EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0262

Id-Deċiżjoni tal-Kumissjoni tas-17 ta’ Marzu 2004 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni dwar żwiemel reġistrati li ġejjin mill-Affrika t’Isfel. (notifikata bid-dokument numru K(2004) 808)Test b’rilevanza għaz-ŻEE

ĠU L 81, 19.3.2004, p. 86–87 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/10/2006; Imħassar b' 32006D0724

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/262/oj

32004D0262



Official Journal L 081 , 19/03/2004 P. 0086 - 0087


Id-Deċiżjoni tal-Kumissjoni

tas-17 ta’ Marzu 2004

dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni dwar żwiemel reġistrati li ġejjin mill-Affrika t’Isfel.

(notifikata bid-dokument numru K(2004) 808)

(Test b’rilevanza għaz-ŻEE)

(2004/262/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tniżżel il-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 18(1) tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ekwidi [2], tistabbilixxi l-miżuri li jridu jittieħdu fir-rigward tal-mard taż-żwiemel Affrikani.

(2) Il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw id-dħul temporanju u l-importazzjoni ta’ żwiemel reġistrati minn ċerti partijiet ta’ l-Affrika t’Isfel ġewwa l-Komunità, ġew stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/10/KE [3].

(3) Ġiet dikjarata tifqigħa tal-mard taż-żwiemel Affrikani f’dawk iż-żwiemel miżmumin fiż-żona ta’ sorveljanza tal-mard taż-żwiemel Affrikani li tinsab fil-Provinċja tal-Kap tal-Punent u madwar 40km bogħod miż-żona ħielsa mill-mard taż-żwiemel stabbilita skond id-Deċiżjoni 97/10/KE u li hija l-unika żona fl-Affrika t’Isfel minn fejn jiġu aċċettati ż-żwiemel biex ikunu esportati lejn pajjiżi oħrajn.

(4) L-awtoritajiet veterinarji kompetenti fl-Affrika t’Isfel ħadu l-miżuri neċessarji biex jikkontrollaw il-marda, inkluż il-vaċċinazzjoni ta’ annimali suxxettibbli f’raġġ ta’ 20km madwar fejn tkun seħħet it-tifqigħa.

(5) Il-preżenza ta’ din il-marda fiż-żona ta’ sorveljanza tal-Provinċja tal-Kap tal-Punent tista’ tkun ta’ periklu serju għall-equidae tal-Komunità; billi, barra dan, il-ħtieġa li ssir il-vaċċinazzjoni f’żona viċin taż-żona ħielsa mill-marda, ma jħallix li jsir aktar reġjunaliżmu skond il-leġislazzjoni tal-Komunità u standards tas-saħħa li huma aċċettati internazzjonalment.

(6) Għalkemm l-awtoritajiet issospendew kull esportazzjoni ta’ żwiemel reġistrati miż-żona ħielsa mill-marda lejn l-Istati Membri, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri ta’ protezzjoni fuq livell ta’ Komunità għar-rigward tad-dħul temporanju, transitu u importazzjoni ta’ żwiemel reġistrati mill-Affrika t’Isfel.

(7) Id-dħul temporanju, l-importazzjoni permanenti u t-transitu ta’ żwiemel reġistrati mill-Affrika t’Isfel għandhom jiġu mwaqqfa għal xi żmien. Madankollu, is-sitwazzjoni għandha tiġi riveduta fid-dawl ta’ l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti u l-effetti tal-miżuri meħuda biex tkun ikkontrollata l-marda.

(8) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu d-dħul temporanju, it-transitu u l-importazzjoni ta’ żwiemel reġistrati li jkunu ġejjin mill-Affrika t’Isfel.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li huma jadottaw rigward id-dħul temporanju, l-importazzjoni u t-transitu ta’ żwiemel reġistrati mill-Affrika t’Isfel biex iġibuhom jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni. Għandhom jgħarrfu b’dan lill-Kummissjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta’ Marzu 2004.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 56. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 96/43/KE (ĠU L 162, ta’ l-1.7.1996, p. 1).

[2] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

[3] ĠU L 3, tas-7.1.1997, p. 9. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2004/117/KE (ĠU L 36, tas-7.2.2004, p. 36).

--------------------------------------------------

Top