This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0211
2004/211/EC: Commission Decision of 6 January 2004 establishing the list of third countries and parts of territory thereof from which Member States authorise imports of live equidae and semen, ova and embryos of the equine species, and amending Decisions 93/195/EEC and 94/63/EC (notified under document number C(2003) 5242) (Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijoni ta' l-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 93/195/KEE u 94/63/KE (notifikata bid-dokument numru K(2003) 5242)Test b'relevanza għaż-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijoni ta' l-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 93/195/KEE u 94/63/KE (notifikata bid-dokument numru K(2003) 5242)Test b'relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1–10
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Imħassar b' 32018R0659
Official Journal L 073 , 11/03/2004 P. 0001 - 0010
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijoni ta' l-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 93/195/KEE u 94/63/KE (notifikata bid-dokument numru K(2003) 5242) (Test b'relevanza għaż-ŻEE) (2004/211/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni ta' equidae [1] minn pajjiżi terzi, u b'mod partikolari l-Artikoli 12 u 19(i) u (ii) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijoni li mhumiex suġġetti għall-ħtiġijiet tas-saħħa ta' l-annimali kif stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3)(b) tagħha, Billi: (1) L-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tipprovdi li l-importazzjoni ta' equidae titħalla ssir biss minn pajjiżi terzi jew minn partijiet ta' pajjiżi terzi li jidhru f'lista li għandha tiġi inkorporata fil-lista ta' pajjiżi terzi stabbilita skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva 72/462/KEE dwar il-problemi ta' spezzjonijiet sanitarji u veterinarji fl-importazzjoni ta' annimali bovini, ovini u kaprini u ta' majjal, laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [3]. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 li tfassal il-lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' annimali bovini, majjal, equidae, nagħaġ u mogħoż, laħam frisk u prodotti tal-laħam [4], ġiet emendata sostanzjalment b'mod partikolari bl-esklużjoni ta' l-equidae mill-iskop tagħha. Madankollu d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ġew adottati fuq il-bażi tad-Direttiva 90/426/KEE u li jikkonċernaw il-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-importazzjoni ta' equidae jagħmlu provisjoni għal listi ta' pajjiżi terzi li huma awtorizzati biex jesportaw dawn l-annimali lill-Komunità u li huma bbażati fuq id-Deċiżjoni 79/542/KEE. (3) Ir-regoli li jirregolaw il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni ta' annimali ħajjin taħt id-Direttiva 72/462/KEE, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 3 li jirreferu għal lista ta' pajjiżi terzi li huma awtorizzati biex jesportaw annimali ħajjin, bħalissa huma taħt reviżjoni. Għal dan l-iskop il-Kummissjoni adottat Proposta għal Direttiva tal-Kunsill [5] li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u li temenda d-Direttivi 72/462/KEE, 90/426/KEE, 92/65/KEE u 97/78/KE. F'dan il-kuntest, l-Artikolu 12 tad-Direttiva 90/426/KEE ser jiġi emendat sabiex jiġu stabbiliti fih il-prinċipji li fuqhom tkun imfassla lista ta' pajjiżi terzi li minnhom hi awtorizzata l-importazzjoni ta' equidae. (4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE ta' l-10 ta' April 1992 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul temporanju ta' żwiemel reġistrati [6], tinsab fiha fl-Anness I lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw id-dħul temporanju ta' dawn l-annimali, u stabbiliet il-kategoriji sanitarji tal-pajjiżi terzi. (5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE tat-2 ta' Frar 1993 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għad-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u avvenimenti kulturali wara esportazzjoni temporanja [7], tinsab fiha fl-Anness I lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw id-dħul mill-ġdid ta' dawn l-annimali. (6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/196/KEE tal-5 ta' Frar 1993 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta' equidae għall-qtil [8], tinsab fiha fin-nota f'qiegħ il-paġna 3 ta' l-Anness II lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' dawn l-annimali. (7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE tal-5 ta' Frar 1993 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta' equidae reġistrati u equidae għall-ifrat u l-produzzjoni [9], tinsab fiha fl-Anness I lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' dawn l-annimali. (8) Huwa xieraq li l-pajjiżi terzi approvati għall-importazzjoni ta' equidae fil-Komunità jiġu elenkati f'att uniku Komunitarju. (9) F'ċerti każijiet, huma awtorizzati biss kategoriji speċifikati ta' equidae jew tip partikolari ta' importazzjoni minn parti mit-territorju ta' pajjiż terz kif speċifikat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/160/KEE tal-5 ta' Marzu 1992 li tistabbilixxi r-reġjonalizzazzjoni ta' ċerti pajjiżi terzi għall-importazzjoni ta' equidae [10], u għaċ-ċarezza ut-trasparenza dawn il-kondizzjonijiet tar-reġjonalizzazzjoni għandhom jiġu provduti wkoll flimkien mal-lista ta' pajjiżi terzi approvati u d-Deċiżjoni Nru 92/160/KEE tiġi mħassra. (10) Peress li l-lista ta' pajjiżi terzi hija lista fil-prinċipju, għandhom isiru dispożizzjonijiet għal referenzi għall-kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-importazzjoni ta' equidae skond il-leġislazzjoni Komunitarja. (11) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/461/KE [11] tistabbilixxi miżuri protettivi rigward l-enċefalomjelite ekwina Venezweljana fil-Venezwela u l-Kolumbja li jiprojbixxu d-dħul mill-ġdid wara l-esportazzjoni temporanja ta' żwiemel reġistrati mill-Venezwela u l-Kolombja. Jidher xieraq għalhekk li l-lista tiġi adattata skond dan. (12) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/10/KE [12] li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/160/KEE, 92/260/KEE u 93/197/KEE rigward id-dħul temporanju u l-importazzjoni fil-Komunità ta' żwiemel reġistrati mill-Affrika t'Isfel, tistabbilixxi kondizzjonijiet speċifiċi ta' importazzjoni inkluż ir-reġjonalizzazzjoni. (13) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/63/KE tal-31 ta' Jannar 1994 li tfassal lista proviżorja ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' semen, ova u embrijoni ta' l-ispeċi ovina, kaprina u ekwina, u ova u embrijoni ta' l-ispeċi porċina [13], fil-Parti II ta' l-Anness tagħha tirreferi għall-Partijiet 1 u 2 ta' l-Anness tad-Deċiżjoni 79/542/KEE. Din il-lista kienet stabbilita taħt l-Artikolu 28 tad-Direttiva 92/65/KEE għal perjodu transitorju ta' 3 snin. (14) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/284/KE tal-31 ta' Marzu 2000 li tistabbilixxi l-lista ta' ċentri approvati għall-ġbir ta' semen għall-importazzjoni ta' semen ekwin minn pajjiżi terzi u li temenda d-Deċiżjonijiet 96/539/KE u 96/540/KE [14], tinsab fiha lista ta' pajjiżi u stabbilimenti li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni ta' semen ekwin. (15) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/539/KE ta' l-4 ta' Settembru 1996 dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni fil-Komunità ta' sperma ta' l-ispeċi ekwina [15], u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/540/KE ta' l-4 ta' Settembru 1996 dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni fil-Komunità ta' ova u embrijoni ta' l-ispeċi ekwina [16], jistabbilixxu l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li japplikaw għall-importazzjoni ta' semen, ova, u embrijoni ekwini, u referenza għal dawk id-dispożizzjonijiet għandha ssir ukoll f'lista konsolidata ta' pajjiżi terzi. (16) Huwa xieraq li l-listi speċifiċi tal-pajjiżi u l-kondizzjonijiet tar-reġjonalizzazzjoni mniżżla fid-Deċiżjonijiet 79/542/KEE, 92/160/KEE, 92/260/KEE, 93/195/KEE, 93/196/KEE, 93/197/KEE u 94/63/KE jiġu magħquda f'list konsolidata waħda, li tispeċifika l-kategorija sanitarja ta' pajjiżi terzi u fejn applikabbli, il-kondizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni ta' equidae u semen, ova u embrijoni ta' dak l-ispeċi minn dawk il-pajjiżi terzi. (17) Għalhekk id-Deċiżjonijiet 92/160/KEE u 95/461/KEE għandhom jiġu mħassra u d-Deċiżjonijiet 94/63/KE u 93/195/KEE emendati skond dan. (18) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali. ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Suġġett u skop Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, jew ta' partijiet minnhom fejn tapplika r-reġjonalizzazzjoni, li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' equidae u s-semen, ova u embrijoni tagħhom, u tindika l-kondizzjonijiet l-oħra li huma applikabbli għal din l-importazzjoni. Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-iskop ta' din id-Deċiżjoni d-definizzjonijiet li ġejjin għandhom igħoddu: kategorija ta' equidae: għandha tfisser equidae kif definit fl-Artikolu 2(ċ), (d) u (e) tad-Direttiva 90/426/KEE u żwiemel reġistrati; "importazzjoni": għandha tfisser l-introduzzjoni fit-territorju tal-Komunità ta' equidae ħajjin skond il-kondizzjonijiet stabbiliti speċifikament għat-tip partikolari ta' importazzjoni, notevolment id-dħul temporanju, id-dħul mill-ġdid wara l-esportazzjoni temporanja u l-importazzjoni. Artikolu 3 Importazzjoni ta' equidae ħajjin L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni fil-Komunità ta' equidae ħajjin mill-pajjiżi terzi jew minn partijiet mit-territorji ta' dawk il-pajjiżi terzi elenkati fil-kolonni 2 u 4 ta' l-Anness skond l-indikazzjonijiet imniżżla fl-Anness I, kif ġej: - id-dħul temporanju ta' żwiemel reġistrati kif indikat fil-kolonna 6, - id-dħul mill-ġdid wara esportazzjoni temporanja ta' żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u avvenimenti kulturali kif indikat fil-kolonna 7, - l-importazzjoni ta' żwiemel reġistrati kif indikat fil-kolonna 8, - l-importazzjoni ta' equidae għall-qtil kif indikat fil-kolonna 9, - l-importazzjoni ta' equidae reġistrati u ta' equidae għall-ifrat u l-produzzjoni kif indikat fil-kolonna 10. Artikolu 4 Importazzjoni ta' semen ta' l-ispeċi ekwina L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' semen ta' l-speċi ekwina minn pajjiżi terzi jew minn partijiet mit-territorju ta' pajjiżi terzi elenkati fil-kolonni 2 u 4 ta' l-Anness I rispettivament li minnhom l-importazzjoni permanenti ta' żwiemel reġistrati, equidae reġistrati jew equidae għall-ifrat u l-produzzjoni hija awtorizzata wkoll. Din l-importazzjoni għandha tkun suġġetta għall-kondizzjoni li s-semen miġbur għall-esportazzjoni lill-Komunità kien biss minn equidae li huma fil-kategorija ta' equidae ħajjin awtorizzati għall-importazzjoni permanenti u li din l-importazzjoni għandha tilħaq il-ħtiġijiet li jikkorrispondu ma' l-indikazzjonijiet imniżżla fil-kolonni 11, 12 u 13 ta' l-Anness I. Artikolu 5 Importazzjoni ta' ova u embrijoni ta' l-ispeċi ekwina L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' ova u embrijoni ta' l-speċi ekwina minn pajjiżi terzi jew minn partijiet mit-territorju ta' pajjiżi terzi elenkati fil-kolonni 2 u 4 ta' l-Anness I rispettivament li minnhom l-importazzjoni permanenti ta' equidae reġistrati u equidae għall-ifrat u l-produzzjoni hija awtorizzata wkoll. Din l-importazzjoni għandha tilħaq il-ħtiġijiet li jikkorrispondu ma' l-indikazzjonijiet imniżżla fil-kolonna 14 ta' l-Anness I. Artikolu 6 Kondizzjonijiet għall-importazzjoni ta' equidae minn pajjiżi terzi L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw biss l-importazzjoni ta' equidae, li taderixxi il-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) l-equidae għandhom jilħqu l-ħtiġijiet tas-saħħa ta' l-annimali stabbiliti fiċ-ċertifikat mudell korrispondenti previst fid-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/195/KEE, 93/196/KEE u 93/197/KEE skond il-kategorija rilevanti ta' equidae, it-tip ta' importazzjoni u l-kategorija sanitarja kif indikat fil-kolonna 5 ta' l-Anness I li għalih kien assenjat il-pajjiż terz jew il-parti mit-territorju ta' pajjiż terz esportatur; (b) fejn applikabbli, l-importazzjoni ta' equidae għandha tkun suġġetta għall-garanziji jew kondizjonijiet supplimentari msemmija fil-kolonna 15 tat-tabella fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni; (ċ) l-equidae m'għandhomx ikunu trasportati b'mezz ta' trasport li fuqu jinġarru equidae oħra li mhumiex destinati għall-Komunità; (d) kemm-il darba ma jkunx awtorizzat mod ieħor fil-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali speċifiċi għall-importazzjoni fil-Komunità, l-equidae m'għandhomx ikunu trasportati b'mezz ta' trasport li fuqu jinġarru equidae ta' status ta' saħħa inferjuri; (e) waqt it-trasport lejn il-Komunità, l-equidae m'għandhomx jinħattu fit-territorju ta' pajjiż terz jew f'parti tat-territorju ta' pajjiż terz li mhux approvat għall-importazzjoni ta' equidae fil-Komunità; (f) waqt it-trasport lejn il-Komunità, l-equidae m'għandhomx ikunu trasportati bit-triq, bil-ferrovija jew bil-mixi mit-territorju jew minn parti mit-territorju ta' pajjiż terz li mhux approvat għal mill-inqas tip wieħed ta' importazzjoni ta' mill-inqas kategorija waħda ta' equidae; (g) l-equidae għandhom jaslu f'post ta' spezzjoni fil-fruntiera fil-punt tad-dħul fil-Komunità fi żmien 10 ijiem mid-data taċ-ċertifikazzjoni fil-pajjiż terz esportatur għal trasport jew moviment lejn il-Komunità. Fil-każ ta' trasport bil-baħar, il-perjodu ta' 10 ijiem għandu jiġi mtawwal biż-żmien li jieħu l-vjaġġ bil-baħar. Artikolu 7 Kondizzjonijiet għall-importazzjoni ta' semen ekwin minn pajjiżi terzi Importazzjoni fil-Komunità ta' semen ta' l-ispeċi ekwina għandha titħalla ssir biss, jekk dan is-semen huwa miġbur ġo ċentru għall-ġbir tas-semen approvat skond id-Direttiva 92/65/KEE u elenkat fid-Deċiżjoni 2000/284/KE u jaderixxi l-kondizzjonijiet stabbiliti fiċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali previst fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/539/KE. Artikolu 8 Kondizzjonijiet għall-importazzjoni ta' ova u embrijoni ta' l-ispeċi ekwina minn pajjiżi terzi Importazzjoni fil-Komunità ta' ova u embrijoni ta' l-ispeċi ekwina għandha titħalla ssir biss jekk dawn l-ova u/jew embrijoni jaderixxu l-kondizzjonijiet stabbiliti fiċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali previst fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/540/KE. Artikolu 9 Emendi 1. L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 93/195/KEE huma emendati skond l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni. 2. Id-Deċiżjoni 94/63/KE hija emendata kif ġej: (a) It-titolu tad-Deċiżjoni huwa mibdul b'dan li ġej: "Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Jannar 1994 li jfassal lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' semen, ova u embrijoni ta' l-ispeċi ovina u kaprina u ova u embrijoni ta' l-ispeċi porċina" ; (b) Fl-Artikolu 1, it-tieni paragrafu huwa mħassar. (ċ) Fl-Anness, il-Parti II hija mħassra. Artikolu 10 Tħassir Id-Deċiżjonijiet 92/160/KEE u 95/461/KE huma mħassra. Artikolu 11 Data ta' l-applikazzjoni Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta' Mejju 2004. Artikolu 12 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Jannar 2004. Ghall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 42. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1) [2] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 54. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1398/2003 (ĠU L 198, tas-6.8.2003, p. 3). [3] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28 [4] ĠU L 146, ta’ l-14.6.1979, p. 15. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2004/212/KE (Ara l-paġna 11 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali). [5] COM(2003) 570 [6] ĠU L 130, tal-15.5.1992, p. 67. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2003/541/KE (ĠU L 185, ta’ l-24.7.2003, p. 41). [7] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 1. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2001/611/KE (ĠU L 214, tat-8.8.2001, p. 49). [8] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 7. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2001/611/KE (ĠU L 214, tat-8.8.2001, p. 49) [9] ĠU L 86, tas-6.4.1993, p. 16. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2003/541/KE (ĠU L 185, ta’ l-24.7.2003, p. 41) [10] ĠU L 71, tat-18.3.1992, p. 27. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2002/635/KE (ĠU L 206, tat-3.8.2002, p. 20) [11] ĠU L 265, tat-8.11.1995, p. 40 [12] ĠU L 3, tas-7.4.1997, p. 9. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2003/541/KE (ĠU L 185, ta’ l-24.7.2003, p. 41) [13] ĠU L 28, tat-2.2.1994, p. 47. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2001/734/KE (ĠU L 275, tat-18.10.2001, p. 19) [14] ĠU L 94, ta’ l-14.4.2000, p. 35. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2003/574/KE (ĠU L 196, tat-2.8.2003, p. 27). [15] ĠU L 230, tal-11.9.1996, p. 23. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2000/284/KE (ĠU L 94, ta’ l-14.4.2000, p. 35). [16] ĠU L 230, tal-11.9.1996, p. 28. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2000/284/KE (ĠU L 94, ta’ l-14.4.2000, p. 35). -------------------------------------------------- L-ANNESS I Nota: Kaxxi | | | X | Importazzjoni li titħalla ssir fil-prinċipju | | — | Importazzjoni mhux awtorizzata | | Kolonni | | | Kolonni 1-4: | Deskrizzjoni tat-territorju | | Kolonna 5 (KS): | Kategorija Sanitarja | | Kolonna 6 (DT): | Dħul temporanju ta' żwiemel reġistrati | (Id-Deċiżjoni 92/260/KEE) | Kolonna 7 (Dħul mill-Ġdid): | Dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u avvenimenti kulturali wara esportazzjoni temporanja | (Id-Deċiżjoni 93/195/KEE) | Kolonna 8: | Importazzjoni ta' żwiemel reġistrati | (Id-Deċiżjoni 93/197/KEE) | Kolonna 9: | Importazzjoni ta' equidae għall-qtil | (Id-Deċiżjoni 93/196/KEE) | Kolonna 10: | Importazzjoni ta' equidae reġistrati u equidae għall-ifrat u l-produzzjoni | (Id-Deċiżjoni 93/197/KEE) | Kolonna 11: | Importazzjoni ta' semen miġbur minn żwiemel reġistrati | (Id-Deċiżjoni 96/539/KE) | Kolonna 12: | Importazzjoni ta' semen miġbur minn equidae reġistrati | (Id-Deċiżjoni 96/539/KE) | Kolonna 13: | Importazzjoni ta' semen miġbur minn equidae għall-ifrat u l-produzzjoni | (Id-Deċiżjoni 96/539/KE) | Kolonna 14: | Importazzjoni ta' ova u embrijoni ta' l-ispeċi ekwina | (Id-Deċiżjoni 96/540/KE) | Kolonna 15: | Referenza għall-kondizzjonijiet speċifiċi/garanziji addizjonali | | Annimal/prodott: | Kategoriji/kondizzjonijiet | | ŻR | Żwiemel reġistrati | | EQ | Equidae għall-qtil kif definit fl-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 90/426/KEE | | ER | Equidae reġistri kif definit fl-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 90/426/KEE | | EIP | Equidae għall-ifrat u l-produzzjoni kif definit fl-Artikolu 2(e) tad-Direttiva 90/426/KEE | | Semen | Semen ta' l-ispeċi ekwina miġbur skond id-Direttiva 92/65/KE | | O/E | Ova u embrijoni ta' l-ispeċi ekwina miġbur skond id-Direttiva 92/65/KE | | Kodiċi ISO | Pajjiż | Kodiċi tat-territorju | Deskrizzjoni tat-territorju | KS | DT | Dħul mill-Ġdid | Importazzjoni | Importazzjoni | Kondizzjonijiet speċifiċi | ŻR | ŻR | ŻR | EQ | ER + EIP | Semen | O/E | ŻR | ER | EIP | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 | 11 | 12 | 13 | 14 | 15 | AE | L-Emirati Għarab Magħquda | AE-0 | Il-pajjiż kollu | E | X | X | X | — | — | X | — | — | — | AR | L-Arġentina | AR-0 | Il-pajjiż kollu | D | X | X | X | X | X | X | X | X | X | | AU | L-Awstralja | AU-0 | Il-pajjiż kollu | B | X | X | X | X | X | X | X | X | X | | BB | Il-Barbados | BB-0 | Il-pajjiż kollu | D | X | X | X | — | — | X | — | — | — | | BG | Il-Bulgarija | BG-0 | Il-pajjiż kollu | B | X | X | X | X | X | X | X | X | X | | BH | Il-Baħrajn | BH-0 | Il-pajjiż kollu | E | X | X | X | — | — | X | — | — | — | | BM | Il-Bermuda | BM-0 | Il-pajjiż kollu | D | X | X | X | — | — | X | — | — | — | | BO | Il-Bolivja | BO-0 | Il-pajjiż kollu | D | X | X | X | — | — | X | — | — | — | | BR | Il-Brażil | BR-0 | Il-pajjiż kollu | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | | BR-1 | L-Istati ta' Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, São Paulo, Mato Grosso do Sul, Goiás, Minas Gerais, Rio de Janeiro, Espíritu Santo, Rodónia, Mato Grosso | D | X | X | X | X | X | X | X | X | X | | BY | Il-Belarus | BY-0 | Il-pajjiż kollu | B | X | X | X | X | X | X | X | X | X | | CA | Il-Kanada | CA-0 | Il-pajjiż kollu | Ċ | X | X | X | X | X | X | X | X | X | | CH | L-Isvizzera | CH-0 | Il-pajjiż kollu | A | X | X | X | X | X | X | X | X | X | | CL | Iċ-Ċilì | CL-0 | Il-pajjiż kollu | D | X | X | X | X | X | X | X | X | X | | CR | Il-Kosta Rika | CR-0 | Il-pajjiż kollu | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | | CR-1 | Iż-żona Metropolitana ta' San José | D | — | X | — | — | — | — | — | — | — | | CU | Kuba | CU-0 | Il-pajjiż kollu | D | X | X | X | — | — | X | — | — | — | | DZ | L-Alġerija | DZ-0 | Il-pajjiż kollu | E | X | X | X | X | X | X | X | X | X | | EG | L-Eġittu | EG-0 | Il-pajjiż kollu | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | | EG-1 | Governatorjati ta' Alessandrija, Beheira, Krafr el Sheikh, Damietta, Dakahlia, Port-Said, Sharkia, Gharbia, Menoufia, Kalioubia, Ishmailia, is-Sinaj tat-Tramuntana, is-Sinaj ta' Nofsinhar, il-Kajr (bħall-Kajr bis-subborgi tiegħu inkluża l-belt ta' Giza), Suez, Marsa Martrouh, Fayoum, Giza u Beni Suef | E | X | X | X | — | — | X | — | — | — | | FK | Il-Gżejjer Falkland | FK-0 | Il-pajjiż kollu | A | — | — | X | — | X | X | X | X | X | | GL | Groenlandja | GL-0 | Il-pajjiż kollu | A | X | X | X | X | X | X | X | X | X | | HK | Il-Ħong Kong | HK-0 | Il-pajjiż kollu | Ċ | X | X | X | — | — | X | — | — | — | | HR | Il-Kroazja | HR-0 | Il-pajjiż kollu | B | X | X | X | X | X | X | X | X | X | | IL | L-Iżrael | IL-0 | Il-pajjiż kollu | E | X | X | X | X | X | X | X | X | X | | IS | Islanda | IS-0 | Il-pajjiż kollu | A | X | X | X | X | X | X | X | X | X | | JM | Il-Ġamajka | JM-0 | Il-pajjiż kollu | D | X | X | X | — | — | X | — | — | — | | JO | Il-Ġordan | JO-0 | Il-pajjiż kollu | E | X | X | X | — | — | X | — | — | — | | JP | Il-Ġappun | JP-0 | Il-pajjiż kollu | Ċ | X | X | X | — | — | X | — | — | — | | KG | Il-Kirgiżtan | KG-0 | Il-pajjiż kollu | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | | KG-1 | Ir-Reġjun ta' Issyk-Kul | B | — | — | X | — | — | X | — | — | — | | KR | Ir-Repubblika tal-Korea | KR-0 | Il-pajjiż kollu | Ċ | X | X | X | — | — | X | — | — | — | | KW | Il-Kuwajt | KW-0 | Il-pajjiż kollu | E | X | X | X | — | — | X | — | — | — | | LB | Il-Libanu | LB-0 | Il-pajjiż kollu | E | X | X | X | — | — | X | — | — | — | | LY | Il-Libja | LY-0 | Il-pajjiż kollu | E | X | X | — | — | — | — | — | — | — | | MA | Il-Marokk | MA-0 | Il-pajjiż kollu | E | X | X | X | X | X | X | X | X | X | | MK | FYROM | MK-0 | Il-pajjiż kollu | B | X | X | X | X | X | X | X | X | X | | MO | Il-Makaw | MO-0 | Il-pajjiż kollu | Ċ | X | X | X | — | — | X | — | — | — | | MY | Il-Malasja | MY-0 | Il-Peniżola | Ċ | X | X | X | — | — | X | — | — | — | | MU | Il-Mawrizju | MU-0 | Il-pajjiż kollu | E | X | X | X | X | X | X | X | X | X | | MX | Il-Messiku | MX-0 | Il-pajjiż kollu | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | | MX-1 | Il-pajjiż kollu ħlief l-Istati ta' Chiapas u Oaxaca | D | X | X | X | — | X | X | X | X | X | | NZ | In-New Zealand | NZ-0 | Il-pajjiż kollu | B | X | X | X | X | X | X | X | X | X | | OM | L-Oman | OM-0 | Il-pajjiż kollu | E | X | X | X | — | — | X | — | — | — | | PE | Il-Perù | PE-0 | Il-pajjiż kollu | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | | PE-1 | Ir-Reġjun ta' Lima | D | X | X | X | — | — | X | — | — | — | | PM | St Pierre u Miquelon | PM-0 | Il-pajjiż kollu | Ġ | — | — | X | — | X | X | X | X | X | | PY | Il-Paragwaj | PY-0 | Il-pajjiż kollu | D | X | X | X | X | X | X | X | X | X | | QA | Il-Qatar | QA-0 | Il-pajjiż kollu | E | X | X | X | — | — | X | — | — | — | | RO | Ir-Rumanija | RO-0 | Il-pajjiż kollu | B | X | X | X | X | X | X | X | X | X | | RU | Ir-Russja | RU-0 | Il-pajjiż kollu | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | | RU-1 | Il-Provinċji ta' Kaliningrad, Arkhangelsk, Vologda, Murmansk, Leningrad, Novgorod, Pskov, Briansk, Vladimir, Ivanovo, Tver, Kaluga, Kostroma, Moskva, Orjol, Riasan, Smolensk, Tula, Jaroslavl, Nijninovgorod, Kirov, Belgorod, Voronesh, Kursk, Lipezk, Tambov, Astrahan, Volgograd, Penza, Saratov, Uljanovsk, Rostov, Orenburg, Perm u Kurgan | B | X | X | X | X | X | X | X | X | X | | RU-2 | Ir-Reġjuni ta' Stavropol u Krasnodar | B | X | X | X | X | X | X | X | X | X | | RU-3 | Ir-Repubbliki ta' Karelia, Marij-El, Mordovia, Chuvachia, Kalmykia, Tatarstan, Dagestan, Kabardino-Balkaria, Severnaya Osetia, Ingushetia u Karachaevo-Cherkesia | B | X | X | X | X | X | X | X | X | X | | SA | L-Għarabja Sawdita | SA-0 | Il-pajjiż kollu | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | | SA-1 | Il-pajjiż kollu, ħlief iż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza (ara l-KAXXA 1 għad-dettalji) | E | X | X | X | — | — | X | — | — | — | | SCG | Is-Serbja u l-Montenegro | YU-0 | Il-pajjiż kollu | B | X | X | X | X | X | X | X | X | X | | SG | Singapor | SG-0 | Il-pajjiż kollu | Ċ | X | X | X | — | — | X | — | — | — | | SY | Is-Sirja | SY-0 | Il-pajjiż kollu | E | X | X | X | — | — | X | — | — | — | | TH | It-Tajlandja | TH-0 | Il-pajjiż kollu | Ċ | X | X | X | — | — | X | — | — | — | | TN | It-Tuniżija | TN-0 | Il-pajjiż kollu | E | X | X | X | X | X | X | X | X | X | | TR | It-Turkija | TR-0 | Il-pajjiż kollu | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | | TR-1 | Il-Provinċji ta' Ankara, Edirne, Istanbul, Izmir, Kirklareli u Tekirdag | E | X | X | X | — | — | X | — | — | — | | UA | L-Ukraina | UA-0 | Il-pajjiż kollu | B | X | X | X | X | X | X | X | X | X | | US | L-Istati Uniti ta' l-Amerika | US-0 | Il-pajjiż kollu | Ċ | X | X | X | X | X | X | X | X | X | | UY | L-Urugwaj | UY-0 | Il-pajjiż kollu | D | X | X | X | X | X | X | X | X | X | | ZA | L-Affrika t'Isfel | ZA-0 | Il-pajjiż kollu | — | — | — | — | — | — | — | — | — | — | | ZA-1 | Iż-Żona Metropolitana ta' Belt tal-Kap (ara l-kaxxa 2 għad-dettalji) | F | X | — | X | — | — | X | — | — | — | Deċiżjoni Nru 97/10/EC | Kaxxa 1: | SA | L-Għarabja Sawdita | SA-1 | Delimitazzjoni taż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza (KAXXA 1): 1.Provinċja ta' Jizanżona ta' protezzjoni: il-provinċja kollha, ħlief il-parti fit-tramuntana tal-post ta' kontroll tat-triq f'Ash-Shuqaiq fi triq Nru 5 u fit-tramuntana tat-triq Nru 10;żona ta' sorveljanza: il-parti tal-provinċja fit-tramuntana tal-post ta' kontroll tat-triq f'Ash-Shuqaiq fi triq Nru 5, ikkontrollata bil-post ta' kontroll tat-triq f'Al Qahmah, u fit-tramuntana tat-triq Nru 10.2.Provinċja ta' Asirżona ta' protezzjoni: il-parti tal-proviċja ddelinjata mit-triq Nru 10, bejn Ad Darb, Abha u Kamis-Mushayt lejn it-tramuntana, ħlief għall-klabbs ekwestri fil-bażiijiet militari u ta' l-ajru tagħhom, u l-parti tal-provinċja ddelinjata lejn it-tramuntana mit-triq Nru 15 li minn Kamis-Mushayt tagħti għall-fruntiera mal-provinċja ta' Najran u tgħaddi minn Jarash, Al Utfah u Dhahram Al Janoub, u, il-parti tal-provinċja ddelinjata lejn it-tramuntana mit-triq li minn Al Utfah tagħti għal Badr Al Janoub u tgħaddi minn Al Fayd (Provinċja ta' Najran);żona ta' sorveljanza: il-klabbs ekwestri fil-bażiijiet militari u ta' l-ajru tagħhom, il-parti tal-provinċja bejn il-fruntiera taż-żona ta' protezzjoni u t-triq Nru 209 minn Ash-Shuqaiq sal-post ta' kontroll tat-triq Muhayil fit-triq Nru 211, il-parti tal-provinċja bejn il-post ta' kontroll fit-triq Nru 10 fin-nofsinhar ta' Abha, il-belt ta' Abha u l-post ta' kontroll tat-triq Ballasmer 65 km minn Abha fit-triq Nru 15 li tagħti lejn it-tramuntana, il-parti tal-provinċja bejn Khamis-Mushayt u l-post ta' kontroll tat-triq 90 km minn Abha fit-triq Nru 225 għal Samakh u l-post ta' kontroll tat-triq f'Yarah, 90 km minn Abha, fit-triq Nru 10 li tagħti għal Riyadh, u, il-parti tal-provinċja fin-nofsonhar ta' linja virtwali bejn il-post ta' kontroll tat-triq f'Yarah fit-triq Nru 10 u Khashm-Ghurab fit-triq Nru 177 sal-fruntiera tal-provinċja ta' Najran.3.Provinċja ta' Najran:żona ta' protezzjoni: il-parti tal-provinċja ddelinjata mit-triq li tagħti minn Al Utfah (provinċja ta' Asir) għal Badr Al Janoub u għal As Sebt u minn As Sebt matul Wadi Habunah għall-konġunzjoni ma' triq Nru 177 bejn Najran u Riyadh lejn it-tramuntana u minn din il-konġunzjoni permezz ta' triq Nru 177 li tagħti lejn in-nofsinhar għall-konġunzjoni mat-triq Nru 15 minn Najran għal Sharourah, u l-parti tal-provinċja fin-nofsinhar tat-triq Nru 15 bejn Najran u Sharourah u l-fruntiera mal-Jemen;żona ta' sorveljanza: il-parti tal-provinċja fin-nofsinhar ta' linja bejn il-post ta' kontroll tat-triq f'Yarah, fit-triq Nru 10, u Khashm-Ghurab, fit-triq Nru 177, mill-fruntiera tal-provinċja ta' Najran sal-post ta' kontroll tat-triq f'Khashm-Ghurab, 80 km minn Najran, u fil-punent tat-triq Nru 175 li tagħti għal Sharourah. | Kaxxa 2: | ZA | L-Affrika t'Isfel | ZA-1 | Delimitazzjoni taż-żona Metropolitana ta' Belt tal-Kap (ZA-1): Limiti fit-tramuntanaBlaauwberg Road (M14);Limiti fil-lvantKoeberg Road (M14), Plattekloof Road (M14), Awtostrada N7 Highway, N1 Highway u M5 Highway;Limiti fin-nofsinharOttery Road, Prince George's Drive, Wetton Road, Riverstone Road, Tennant Road, Newlands Drive, Paradise Road, Union Drive, Rhodes Drive sa l-istazzjon ta' Newslands Forestry u jaqsam minn ġo Echo Gorge of Table Mountain sa Camps Bay;Limiti fil-punentil-linja tal-kosta minn Camps Bay sa Blaauwberg Road. | -------------------------------------------------- L-ANNESS II Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE hija emendata kif ġej: 1. Il-lista ta' pajjiżi terzi fi Grupp D fl-Anness I hija mibdula b'dan li ġej:"l-Arġentina (AR), il-Barbados (BB), il-Bermuda (BM), il-Bolivja (BO), il-Brażil (1) (BR), iċ-Ċilì (CL), il-Kosta Rika (1) (CR), Kuba (CU), il-Ġamajka (JM), il-Messiku (1) (MX), il-Perù (1) (PE), il-Paragwaj (PY), l-Urugwaj (UY)." 2. Il-lista ta' pajjiżi terzi fi Grupp D fit-titolu taċ-Ċertifikat tas-Saħħa fl-Anness II hija mibdula b'dan li ġej:"l-Arġentina, il-Barbados, il-Bermuda, il-Bolivja, il-Brażil (1), iċ-Ċilì, il-Kosta Rika (1), Kuba, il-Ġamajka, il-Messiku (1), il-Perù (1), il-Paragwaj, l-Urugwaj." --------------------------------------------------