This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0274
2004/274/EC: Commission Decision of 23 March 2004 concerning protection measures in relation to highly pathogenic avian influenza in the United States of America (Text with EEA relevance) (notified under document number C(2004) 1097)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Marzu 2004 dwar il-miżuri ta' protezzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' l-influwenza ta' l-għasafar li hija patoġenika ħafna fl-Istati Uniti ta' l-Amerika (notifikata bid-dokument numru K(2004) 1097)Test b'relevanza għaż-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Marzu 2004 dwar il-miżuri ta' protezzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' l-influwenza ta' l-għasafar li hija patoġenika ħafna fl-Istati Uniti ta' l-Amerika (notifikata bid-dokument numru K(2004) 1097)Test b'relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 86, 24.3.2004, p. 27–28
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 05/04/2004; Imħassar b' 32004D0363
Official Journal L 086 , 24/03/2004 P. 0027 - 0028
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Marzu 2004 dwar il-miżuri ta' protezzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' l-influwenza ta' l-għasafar li hija patoġenika ħafna fl-Istati Uniti ta' l-Amerika (notifikata bid-dokument numru K(2004) 1097) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (2004/274/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontroll veterinarju fuq l-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi, u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE [1], u l-aktar l-Artiklu 18(6) u (7) tiegħua, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontroll veterinarju fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [2], u l-aktar l-Artiklu 22(1) u (6) tiegħua, Billi: (1) L-influwenza ta' l-għasafar hija marda fid-demm li tittieħed ħafna fit-tjur u l-għasafar, u din tista' takkumula fi żmien qasir proporzjonijiet epiżotiċi li jistgħu jkunu ta' theddida serja għall-annimali u s-saħħa pubblika, u b'hekk it-trobbija tat-tjur issir waħda mhux profittabbi. (2) Hemm riskju li l-mikrobu tal-marda jista' jiddaħħal minħabba l-kummerċ internazzjonali ta' tjur ħajjin u prodotti tat-tjur. (3) Fit-23 ta' Frar 2004 l-Istati Uniti ta' l-Amerika kkonfermaw it-tifqigħa ta' każ wieħed ta' influwenza ta' l-għasafar li hija patoġenika ħafna. Din il-marda ġiet aċċertata f'qatgħa tjur fl-Istat ta' Texas (id-Distrett ta' Gonzales) minn stħarriġ li kien sar fis-17 ta' Frar 2004. (4) Dan il-mikrobu ta' l-influwenza ta' l-għasafar li nstab huwa tas-sotto-tip H5N2, u għalhekk differenti minn dak li bħalissa qed jikkawża l-marda fl-Asja. It-tagħrif li hemm bħalissa juri li r-riskju għas-saħħa pubblika kkawżat minn dan is-sotto-tip ta' mikrobu huwa ferm inqas minn dak li hemm fl-Asja, li huwa mikrobu tas-sotto-tip H5N. (5) Madankollu, minħabba r-riskju għas-saħħa ta' l-annimali li din il-marda tista' tidħol fil-Komunità, l-importazzjoni ta' tjur ħajjin, għasafar li ma jtirux, għasafar tal-priża bir-rix li jkunu trabbew fl-irziezet u dawk salvaġġi, u l-bajd għat-tfaqqis ta' dawn l-ispeċi, u ta' laħam frisk tat-tjur, ta' għasafar li ma jtirux, ta' għasafar tal-priża bir-rix li jkunu trabbew fl-irziezet u dawk salvaġġi, ta' qatgħat ta' laħam u prodotti tal-laħam magħmula minn, jew li fihom ikun hemm il-laħam ta' dawk l-ispeċi, li jkunu nkisbu minn għasafar li jkunu nqatlu wara s-27 ta' Jannar 2004, u l-importazzjoni ta' bajd għall-konsum tal-bniedem, ġiet sospiża mill-Istati Uniti ta' l-Amerika mill-25 ta' Frar 2004 bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2004/187/KE [3] u 2004/256/KE [4]. (6) Fi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/666/KE [5], l-importazzjoni ta' għasafar, ħlief it-tjur, hija awtorizzata mill-pajjiżi membri kollha ta' l-OIE (l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta' l-Annimali), suġġetta għall-garanziji tas-saħħa ta' l-annimali li jagħtu l-pajjiż ta' l-oriġini, u għal miżuri stretti ta' kwarantina ta' wara l-importazzjoni li jiġu implimentati fl-Istati Membri. (7) Madankollu, l-importazzjoni ta' għasafar ħlief it-tjur, inklużi għasafar domestiċi li jkunu jakkumpanjaw lis-sidien tagħhom, twaqqfet ukoll mill-Istati Uniti ta' l-Amerika bid-Deċiżjoni 2004/187/KE bħala miżura addizzjonali biex ikun eskluż kull riskju li tfaqqa' din il-marda f'ċentri ta' kwarantina li jkunu taħt l-awtorità ta' l-Istati Membri. (8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/222/EC [6] tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' prodotti tal-laħam, u tistabbilixxi r-reġimi ta' trattament biex ikun evitat ir-riskju ta' tixrid ta' mard b'dawn il-prodotti. It-trattament li għandu jkun applikat għall-prodott jiddependi mill-istat ta' saħħa tal-pajjiż ta' l-oriġini, b'rabta ma' l-ispeċi li minnha jinkiseb il-laħam; biex ikun evitat kull piż mhux mixtieq fuq il-kummerċ, l-importazzjoni fuq il-prodotti ta' laħam tat-tjur li jkunu ġejjin mill-Istati Uniti ta' l-Amerika, li jkunu ġew ittrattati f'temperatura ta' mill-inqas 70 °Celsius tul iż-żmien kollu, għandha tissokta tkun awtorizzata. (9) Il-miżuri ta' kontroll sanitarju li jgħoddu għal materjal mhux maħdum għall-produzzjoni ta' għalf u prodotti farmaċewtiċi jew tekniċi għall-annimali jippermettu l-esklużjoni mill-għan ta' din id-Deċiżjoni ta' importazzjonijiet magħżula ta' dawn il-prodotti. (10) L-Istati Uniti ta' l-Amerika iffirmaw Ftehim mal-Komunità Ewropea fuq il-miżuri sanitarji biex titħares is-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali fil-kummerċ ta' annimali ħajjin u ta' prodotti mill-annimali [7]. (11) L-Istati Uniti ta' l-Amerika għaddew xi ftit tagħrif addizzjonali fuq is-sitwazzjoni tal-marda u l-miżuri ta' kontroll meħuda dwar din bil-ħsieb li tinkiseb l-implimentazzjoni mill-Komunità ta' miżuri ta' reġjonalizzazzjoni fi qbil mad-dispożizzjonijiet li hemm fil-Ftehim Veterinarju; madankollu, it-tagħrif disponibbli bħalissa għadu ma jippermettix li l-miżuri ta' protezzjoni li ġew stabbiliti b'din id-Deċiżjoni jitnaqqsu għal xi żona ristretta. (12) Għalhekk, il-miżuri ta' protezzjoni li jgħoddu għat-territorju kollu ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika għandhom jittawlu u d-Deċiżjoni 2004/256/KE għandha titħassar. (13) Il-miżuri li hemm f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artiklu 1 L-Istati Membri għandhom iwaqqfu l-importazzjoni mit-territorju ta' l-Istati Uniti ta': - tjur ħajjin, għasafar li ma jtirux, għasafar tal-priża bir-rix li jkunu trabbew fl-irziezet u dawk salvaġġi, u bajd tat-tfaqqis ta' dawn l-ispeċi, - għasafar ħlief għat-tjur, inklużi għasafar domestiċi li jkunu jakkumpanjaw lis-sidien tagħhom, - bajd għall-konsum mill-bniedem. Artiklu 2 L-Istati Membri għandhom iwaqqfu l-importazzjoni mit-territorju ta' l-Istati Uniti ta': - laħam frisk ta' tjur, ta' għasafar li ma jtirux, ta' għasafar tal-priża bir-rix li jkunu trabbew fl-irziezet u dawk salvaġġi, - qatgħat ta' laħam u prodotti ta' laħam li jkunu magħmula, jew li jkun fihom il-laħam ta' dawk l-ispeċi. Artiklu 3 1. B'deroga mill-Artiklu 2, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-prodotti koperti minn dak l-Artiklu li jkunu nkisbu minn għasafar maqtula qabel is-27 ta' Jannar 2004. 2. Fiċ-ċertifikati veterinarji li jkunu flimkien mal-kunsinna tal-prodotti msermmija fil-paragrafu 1, il-kelmiet li ġejjin għandhom jiddaħħlu kif xieraq għall-ispeċi kkonċernata: "Laħam frisk tat-tjur/Laħam frisk ta' għasafar li ma jtirux/Laħam frisk ta' għasafar tal-priża salvaġġi bir-rix/Laħam frisk ta' għasafar tal-priża bir-rix li trabbew fl-irziezet/Prodotti tal-laħam magħmula minn, jew li fihom ikun hemm il-laħam tat-tjur, ta' għasafar li ma jtirux, jew ta' għasafar tal-priża bir-rix li jkunu trabbew fl-irziezet jew li jkunu salvaġġi/qatgħat ta' laħam magħmula minn, jew li fihom ikun hemm il-laħam tat-tjur, ta' għasafar li ma jtirux, jew ta' għasfar tal-priża bir-rix li jkunu trabbew fl-irziezet jew li jkunu salvaġġi [8], li jkun inkiseb minn għasfar li jkunu nqatlu qabel is-27 ta' Jannar 2004, fi qbil ma' l-Artiklu 3(1) tad-Deċiżjoni 2004/274/KE." 3. B'deroga mill-Artiklu 2, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' prodotti tal-laħam magħmula minn, jew li fihom ikun hemm il-laħam tat-tjur, ta' għasafar li ma jtirux, jew ta' għasafar tal-priża bir-rix li jkun trabbew fl-irżiezet jew li jkunu salvaġġi, meta l-laħam ta' dawn l-ispeċi jkun għadda minn wieħed mit-trattamenti speċifiċi msemmija taħt il-punti B, ¬ jew D fil-parti IV ta' l-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/222/KE. Artiklu 4 Id-Deċiżjoni 2004/256/KE qed tiġi mħassra. Artiklu 5 L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li huma japplikaw għall-importazzjonijiet biex iġibuhom fi qbil ma' din id-Deċiżjoni, u dawn għandhom minnufih jagħtu pubbliċità xierqa għall-miżuri addottati. Dawn għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwar dawn. Artiklu 6 Din id-Deċiżjoni għandha tkun riveduta fid-dawl ta' kif tiżviluppa l-marda u tat-tagħrif li jingħata mill-awtoritajiet veterinarji ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika. Artiklu 7 Din id-Deċiżjoni għandha tkun tgħodd sat-23 ta' April 2004. Artiklu 8 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-23 ta' Marzu 2004. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 96/43/KE (ĠU L 162, ta’ l-1.7.1996, p. 1). [2] ĠU L 24, tal-31.1.98, p. 9. [3] ĠU L 57, tal-25.2.4, p. 35. [4] ĠU L 80, tat-18.3.4, p. 31. [5] ĠU L 278, tal-31.10.2000, p. 26, kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2002/279/KE (ĠU L 99, tas-16.4.2002, p. 17). [6] ĠU L 98, ta’ l-4.4.1997, p. 39, kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2003/826/KE (ĠU L 311, tas-27.11.2003, p. 29). [7] Deċiżjoni tal-Kunsill 98/258/KE tas-16 ta’ Marzu 1998 ippubblikata fil-ĠU L 118, tal-21.4.1998, p. 1. [8] Ħassar kif jixraq. --------------------------------------------------