Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0617

2004/617/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 11 ta’ Awwissu 2004 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Indja skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar il-modifika ta' konċessjonijiet fir-rigward tar-ross previsti fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT 1994

ĠU L 279, 28.8.2004, p. 17–18 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 27–28 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 21/06/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/617/oj

Related international agreement

31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L NaN/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Awwissu 2004

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Indja skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar il-modifika ta' konċessjonijiet fir-rigward tar-ross previsti fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT 1994

(2004/617/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati taħt l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 bil-ħsieb li jiġu mmodifikati ċerti konċessjonijiet għar-ross. Għaldaqstant, il-Kommunità nnotifikat lid-WTO fit-2 ta' Lulju 2003 bl-intenzjoni tagħha li timmodifika ċerti konċessjonijiet fl-Iskeda CXL tal-KE.

(2)

In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tat-Trattat u fil-qafas tad-direttivi ta' negozjar maħruġa mill-Kunsill.

(3)

Il-Kummissjoni nnegozjat ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika, li għandha interess prinċipali fil-forniment tal-prodotti tal-kodiċi HS 1006 20 (ross bla ħliefa) u interess sostanzjali fil-forniment tal-prodotti tal-kodiċi HS 1006 30 (ross mitħun), it-Tajlandja, li għandha interess prinċipali fil-forniment tal-prodotti tal-kodiċi HS 1006 30 (ross mitħun) u interess sostanzjali fil-forniment tal-prodotti tal-kodiċi HS 1006 20 (ross bla ħliefa) u l-Indja u l-Pakistan, li t-tnejn għandhom interess sostanzjali fil-forniment tal-prodotti tal-kodiċi HS 1006 20 (ross bla ħliefa).

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-Ftehim ikun jista' jiġi applikat bis-sħiħ sa l-1 ta' Settembru 2004 u sakemm jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1), il-Kummissjoni għandha tiġi awtorizzata tadotta derogi temporanji minn dak ir-Regolament.

(5)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni (2).

(6)

Il-Kummissjoni nnegozjat b'suċċess Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Indja. Għalhekk, il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDECIEDA KIF GEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Indja skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar il-modifika ta' konċessjonijiet fir-rigward tar-ross previsti fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT 1994 huwa b'dan approvata f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Sa fejn ikun meħtieġ biex tippermetti l-applikazzjoni sħiħa ta' dan il-Ftehim sa l-1 ta' Settembru 2004, il-Kummissjoni tista' tidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1785/2003, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3(2) ta' din id-Deċiżjoni, sakemm dak ir-Regolament jiġi emendat iżda mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2005.

Artikolu 3

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta' Tmexxija għaċ-Ċereali stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (3).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu previst fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

Artikolu 4

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna(i) bis-setgħa li t(j)iffirma(w) il-Ftehim sabiex tintrabat il-Komunità (4).

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Awwissu 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

B. BOT


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96.

(2)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(3)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.


FTEHIM FIL-FORMA TA’ SKAMBJU TA’ ITTRI BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-INDJA

skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar il-modifika ta' konċessjonijiet fir-rigward tar-ross previsti fl-iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT 1994

Sinjur,

B'segwitu għan-negozjati bejn il-Komunità Ewropea (KE) u l-Indja taħt l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 għall-modifika ta' konċessjonijiet fir-rigward tar-ross previsti fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994), il-KE taqbel mal-konklużjoniet kif deskritti hawn taħt.

Reġim ta' Importazzjoni finali

Ir-rata tariffarja għar-ross bla ħliefa (kodiċi NM 1006 20) għandha tkun ta' EUR 65/tunnellata.

Fir-rigward tar-reġim ta' importazzjoni tar-ross bla ħliefa (kodiċi NM 1006 20 17 u 1006 20 98) tal-varjetajiet Basmati 370, Basmati 386, Tip-3 (Dehradun), Taraori Basmati (HBC-19), Basmati 217, Ranbir Basmati, Pusa Basmati u Super Basmati, ir-rata konsolidata speċifika ta' dazju tal-KE għandha tkun żero. Għal dak il-għan:

għandha tinħoloq sistema Komunitarja ta' kontroll fil-fruntiera bbażata fuq l-analiżi tad-DNA; L-Indja għandha tikkoopera b'mod attiv mal-KE biex tistabbilixxi tali sistema ta' kontroll u l-KE għandha tipprovdi l-assistenza teknika xierqa f'din il-materja,

huwa mifhum li r-ross Basmati tal-varjetajiet deskritti hawn fuq huwa prodott f'ċerti zoni ġeografiċi u li l-Indja ser tipproteġi r-ross Basmati bħala indikazzjoni ġeografika. Il-KE tilqa' applikazzjoni għall-protezzjoni bħala indikazzjoni ġeografika tar-ross Basmati taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini għal prodotti u oġġetti ta' l-ikel agrikoli (1). Il-KE għandha tipproċessa kwalunkwe tali applikazzjoni kemm jista’ jkun malajr. Il-KE għandha tipprovdi kwalunkwe assistenza teknika meħtieġa f'din il-materja.

Arranġament Transitorju

Mill-1 ta' Settembru 2004 u sad-data tad-dħul fis-seħħ tas-sistema Komunitarja ta' kontroll imsemmija hawn fuq, il-KE għandha tistabbilixxi reġim transitorju fir-rigward tar-ross bla ħliefa (Kodiċi NM 1006 20 17 u 1006 20 98) tal-varjetajiet deskritti hawn fuq ibbażat fuq l-elementi li ġejjin.

Ir-rata ta' dazju applikata awtonoma tal-KE għandha tkun żero. Madankollu, jekk iseħħ disturb fis-suq, il-KE tikkonsulta ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Indja biex jintlaħaq ftehim dwar soluzzjoni xierqa. Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim, il-KE tirriżerva d-dritt li terġa' lura għar-rata konsolidata ta' dazju ta' EUR 65/t għar-ross bla ħliefa (Kodiċi NM 1006 20).

In ġenerali

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

il-KE għandha tistabbilixxi linji tariffarji separati għar-ross Basmati tal-varjetajiet indikati fil-ftehim ma' l-Indja u l-Pakistan,

l-awtoritajiet kompetenti Indjani għandhom ikomplu joħorġu ċ-ċertifikati ta' awtentiċità qabel il-ħruġ ta' liċenzji ta' importazzjoni, li jfisser li s-sistema attwali ta' amministrazzjoni taċ-ċertifikati ta' awtentiċità għandha tinżamm.

Il-KE tirrikonoxxi li l-Indja għandha drittijiet ta' negozjar inizjali fir-rigward tal-konċessjonijiet speċifikati fl-ittra preżenti.

Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat mill-Partijiet skond il-proċeduri tagħhom stess.

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom ikunu applikabbli mill-1 ta' Settembru 2004.

Inkunlek grat jekk tista' tikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħek ma' dan ta' hawn fuq.

Nitolbok taċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla stima tiegħi.

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles, den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Done at Brussels,

Fait à Bruxelles, le

Fatto a Bruxelles, addì

Briselÿ,

Priimta Briuselyje,

Kelt Brüsszelben,

Magÿmula fi Brussel,

Gedaan te Brussel,

Sporzÿdzono w Brukseli, dnia

Feito em Bruxelas,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

Image

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenstvί

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Γιατην Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Za Európske spoločenstvo

za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

F'isem il-Komunità Ewropea

Image

Sinjur,

Għandi l-unur nikkonferma li rċevejt l-ittra tiegħek tal-lum li tgħid:

“B'segwitu għan-negozjati bejn il-Komunità Ewropea (KE) u l-Indja taħt l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 għall-modifika ta' konċessjonijiet fir-rigward tar-ross previsti fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994), il-KE taqbel mal-konklużjonijiet kif deskritti hawn taħt.

Reġim ta' Importazzjoni finali

Ir-rata tariffarja għar-ross bla ħliefa (Kodiċi NM 1006 20) għandha tkun ta' EUR 65/tunnellata.

Fir-rigward tar-reġim ta' importazzjoni tar-ross bla ħliefa (Kodiċi NM 1006 20 17 u 1006 20 98) tal-varjetajiet Basmati 370, Basmati 386, Tip-3 (Dehradun), Taraori Basmati (HBC-19), Basmati 217, Ranbir Basmati, Pusa Basmati u Super Basmati, ir-rata konsolidata speċifika ta' dazju tal-KE għandha tkun żero. Għal dak il-għan:

għandha tinħoloq sistema Komunitarja ta' kontroll fil-fruntiera bbażata fuq l-analiżi tad-DNA; L-Indja għandha tikkoopera b'mod attiv mal-KE biex tistabbilixxi tali sistema ta' kontroll u l-KE għandha tipprovdi l-assistenza teknika xierqa f'din il-materja,

huwa mifhum li r-ross Basmati tal-varjetajiet deskritti hawn fuq huwa prodott f'ċerti zoni ġeografiċi u li l-Indja ser tipproteġi r-ross Basmati bħala indikazzjoni ġeografika. Il-KE tilqa' applikazzjoni għall-protezzjoni bħala indikazzjoni ġeografika tar-ross Basmati taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini għal prodotti u oġġetti ta' l-ikel agrikoli (2). Il-KE għandha tipproċessa kwalunkwe tali applikazzjoni kemm jista’ jkun malajr. Il-KE għandha tipprovdi kwalunkwe assistenza teknika meħtieġa f'din il-materja.

Arranġament Transitorju

Mill-1 ta' Settembru 2004 u sad-data tad-dħul fis-seħħ tas-sistema ta' kontroll tal-Komunità msemmija hawn fuq, il-KE għandha tistabbilixxi reġim transitorju fir-rigward tar-ross bla ħliefa (Kodiċi NM 1006 20 17 u 1006 20 98) tal-varjetajiet deskritti hawn fuq ibbażat fuq l-elementi li ġejjin.

Ir-rata ta' dazju applikata awtonoma tal-KE għandha tkun żero. Madankollu, jekk iseħħ disturb fis-suq, il-KE għandha tikkonsulta ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Indja biex jintlaħaq ftehim dwar soluzzjoni xierqa. Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim, il-KE tirriżerva d-dritt li terġa' lura għar rata konsolidata ta' dazju ta' EUR 65/t għar-ross bla ħliefa (kodiċi NM 1006 20).

In ġenerali

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

il-KE għandha tistabbilixxi linji tariffarji separati għar-ross Basmati tal-varjetajiet indikati fil-ftehim ma' l-Indja u l-Pakistan,

l-awtoritajiet kompetenti Indjani għandhom ikomplu joħorġu ċ-ċertifikati ta' awtentiċità qabel il-ħruġ ta' liċenzji ta' importazzjoni, li jfisser li s-sistema attwali ta' amministrazzjoni taċ-ċertifikati ta' awtentiċità għandha tinżamm.

Il-KE tirrikonoxxi li l-Indja għandha drittijiet ta' negozjar inizjali fir-rigward tal-konċessjonijiet speċifikati fl-ittra preżenti.

Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat mill-Partijiet skond il-proċeduri tagħhom stess.

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom ikunu applikabbli mill-1 ta' Settembru 2004.

Inkunlek grat jekk tista' tikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħek ma' dan ta' hawn fuq.”

L-Indja għandha l-unur tikkonferma l-qbil tagħha mal-kontenut ta' din l-ittra.

Nitolbok taċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla stima tiegħi.

Done at Brussels,

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles, den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις

Fait à Bruxelles, le

Fatto a Bruxelles, addì

Briselÿ,

Priimta Briuselyje,

Kelt Brüsszelben,

Magÿmula fi Brussel,

Gedaan te Brussel,

Sporzÿdzono w Brukseli, dnia

Feito em Bruxelas,

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfärdat i Bryssel den

Image

On behalf of India

En nombre de la India

Za Indii

På Indiens vegne

Im Namen Indiens

India nimel

Εξ ονόματος της Ινδίας

Au nom de l'Inde

Per l'India

Indijas vārdā

Indijos vardu

India nevében

Għan-nom ta’ l-Indja

Namens India

W imieniu Indii

Em nome da Índia

V mene Indie

V imenu Indije

Intian puolesta

På Indiens vägnar

F’isem l-Indja

Image


(1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).


Top