 31.8.2004, p. 36–36
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 267M, 12.10.2005, p. 111–111
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Impliċitament imħassar minn 32006D0805
12.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
111 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta' Awwissu 2004
li temenda d-Deċiżjoni 2003/526/KE fir-rigward tat-tmiem tal-miżuri ta' kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer applikati f'Saarland, il-Ġermanja u t-tkabbir taż-żona fis-Slovakkja fejn japplikaw il-miżuri ta' kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer
(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3241)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2004/625/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tikkonċerna l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju għal ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-għan li jitlesta s-suq intern (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Bħala tweġiba għad-deni klassiku tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri, il-Kummissjoni adottat inter alia d-Deċiżjoni 2003/526/KEE tat-18 ta' Lulju 2003 li tikkonċerna l-miżuri ta' protezzjoni relatati mad-deni klassiku tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri (2) li wettqu ċerti miżuri addizzjonali ta' kontroll tad-deni. |
(2) |
Is-sitwazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer f'Saarland, il-Ġermanja, tjiebet ħafna. Għaldaqstant il-miżuri adottati bid-Deċiżjoni 2003/526/KE fir-rigward ta' Saarland m'għandhomx japplikaw iktar. |
(3) |
Fis-Slovakkja, reċentement ġie skopert każ ta' deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi tad-Distrett ta' Lučeneċ, li preċedentement ma kellux x'jaqsam ma' din il-marda. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2003/526/KE għandha għalhekk tkun emendata skond dan. |
(5) |
Il-miżuri msemmija f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2003/526/KE huwa emendat kif ġej:
a) |
f'parti I, punt 1. Ġermanja, il-paragrafu Ċ. Saarland huwa mħassar; |
b) |
it-test tal-parti II huwa mibdul bit-test li ġej: “Żoni tas-Slovakkja msemmija f'Artikoli 2, 3, 5, 7 u 8: Id-Distrett ta' Tqassim Veterinarju u ta' l-Ikel (DVFA) ta' Trnava (li jinkludi d-distretti ta' Piešťany, Hlohoveċ u Trnava); Leviċe (li jinkludi d-distrett ta' Leviċe); Nitra (li jinkludi d-distretti ta' Nitra u Zlaté Moravċe); Topoľčany (li jinkludi d-distrett ta' Topoľčany); Nové Mesto nad Váhom (li jinkludi d-distrett ta' Nové Mesto nad Váhom); Trenčín (li jinkludi d-distretti ta' Trenčín u Bánovċe nad Bebravou) Prievidza (li jinkludi d-distretti ta' Prievidza u Partizánske); Púċhov (li jinkludi d-distretti ta' Púċhov u Ilava); Žiar nad Hronom (li jinkludi d-distretti ta' Žiar nad Hronom, Žarnoviċa u Banská Štiavniċa); Zvolen (li jinkludi d-distretti ta' Zvolen u Detva); Banská Bystriċa (li jinkludi d-distretti ta' Banská Bystriċa u Brezno); Lučeneċ (li jinkludi d-distretti ta' Lučeneċ u Poltár).” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, fis-26 ta' Awwissu 2004.
Għall-Kummissjoni
David BYRNE
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, tad-19.11.2002, p. 14.).
(2) ĠU L 183, tat-22.7.2003, p. 46. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/375/KE (ĠU L 118, tat-23.4.2004, p. 72.).