Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0192

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Frar 2004 li taddotta l-pjan ta' xogħol għall-2004 għall-implimentazzjoni tal-programm ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003 sa l-2008), inkluż il-programm ta' xogħol annwali għall-fondiTest b'relevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 60, 27.2.2004, p. 58–70 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/192/oj

    32004D0192



    Official Journal L 060 , 27/02/2004 P. 0058 - 0070


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tal-25 ta' Frar 2004

    li taddotta l-pjan ta' xogħol għall-2004 għall-implimentazzjoni tal-programm ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003 sa l-2008), inkluż il-programm ta' xogħol annwali għall-fondi

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (2004/192/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 110 ta' dan,

    Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jniżżel regolameni dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitàjiet Ewropej [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 166 ta' dan,

    Wara li kunsidrat Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li taddotta programm ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) [3], u b'mod partikolari l-Artikolu 8 ta' dan,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 110 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 jistabbilixxi li fondi huma suġġetti għal program annwali. Li għandu jiġi ppublikat fil-bidu ta' kull sena.

    (2) Skond l-Artikolu 166 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, il-programm ta' xogħol annwali għall-fondi għandu jiġi addottat mill-Kummissjoni u għandu jispeċifika l-att bażiku, l-għanijiet, l-iskeda għas-sejħiet għall-proposti bl-ammont indikat u r-riżultati mistennija.

    (3) Skond l-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Marzu 2003 fuq ir-regoli interni dwar l-implimentazzjoni għall-budget ġenerali tal-Komunità Ewropea (taqsima tal-Kummissjoni), il-programm ta' xogħol annwali għal fondi huwa Deċiżjoni finanzjarja fis-sens ta' l-Artikolu 75 tar-Regolament (KEC, Euratom) Nru 1605/2002 u l-Artikolu 90 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002, basta li dan jikkostitwixxi struttura dettaljata b'mod suffiċjenti.

    (4) L-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE jaħseb għall-addozzjoni mill-Kummissjoni ta' pjan ta' xogħol annwali għall-implimentazzjoni tal-programm, fejn jistabbilixxi prioritajiet u azzjonijiet li għandhom jittieħdu, inkluż l-allokazzjoni ta' riżorsi.

    (5) Il-pjan ta' xogħol għall-2004 għandu għalhekk jiġi addottat.

    (6) Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni maħruga mill-Kumitat tal-Programm,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1.

    Il-pjan ta' xogħol ta' l-2004 għall-implimentazzjoni tal-programm ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003 sa 2008), stabbiliti fl-Anness, ġie addottat.

    Id-Direttorat Ġenerali għall-Protezzjoni tas-Saħħa u l-Konsumatur għandu jippubblika programm ta' kull sena u jiżgura l-implimentazzjoni tiegħu.

    Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Frar 2004.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 248, tas-16.09.2002, p. 1.

    [2] ĠU L 357, tal-31.12.2002, p. 1.

    [3] ĠU L 271, tad-09.10.2002, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008)

    Pjan ta' xogħol 2004

    1. INTRODUZZJONI ĠENERALI

    1.1 Kuntest legali

    Fit-23 ta' Settembru 2002, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill addottaw Deċiżjoni li tistabbilixxi program ta'azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) [1].

    L-għanijiet ġenerali tal-programm huma:

    (a) li jtejbu l-informazzjoni u l-għarfien ta' l-iżvilupp tas-saħħa pubblika;

    (b) li jżidu l-kapacità li jkun hemm rispons mill-ewwel u b'mod koordinat f'każi li jkun hemm theddid għas-saħħa;

    (ċ) li jippromwovu s-saħħa u jipprevenu mard billi jindirizzaw affarijiet li jiddeterminaw is-saħħa f'kull policy u attività.

    Il-programm għalhekk għandu jikkontribwixxi li:

    (a) jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għal saħħet il-bniedem fid-definizzjoni u implimentazzjoni tal-politika u attivitajiet kollha tal-Komunità, permezz tal-promozzjoni ta' strategija ta' saħħa b'mod integrat u intersettorali;

    (b) isolvi inugwaljanzi fis-saħħa;

    (ċ) jinkoraġġixxi kooperazzjoni bejn l-Istati Membri f'oqsma msemmija fl-Artikolu 152 tat-Trattat.

    Dawn l-għanijiet ġenerali għandhom jiġu segwiti permezz ta' l-azzjonijiet imniżżla fl-Anness mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Fl-Artikolu 3, id-Deċiżjoni tistabbilixxi forom differenti ta' attivitajiet sabiex timplimenta l-azzjonijiet taħt ħames intestaturi prinċipali (attivitajiet relattati ma' moniteraġġ u sistema ta' rispons immedjat; attivitajiet fuq determinanti ta' saħħa; attivitajiet relattati ma' leġislazzjoni; attivitajiet relattati ma' konsultazzjoni; għarfien u informazzjoni; promozzjoni ta' koordinazzjoni fuq livell Ewropew ta'organizzazzjonijiet m‘humiex governattivi).

    Dawn l-għanijiet, azzjonijiet u attivitajiet jipprovdu struttura ta' referenza għal pjanijiet ta' xogħol għall-programm, li huma stabbiliti ta' kull sena, u jistabbilixxu azzjonijiet ta' priorità għall-impriżi li jittiehdu, inkluż l-allokazzjoni ta' riżorsi.

    Is-sejħa għall-proposti 2003, bażata fuq il-pjan ta' xogħol għal dik is-sena, attirat 427 applikazzjoni għal proġett li jitlob appoġġ b'total ta' aktar minn EUR 500 miljun, 10 darbiet il-finanzi disponibbli għall-2003. Din hi indikazzjoni ċara ta' interess enormi ġenerat bil-programm ġdid u x-xogħol tal-Komunità Ewropea fis-saħħa pubblika in-ġenerali. Minħabba li nkitbu ħafna żejda, numru limitat biss ta' applikazzjonijiet li daħlu setgħu jiġu appoġġjati bil-finanzi disponibbli għall-2003. Madankollu dawn il-proġetti se jippermettu azzjonijiet effettivi li jiġu żviluppati taħt ħafna mill-oqsma ta' prijorità tal-pjan ta' xogħol. Il-pjan ta' xogħol għal 2004 jimmira li jibni fuq il-fondazzjoni tas-sena li għaddiet.

    Fl-2004 għaxar Stati kandidati ser ikollhom sħubija sħiħa fl-EU u ser jipparteċipaw kompletament fil-programm, mhux biss bħala "osservaturi attivi" fil-laqgħat tal-Kumitat tar-Rappresentanti ta' l-Istati Membri li jassistu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tiżgura mhux biss l-involviment effettiv tagħha imma wkoll dik tat-tliet pajjiżi li applikaw u l-Istati ta' l-EEA/EFTA fl-implimentazzjoni tal-programm.

    1.2. Kuntest tal-politika

    Il-programm tas-saħħa pubblika huwa strument importanti li jsaħħaħ l-iżvilupp ta' l-istrateġija ta' saħħa tal-Komunità. Fl-Artikolu 2(3), id-Deċiżjoni tal-programm tistipula li ser tikkontribwixxi għall-promozzjoni ta' strategija integrata u inter-settorali. Element importanti hu li jiġu żviluppati konnessjonijiet ma' programmi u azzjonijiet relevanti tal-Komunità u ma' inizjattivi reġjonali, sabiex jippromwovu strateġija u jevitaw li jkun hemm repetizzjoni

    Azzjonijiet skond il-programm għandhom jinfurmaw, jappoġġjaw u javanzaw żvilupp u implimentazzjoni tal-politika f'oqsma ta' prijorità fl-istrateġija ta' saħħa tal-Komunità. Il-Kummissjoni taħseb li tippreżenta Komunikazzjoni fl-2004 li tikkonċerna aktar żvilupp ta' din l-istrateġija. Il-programm għandu rwol importanti biex jakkumpanja dan il-proċess. Żvilupp totali tal-politika jinvolvi investituri importanti fil-qasam tas-saħħa, speċjalment permezz tal-Forum tas-Saħħa fl-EU.

    Se jkunu inkoraġġati integrazzjoni u kordinazzjoni bejn proġetti li jgħaqqdu l-azzjonijiet biex jindirizzaw kwistjonijiet speċifici tas-saħħa pubblika. Per eżempju, xogħol fuq informazzjoni u għarfien dwar is-saħħa għandu jappoġġja pjanar kif suppost u jimmira lejn azzjonijiet ta' rispons malajr, u azzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' determinanti tas-saħħa. Se jittieħed vantaġġ mill-attivitajiet tal-partijiet li jaħdmu għall-appoġġ tas-sistema ta' moniteraġġ tas-saħħa li għandha tiġi stabbilita fl-2003, u tal-kumitati u gruppi ta' xogħol li huma stabbiliti fil-qasam ta' theddid għas-saħħa.

    Sinergija u kumplimentarita ser iseħħu bl-impriżi meħuda mill-organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa, bħall-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), il-Kunsill ta' l-Ewropa u l-Organizzazzjoni għal Koperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku (OECD), u koperazzjoni bejniethom ser tiġi aktar imsaħħa fl-implimentazzjoni ta' l-attivitajiet tal-programm. Koperazzjoni mal-pajjiżi terzi ser tiġi wkoll żviluppata, sabiex tinqasam l-esperjenza u l-aħjar prattika.

    Mill-esperjenza tal-pjan ta' xogħol ta' l-2003, ġie deċiż li ma jiġux miġbura flimkien numru ta'azzjonijiet, kif sar is-sena l-oħra, bħala temi diversi, imma l-Kummissjoni hi partikolarment interessata fi proġetti li jindirizzaw l-aġenda ta'inugwaljanza, tgħin fil-proċess ta' tkabbir; tippromwovi l-aħjar prattika fil-qasam tas-saħħa pubblika, issaħħah il-kapacità' tas-saħħa pubblika u prattika u tgħin tipprepara l-istabbiliment taċ-Ċentru ta' l-EU għal Prevenzjoni u Kontroll ta' Mard [2], billi tiżgura l-kontinwità ta' l-appoġġ għal network importanti fil-qasam ta' mard li jittieħed sakemm l-operat ta' dan iċ-Ċentru Ewropew propost jipprovdi budget biex jagħti appoġġ finanzjarju għax-xogħol ta' dawn in-networks.

    Għal informazzjoni u gwida, l-oqsma ta' xogħol li ġejjin ġew identifikati bħala oqsma ta' prijorità għall-2004:

    1. informazzjoni dwar is-saħħa: żvilupp u kordinazzjoni fis-sistema ta'informazzjoni tas-saħħa; tħaddim tas-sistema ta' moniteraġġ tas-saħħa; mekkaniżmu għal rappurtagg u analiżi ta' kwistjonijiet ta' saħħa; produzzjoni ta' rapporti dwar is-saħħa pubblika; titjib ta' l-adeżjoni ma' u t-trasferiment tad-data fuq livell ta' EU (aċċess għas-saħħa pubblika fl-EU) u pjattaformi oħra ta' pubblikazzjoni; eHealth; stima ta' l-impatt tas-saħħa; kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fuq il-politika tas-saħħa;

    2. theddid għas-saħħa: sorveljanza għall-iżvilupp u integrazzjoni; sigurtà ta' demm u organi; strateġiji għall-kontroll ta' reżistenza ta' antimikrobijotiċi; networks u laboratorji għal titjib fil-kwalità; bini ta' kapacità';

    3. determinanti ta' saħħa: tabakk; alkoħol; drogi; nutrizzjoni u attivita fiżika; saħħa sesswali u riproduttiva; saħħa mentali; prevenzjoni ta' korriment; determinanti tas-saħħa ambjentali; determinanti tas-saħħa soċjo-ekonomika; promozzjoni tas-saħħa f'sitwazzjonijiet partikolari; taħriġ fis-saħħa pubblika; prevenzjoni ta' mard, b'mod partikolari mard tal-qalb, kankru u dijabete.

    Is-sitt Programm ta' Struttura tal-Komunità Ewropea għal riċerka [3] tipprevedi għal appoġġ xjentifiku għal politika tal-Komunità. Din ir-riċerka speċifika hi intiża biex tipprovdi appoġġ lil politika li hi immirata speċifikament lejn il-bżonnijiet, skond il-bżonn, konsistenti fid-diversi oqsma tal-politika tal-Komunità u sensittivi biex ibiddlu l-politika. Kompiti ta' priorità ġew żviluppati b'kollaborazzjoni mas-servizzi tal-Komunità inkluż id-Direttorat Ġenerali għal Protezzjoni tas-Saħħa u l-Konsumatur. Il-kompiti b'relevanza għas-saħħa pubblika jistgħu jinstabu fil-programm speċifiku għar-riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni Integrazzjoni u Tisħiħ fil-Qasam tar-Riċerka (2002-2006) [4], taħt it-tieni strat ta' "riċerka orjentata lejn politika", msejħa "Proveddiment ta' saħħa, sigurtà u opportunità għall-poplu ta' l-Ewropa".

    L-oqsma b'relevanza għas-saħħa pubblika taħt "Proveddiment ta' saħħa, sigurtà u opportunità għall-poplu ta' l-Ewropa" huma:

    1.2.1. determinanti tas-saħħa u l-provvediment ta' servizzi ta' kwalità għolja u sostenibbli għall-kura tas-saħħa u sistemi ta' pensjoni (b'mod partikolari fil-kuntest ta' l-eta' u l-bidla demografika);

    1.2.2. kwistjonijiet tas-saħħa pubblika, inkluż epidemjoloġija li tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta' mard u rispons għal mard rari u li jittieħed, allerġiji, proċeduri għal donazzjonijiet siguri ta' demm u organi, metodi ta' test mhux fuq annimali;

    1.2.3. l-impatt ta' kwistjonijiet ta' ambjent fuq is-saħħa (inkluż sigurta fuq ix-xogħol u metodi ta' stima ta' riskju u mitigazzjoni ta' riskji ta' diżastri naturali għan-nies);

    1.2.4. kwistjonijiet relattati mal-protezzjoni ċivili (inklużi sigurtà bijoloġika u protezzjoni mir-riskji li jinqalgħu minn attakki terroristiċi), u amministrazzjoni fi krizi.

    L-intenzjoni hi li r-riċerka li għaddejja f'dawn l-oqsma se tikkomplimenta l-oqsma ta' priorità kif identifikati fil-Pjan ta' Xogħol ta' l-2004 għall-azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika, b'hekk issaħħaħ l-iżvilupp ta' l-istrateġija ta' saħħa tal-Komunità. L-aħħar sejħa għal proposti (it-tielet sejħa) kienet ippubblikata fl-10 ta' Ottubru 2003 u tagħlaq fit-13 ta'Jannar 2004 [5].

    1.3. Allokazzjoni ta' riżorsi

    Azzjonijiet taħt dan il-programm għandhom jikkontribwixxu għal livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u titjib fis-saħħa pubblika. Fondi jistgħu jiġu minn għotjiet għal proġetti w appalti pubbliċi (dawk li jagħmlu l-offerti).

    Dan il-pjan ta' xogħol għandu jagħti idea ġenerali ta' l-azzjonijiet li se jibdew fl-2004. Uħud se jiġu implimentati permezz tas-sejħa għal proposti "Is-Saħħa Pubblika - 2004" li se tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali ta' Frar 2004, bħala data indikattiva. Ir-regoli, kriterji u proċeduri għall-għażla u proġetti finanzjarji biex jiġu implimentati l-azzjonijiet tal-programm stabbiliti fid-dokument "Regoli, kriterji u proċeduri għall-għazla u fondi ta' l-azzjonijiet skond il-programm tas-saħħa pubblika" (ċf. Deċizjoni Ċ(2003) 690 ta' l-10 ta' Marzu 2003 ippublikati fil-ĠU C 62, tal-15.3.2003, partikolarment fit-taqsimiet 1.1, 1.2, 1.3, 2, 3.A, 3.B (14, 15, 16, 17, 19, 20), huma wkoll applikabbli għas-sejħa "Is-Saħħa Pubblika - 2004".

    Applikanti għandhom xahrejn biex jagħtu proposti mid-data ta' pubblikazzjoni għas-sejħa għall-proposti fil-Ġurnal Uffiċjali.

    Huwa stmat li wara dan it-terminu perentorju, jkunu neċessarji ħames xhur oħra biex jitwettqu l-proċeduri kollha li jwasslu għal deċizjoni tal-Kummissjoni fuq għajnuna finanzjarja.

    Sejħiet speċifiċi għal dawk li jagħmlu l-offerti se jiġu pubbikati li jirreferu għal taqsima jew taqsimiet għal pjan ta' xogħol li huma jkopru.

    Il-limitu finanzjarju għall-krediti operazzjonali huwa 17 03 01 01 - Is-Saħħa Pubblika (2003 sa 2008).

    Il-limitu finanzjarju għal krediti amministrattivi huwa 17 01 04 02 - Is-Saħħa Pubblika (2003 sa 2008) - neċessarju għat-tmexxija amministrattiva.

    Il-pakkett finanzjarju tal-programm għall-perjodu 2003 sa 2008 huwa EUR 312 miljun. Il-finanzi disponibbli għall-2004 (rabta) huma stmati għal madwar EUR 58750000 (EU 25) [6] /EUR 52222223 (EU 15). Ma' din l-istima għandu jiġi magħdud:

    - il-kontribut tal-pajjizi EEA/EFTA: stimat għal madwar EUR 1281150 (EU 25) [7] /EUR 1190800 (EU 15),

    - il-kontribut tat-tliet pajjiżi applikanti (l-Bulgarija, r-Rumanija u t-Turkija): stimat għal madwar EUR 1317621 [8].

    L-istima finanzjarja globali għall-2004 hija għalhekk stmata għal madwar EUR 61348771 (EU 25) [9] [10] / EUR 54730644 (EU 15) [11].

    Dan jinkludi kemm riżorsi għall-itima finanzjarja operazzjonali (applikazzjonijiet u sejħiet għal dawk li jagħmlu l-offerti), u riżorsi għall-għajnuna teknika u amministrattiva u spejjeż ta' appoġġ (inklużi arranġamenti strutturali għall-implimentazzjoni tal-programm).

    It-total għall-istima finanzjarja operazzjonali huwa stmat li hu madwar EUR 53720616 (EU 25) [12] [13] /EUR 47942000 (EU 15) [14].

    It-total għall-istima finanzjarja amministrattiva huwa stmat għal madwar EUR 7628155 (EU 25) [15] [16] /EUR 6788644 (EU 15) [17].

    Safejn l-allokazzjoni tar-riżorsi huma konċernati, se jinżamm bilanċ bejn l-oqsma ta' priorità differenti tal-programm. Madankollu, l-ewwel qasam ta' priorità għandu jirċievi ftit aktar mit-tnejn l-oħra sabiex il-pakkett finanzjarju jinqasam f'36 % (b'mod partikolari biex jippermetti azzjoni fuq l-iskambju ta'informazzjoni fuq mard rari), 32 % u 32 % [18]. Din l-istima ġiet riveduta meta mqabbla mal-2003 sabiex jittieħed kont ta’ l-istima finanzjarja li finalment ġiet implimentata għal kull qasam ta' priorità. Din l-istima għandha wkoll tiġi riveduta fid-dawl tan-numru, kwalità u skala ta' proġetti u offerti mitfugħa għall-implimentazzjoni tal-pjan ta' xogħol għal-2004. Huwa propost li jintefaq anqas minn 10 % tal-budget operazzjonali fuq sejħiet għal dawk li jagħmlu l-offerti. L-ammont globali indikattiv għas-sejħa ta' dawk li jagħmlu l-offerti għandu jkun sa EUR 5372062 (EU 25) [19] [20] /EUR 4794200 (EU 15) [21]. Bħala konsegwenza, l-ammont globali indikattiv għas-sejħa ta' proposti huwa stmat għal madwar EUR 48348554 (EU 25) [22] [23] /EUR 43147800 (EU 15) [24].

    Minħabba n-natura komplimentarja u motivazzjonali tas-sejħiet tal-Komunità, mill-anqas 40 % mill-ispejjeż għall-proġetti jridu jiġu mħallsa minn egħjun oħra barra l-programm tas-"Saħħa Pubblika". B'konsegwenza, l-ammont ta' kontribut finanzjarju taħt dan il-programm jista', in-prinċipju, jkun sa 60 % mill-ispejjez eliġibbli għall-proġetti kunsidrati. L-ammont normali huwa x'aktarx anqas minn 60 %.

    Il-Kummissjoni se tiddetermina f'kull każ individwali l-perċentwali massimu li jingħata.

    F'każi eċċezzjonali, madankollu, ko-finanzjar massimu ta' 80 % ta' l-ispejjeż eliġibbli jistgħu jiġu stmati fejn proġett għandu valur addizzjonali Ewropew sinifikanti, li jinvolvi b'mod sostanzjali l-Istati li ser jidħlu u l-pajjiżi applikanti, kif ukoll wara li taw każ ta' temi li jinvolvu iktar minn materja waħda kif stabbiliti hawn fuq.

    Il-perjodu għalkemm kwalunkwe proġett għandu jiġi megħjun b'fondi minn diversi bnadi m'għandux jaqbeż massimu ta' tlett snin, f'każi normali.

    2. OQSMA TA' PRIORITÀ GĦALL-2004

    Sabiex l-affarijiet jiġu ċarati, l-azzjonijiet huma maqsuma f'sezzjonijiet li jikkorrispondu ma'oqsma ta' priorità msejħa fl-1.2: informazzjoni dwar is-saħħa, theddid għas-saħħa u determinanti tas-saħħa. Kull azzjoni tirreferi għall-Artikolu/l-Anness korrispondenti tad-Deċizjoni Nru 1786/2002/KE.

    Il-pjan ta' xogħol għal 2003 kellu jistabbilixxi l-bażi għall-implimentazzjoni ta' program komprensiv għas-saħħa pubblika. Billi l-pjan ta' xogħol huwa kbir ħafna għal dik is-sena, wieħed aktar ristrett għall-2004 ikun aktar adegwat. Fil-pjan ta' xogħol ta' l-2004 ir-riżorsi tal-programm se jkunu konċentrati fuq numru iżgħar ta' prioritajiet importanti u oqsma ta'azzjoni (26 minflok 29). Dawn ġew identifikati billi kunsidraw il-bżonn li jappoġġaw l-azzjonijiet ta' l-Istati Membri u l-koperazzjoni msaħħa fil-kuntest ta' l-UE, obbligazzjonijiet legali u l-implimentazzjoni tagħhom, problemi kbar li ġew identifikati mill-Kunsill Ewropew, il-Kunsill u l-Parlament; u fl-aħħarnett il-bżonn li jiżguraw il-kontinwità ta'attivitajiet mibdija minn programmi preċedenti tas-saħħa pubblika [25] fejn urew b'mod ċar il-valur u r-relevanza ta' dan il-programm ġdid, kif ukoll azzjonijiet li kienu ko-finanzjati taħt is-sejħa għal proposti għal 2003. Madankollu, hu previst li jitnaqqas in-numru ta'oqsma għall-azzjonijiet għal pjanijiet ta' ħidma fil-futur sabiex jiffavorixxu oqsma ta'azzjoni li għalihom ġew magħzula ftit proposti.

    Attivitajiet li huma previsti mill-programm imma li ma ġewx identifikati bħala priorità għall-2004 jistgħu jiġu indirizzati biss jekk jifdal fondi wara li jkunu ġew koperti l-prioritajiet. Il-prioritajiet ta'azzjoni għall-2004 huma dawn li ġejjin:

    2.1. Informazzjoni dwar is-saħħa

    Bini fuq proġetti li jirriżultaw minn sejħiet għal proposti u dawk li jagħmlu l-offerti, appoġġjati fil-programm ta' xogħol fl-2003 fuq l-informazzjoni u għarfien dwar is-saħħa, l-iżvilupp ta' sistema sostenibbli ta'informazzjoni u għarfien fuq livell ta' l-UE għandhom ikomplu. Dan kollu jinvolvi d-definizzjoni, ġbir u skambju ta' data. Il-produzzjoni tas-sistema – inkluż rapporti u analiżi li jiffukaw fuq gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni jew problemi ta' saħħa - se twassal għal materjal relattat ma' politika fuq livell ta' Komunità.

    2.1.1. Żvilupp u kordinazzjoni tas-sistema ta'informazzjoni u għarfien tas-saħħa (L-Artikolu 3(2)(d), l-Anness, punti 1.1, 1.3)

    Din l-azzjoni timmira li tiżviluppa strateġija għall-informazzjoni u għarfien dwar is-saħħa, u toħloq strutturi neċessarji għal kordinazzjoni u pariri li jaħdmu fuq kwistjonijiet dwar it-tkabbir waqt li jikkontribwixxu għall-proċess totali ta' l-ippjanar għall-implimentazzjoni ta' sistema ta'informazzjoni u għarfien dwar is-saħħa. Koperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-WHO, l-osservaturi tagħha u l-OECD, se tinzamm, tissahhah minbarra li tigi implimentata fuq livell prattiku, bil-għan li tissimplifika l-proviżjoni tad-data.

    L-elementi li għandhom jiġu implimentati huma:

    1. li jitħaddem l-"ewwel fażi tas-sett ta' l-indikaturi tas-saħħa ta' l-UE" bil-kollezzjoni tad-data relatata:

    (http://europa.eu.int/comm/health/ph_information/indicators/indic_data_en.htm);

    2. aktar żvilupp tax-xogħol tekniku xjentifiku fuq l-indikaturi tas-saħħa fl-UE u li jtejjeb id-definizzjonijiet ta' l-indikaturi ezistenti;

    3. ikomplu jappoġġaw lin-networks ta' l-awtoritajiet kompetenti fl-informazzjoni u għarfien tas-saħħa, waqt li jiżguraw involviment effettiv tal-pajjiżi li huma involuti fit-tkabbir u organizzazzjonijiet internazzjonali;

    4. jibdew billi jikkoordinaw in-network tal-mexxejja tal-gruppi ta' ħidma (see 2.1.2).

    2.1.2. Iħaddmu s-sistema ta'informazzjoni u għarfien dwar is-saħħa (L-Artikolu 3(2)(d), l-Anness, punti 1.1, 1.4)

    Din l-azzjoni hi immirata biex progressivament tħaddem sistema waħda u dettaljata ta'informazzjoni u għarfien dwar is-saħħa. Is-sistema għandha tkun kapaċi li tintegra informazzjoni u għarfien fuq l-akbar numru ta'oqsma tas-saħħa pubblika skond kif titlob is-sistema.

    Is-sistema se jkollha appoġġ minn serje ta' gruppi ta' ħidma (jew eżistenti jew li se jiġu maħluqa) li jindirizzaw temi speċifiċi fis-saħħa pubblika. Se jkunu żviluppati l-istatistiċi tas-sistema, b'kollaborazzjoni ma' l-Istati Membri, billi jintuża kif hemm bżonn il-programm ta' l-istatistika tal-Komunità biex jippromwovi sinerġija u jiġi evitat iddupplikar. Arranġamenti xierqa għandhom għalhekk isiru bejn il-gruppi ta' ħidma stabbiliti skond dan il-programm u l-istrutturi taħt il-programm ta' l-istatistika tal-Komunità 2003 sa l-2007 [26]. Azzjonijiet konġunti se jsiru għal aktar analiżi fuq data disponibbli, tlestija tad- databases u titjib tal-kwalità u komparabbiltà tad-data. Kordinazzjoni simili se tkun żgurata ma'organizzazzjonijiet internazzjonali oħra konċernati, bħall-WHO u l-OECD.

    - Analiżi ta' xejriet fuq medda ta' żmien għas-"sett ta' l-ewwel fażi ta" indikaturi ta' saħħa fil-UE ' li għalihom hemm data disponibbli fil-Eurostat (ara wkoll:

    (http://europa.eu.int/comm/health/ph_information/indicators/indic_data_en.htm).

    - Jadattaw data minn kollezzjonijiet ta' data ad hoc f'kollezzjoni ta' data regolari bil-għan li jipproduċu xejriet fuq medda ta' żmien għal determinati ta' saħħa.

    - Fil-kuntest ta' grupp ta' ħidma ta' sistema ta' saħħa, jiżviluppaw xogħol fuq kollezzjoni xierqa ta' data biex jappoġġa s-"sett ta' l-ewwel fażi ta' indikaturi importanti ta' saħħa fl-EU".

    - Moduli ta'implimentazzjoni għall-istħarriġ b'Intervista dwar is-Saħħa fl-Ewropa, ghall-"ewwel fażi ta'indikaturi tas-saħħa fl-EU" [27].

    Il-gruppi ta' ħidma li ġejjin huma appoġġjati fl-oqsma li ġejjin:

    1. stil ta' ħajja u determinanti oħra tas-saħħa (inkluż aspetti tas-saħħa sesswali u riproduttiva);

    2. morbidità: (inkluż kanċer u mard rari);

    3. sistemi ta' saħħa (inkluż aspetti ta' prevenzjoni u promozzjoni);

    4. saħħa u ambjent (inkluż postijiet speċifiċi bħal post tax-xogħol, skola u sptar);

    5. saħħa mentali;

    6. inċidenti u korrimenti (inkluż aspetti fejn wieħed ikorri lilu nnifsu, suwiċidju u vjolenza).

    Grupp ta' Ħidma se jiġi mwaqqaf fuq l-indikaturi ta' saħħa fil-Komunità.

    Xogħol fuq networks ta' data u informazzjoni eżistenti fuq livell Ewropew jista' jiġi appoġġjat, jekk jittieħed kont ta' l-attivitajiet diġa' sponsorjati.

    Inugwaljanzi soċjali, fuq aspetti relattati ma' sess u età se jiġu integrati fil-kompiti ta' kull grupp ta' ħidma.

    F'dak li jikkonċerna mard rari (l-Anness 2.3) u l-Grupp ta' Ħidma fuq il-morbidità, mard rari, inkluż dak ta' oriġini ġenetika, mard li jista' jikkawża mewt jew diżabbilità serja li tant għandhom prevalenza baxxa li jirrikjedu sforzi speċjali konġunti. Bħala gwida, prevalenza baxxa hija prevalenza ta' anqas minn ħamsa f'kull 10000 fl-EU. Azzjonijiet ta' priorità ser jinkludu:

    1. skambju ta'informazzjoni permezz tan-networks ta'informazzjoni Ewropej eżistenti fuq mard rari. L-informazzjoni se tinkludi l-isem tal-marda, r-rata ta' prevalenza fil-UE, sinonimi, deskrizzjoni ġenerali tal-marda, sintomi, kawżi, data epidemjoloġika, miżuri ta' prevenzjoni, kura standard (eż. mediċini orfni), riċerka klinika, laboratorji dijanjostiċi u konsultazzjonijiet speċjalizzati, programmi ta' riċerka u egħjun ta' aktar informazzjoni. Id-disponibbilta' ta' din l-informazzjoni se ssir magħrufa, inkluż permezz ta' l-Internet;

    2. żvilupp ta' strateġiji u mekkaniżmi ta' skambju ta' informazzjoni qalb nies affettwati minn mard rari, jew voluntiera u professjonisti involuti, u koordinazzjoni fuq livell ta' Komunità sabiex jinkoraġġixu kontinwità ta' koperazzjoni transnazzjonali.

    2.1.3. Żvilupp ta' mekkaniżmi għal rappurtaġġ u analiżi ta' kwistjonijiet ta' saħħa u produzzjoni ta' rapporti ta' saħħa pubblika (L-Artikolu 3(2)(d), l-Anness, punti 1.3, 1.4)

    Il-kwistjonijiet li ġejjin se jingħataw priorità:

    1. stat ta' saħħa inkluż stil ta' ħajja u determinanti oħra ta' saħħa;

    2. kwistjonijiet relattati mas-saħħa sesswali u riproduttiva;

    3. konsegwenzi ekonomiċi u soċjali ta'inċidenti u korrimenti fl-EU, inkluż ferimenti inflitti mill-persuna nnifisha, suwiċidju u aspetti ta' vjolenza;

    4. l-anzjani u s-saħħa;

    5. saħħa u sess;

    6. tfal u saħħet iż-żgħażagħ;

    7. saħħa u ambjent f'aspetti speċifici;

    8. qgħad, faqar u saħħa.

    Barra minhekk, se jkun hemm kollaborazzjoni kontinwa mal-Health Evidence Network (HEN) immexxija minn aġenzija Ewropea tal-WHO.

    2.1.4. Jitjieb l-aċċess għal u t-trasferiment tad-data fuq livell ta' UE (L-Artikolu 3(2)(d), l-Anness, punti 1.6, 1.7, 1.8)

    L-azzjoni tikkonsisti fil-provvediment ta' pjattaforma ta' teknoloġija flessibbli immirata li ttejjeb l-informazzjoni u l-għarfien tac-cittadini, permezz tal-ħolqien ta' portal għas-saħħa pubblika. Inizjattivi li għandhom jiġu implimentati fl-2004 huma:

    1. network ta'utenti, manteniment u titjib tat-trasferiment kurrenti ta' informazzjoni u sistemi ta' twissija mill-ewwel;

    2. żvilupp ta' sistema ta'aċċess;

    3. manteniment u żvilupp ta' Network ta' Informazzjoni dwar is-Saħħa fl-Unjoni Ewropea (Euphin);

    4. ċirkulazzjoni ta' informazzjoni p\proċessata minn gruppi ta' ħaddiema (ara 2.1.2);

    5. tgħaqqad il-produzzjoni tal-kontentut, in-Network ta' Informazzjoni dwar is-Saħħa Pubblika (Euphin), u portal għas-saħħa;

    6. link ma' inizzjattivi oħra, partikolarment l-inizjattiva farmaċewtika G10.

    2.1.5. eHealth (L-Artikolu 3(2)(d), l-Anness, punti 1.7, 1.8)

    ta' l-azzjoni hi li tippromwovi l-iżvilupp ta' l-eHealth fil-UE, bażata fuq ir-riżultati ta' proġett finanzjati mill-programmi ta' riċerka (ara www.cordis.lu). Għandu jiġu żviluppat b'assoċjazzjoni mill-qrib mal-programm eEurope.

    Permezz ta' l-azzjoni fuq l-informazzjoni u l-għarfien dwar is-saħħa, sistema sostenibbli ta'informazzjoni fuq livell ta' UE għandha tiġi izjed żviluppata. Dan jinvolvi d-definizzjoni, ġbir u skambjar ta' data, bini fuq data disponibbli jew li tista' tiġi miġbura, waqt li jittieħed kont tal-pożizzjoni ta' l-Istati Membri u l-pajjiżi applikanti. Il-prodotti tas-sistema - inklużi rapporti u analiżi li jiffukaw fuq gruppi speċifici tal-popolazzjoni jew ċerti problemi ta' saħħa - għandhom iwasslu għal tnissil ta' politika fuq livell tal-Kommunita'.

    2.1.6. Koperazzjoni bejn l-Istati Membri (L-Artikolu 3(2)(d), l-Anness, punt 1.5)

    L-interkonnessjoni akbar bejn is-sistemi tas-saħħa u l-politika tas-saħħa tqajjem ħafna kwistjonijiet ta' politika dwar saħħa u skop għall-iżvilupp ta' koperazzjoni bejn l-Istati Membri. Fl-2004, xogħol se jiġi appoġġjat waqt li jittieħed kont tal-proċess ta' livell għoli ta' riflessjoni fuq il-mobbilità tal-pazjent u l-iżviluppi tas-sistema tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea.

    L-azzjonijiet li ġejjin se jieħdu priorità:

    1. Assigurazzjoni ta' kwalità fl-Ewropa: dan ix-xogħol għandu jieħu qabda ta'attivitajiet u inizjattivi relattati ma' sistemi ta'assigurazzjoni ta' kwalità, titjib u akkreditazzjoni madwar l-Ewropa, u jiżviluppaw perspettivi għal networks u kollaborazzjoni b'mod partikolari fuq livell ta' UE li fl-istess hin ikopri s-sigurtà tal-pazjent;

    2. Proġetti piloti għal koperazzjoni barra mill-fruntieri fis-servizzi tas-saħħa: l-intenzjoni hi li tingħata għajnuna biex tiġi żviluppata l-koperazzjoni, b'mod partikolari fir-reġjuni mal-fruntieri, billi din qatt ma kienet ġiet żviluppata qabel, u li tidentifika benefiċċji u problemi potenzali assoċjati ma' din il-koperazzjoni;

    3. Kwistjonijiet relattati mal-moviment ta' professjonisti tas-saħħa: kien hemm ftit biża' li l-moviment tal-professjonisti tas-saħħa jista' jkollu effetti mhux intenzjonati kemm fuq is-sistemi ta' saħħa u fuq l-istatus ta' saħħa fil-pajjiżi li jibgħatu u li jirċievu. Proġetti għandhom jidentifikaw diffikultajiet potenzali li jinqalgħu, partikolarment fil-każ ta' ri-akkreditazzjoni stabbilita u sistemi ta'assigurazzjoni ta' kwalità;

    4. Ekonomija u saħħa: kontribut għal għarfien ahjar ta' jekk, għaliex u kif wiehed jinvesti fis-saħħa mas-setturi kollha għandu beneficcju ekonomiku biex jipprovdu kontribut ta' kunċett importanti lix-xogħol fuq is-saħħa tal-Komunità. Azzjonijiet għandhom ikunu immirati biex isaħħu l-għarfien ta' dawn il-kuntatti, u għandhom jiġu żviluppati b'koperazzjoni mill-qrib ma' organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti oħra.

    2.1.7. Stima ta'impatt fuq is-saħħa (L-Artikolu 3(2)(ċ), l-Anness, punt 1.5)

    Għan importanti tal-programm hu li jiżviluppaw għarfien aħjar ta' l-effetti tal-politika u l-azzjonijiet tal-Komunità fuq is-saħħa. Mezzi effettivi huma bżonnjuzi biex jiżguraw li huma jappoġġaw is-saħħa u li l-benefiċċji tas-saħħa jsiru skop ewlieni, u jsir integrat fl-iżvilupp tal-politika.

    Serje ta' studji piloti fuq l-impatt fuq is-saħħa ta'azzjonijiet u inizzjattivi partikolari tal-Komunità (inkluża s-saħħa mentali), filwaqt li jenfasizzaw ukoll tagħlim fil-proċess tat-tmexxija ta' l-istudji, se jiġu appoġġjati fl-2004. Dawn għandhom ikopru partikolarment oqsma ta' politika b'konnessjoni ċara ma' determinanti importanti tas-saħħa, bħall-agrikoltura u n-nutrizzjoni, t-taxxa u l-kummerċ.

    2.2. Rispons mill-ewwel u b'mod kordinat għal theddid għas-saħħa

    Attivitajiet taħt din is-sezzjoni huma immirati li jappoġġaw l-iżvilupp u l-integrazzjoni ta' sistemi sostenibbli u sostenuti mill-Istati Membri għal ġbir, validazzjoni, analizzar u tixrid ta' data u informazzjoni li jindirizzaw il-bżonnijiet għall-preparazzjoni u r-rispons mill-ewwel għal theddid għas-saħħa pubblika u emerġenzi. Huma għandhom jgħinu partikolarment fil-koperazzjoni man-network tal-Komunità fuq mard li jittieħed [28] u f‘leġislazzjonijiet oħra tal-Komunità fuq is-saħħa pubblika, jappoġġaw il-dimensjoni tal-Kommunita Ewropea fuq proġetti relevanti, jappoġġaw l-estensjoni ta' l-iskop ta' proġetti ezistenti li jkopru l-Istati Membri kollha, kandidati jew applikanti, u l-pajjizi ta' l-EEA/EFTA u jippromwovu l-evalwazzjoni, razzjonalizzazzjoni u l-integrazzjoni ta' l-arranġamenti eżistenti għal networks u forom oħra ta' kollaborazzjoni.

    Attivitajiet oħra komplimentarji essenzali (informazzjoni pubblika, prevenzjoni, edukazzjoni), eż. fuq HIV/AIDS u mard li huma trasmessi sesswalment, jaqgħu taħt taqsima oħra ta' dan il-pjan ta' xogħol.

    Attivitajiet rigward il-ġlieda kontra t-theddid tat-tixrid deliberat ta'aġenti bioloġiċi ser isiru ma' attivitajiet li għaddejjin fuq mard li jittieħed. Dawn u l-attivitajiet fuq it-tixrid deliberat ta'aġenti kimiċi qed jiġu żviluppati wara l-konklużjonijiet tal-Ministri tas-Saħħa tal-15 ta' Novembru ta' l-2001 u l-konsegwenti "Programm ta' koperazzjoni fuq il-preparament u r-rispons għal attakki bioloġiċi u kimiċi" (sigurtà tas-saħħa). Il-kalendarju għall-implimentazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet ġie estiż għal perjodu ieħor ta' 18-il xahar minn Mejju 2003 wara l-ftehim tal-Kumitat tas-Sigurtà tas-Saħħa.

    2.2.1. Sorveljanza (L-Artikolu 3(2)(a), l-Anness - punt 2.1)

    L-għan hu li jiffaċilita u jaċċellera l-koperazzjoni fin-networks tal-Komunità fuq is-sorveljanza epidemjoloġika u kontroll fuq mard li jittieħed. Attivitajiet għandhom jiġu ispirati mill-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi stabbilit Centru Ewropew għal Prevenzjoni u Kontroll ta' Mard (ċf. in-nota f'qiegħ il-paġna 2). Priorità se tingħata lil networks emerġenti biex isiru iktar faċli li jitmexxew bir-riżorsi eżistenti u jistabbilixxu network ta' sorveljanza li jindirizzaw b'mod integrat mard u aġenti ta' priorità. Barra minn hekk, appoġġ se jingħata għall-evalwazzjoni u irranġar ta' networks eżistenti biex itejbu l-kwalità u l-komparabbiltà tad-data u jestendu l-iskop tagħhom (ikopru aktar mard/patoġeni) u l-firxa tagħhom (inklużi l-pajjiżi kandidati u applikanti u EEA/EFTA).

    2.2.2. Skambju ta'informazzjoni fuq strateġiji ta' tilqim (L-Artikolu 3(2)(a), l-Anness, punti 2.4, 2.5)

    L-għan hu li jippromwovu prattiċi tajbin fil-qasam tal-prioritajiet tat-tilqim, pjanar strateġiku u teħid ta' deċizjonijiet (ibbażata fuq provi xjentifiċi u razzjonali) fil-politika tat-tilqim u strateġiji ta' preparazzjoni (bħal tilqim ta' qabel l-avveniment u ħażniet), għal theddid serju ta saħħa bħal pandemija ta'influenza u bioterroriżmu.

    2.2.3. Sigurtà tas-saħħa u preparazzjoni (L-Artikolu 3(2)(a), l-Anness, punt 2.4)

    Din l-azzjoni hi immirata biex tiżviluppa metodi u strateġiji biex jippreparaw l-Istati Membri, il-pajjiżi kandidati, applikanti u ta' l-EEA/EFTA u l-Komunità bħala waħda, għal theddid potenzali ta' tixrid deliberat ta'aġenti bioloġiċi u kimiċi. Priorità se tingħata lil:

    1. kollaborazzjoni fuq dijanjostiċi f'laboratorju għal aġenti bijoloġiċi;

    2. esplorazzjoni tal-possibiltà tat-twaqqif ta' sistema ta' sorveljanza għal sindromi kawzati minn kimiċi reġistrati minn ċentri dwar veleni, u għall-iskopertà ta' kimiċi li jistgħu jintużaw f'attakki;

    3. dekontaminazzjoni ta' sistemi ta' ventilazzjoni u dekontaminazzjoni ta' sistemi ta' l-ilma wara attakk b'aġent bioloġiku/kimiku;

    2.2.4. Sigurtà tad-demm, tessuti u organi (L-Artikolu 3(2)(a), l-Anness, punti 2.6, 2.7)

    L-azzjoni ta' priorità relattata mad-demm skond il-pjan ta' xogħol hi immirata biex tappoġġja l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' programmi ta'amministrazzjoni ta' kwalità sabiex itejbu s-sigurtà tad-donazzjonijiet tad-demm li għandhom jiġu trasportati barra mill-Komunità.

    Il-priorità fuq l-organi hi immirata biex tiżviluppa strateġija għall-EU sabiex tqajjem kuxjenza u żżid in-numru ta'organi li jistgħu jintużaw għal trapjanti.

    2.2.5. Reżistenza antimikrobijotika (L-Artikolu 3(2)(a), l-Anness, punt 2.9)

    Attivitajiet għandhom jappoġġaw l-"Istrateġija kontra r-reżistenza antimikrobijotika" kif stabbilita f'Komunikazzjoni tal-Kummissjoni f'Lulju 2001 [29]. Priorità għandha tingħata lill-iżvilupp ta' prinċipji u linji gwida għall-aħjar prattika fuq l-użu prudenti ta'aġenti mikrobijotiċi fil-mediċina umana flimkien ma' l-awtoritajiet kompetenti u lill-attivitajiet li jħaddnu programmi ta'edukazzjoni u intervent immirati għal professjonisti tas-saħħa u sptarijiet biex jiġġieldu kontra r-reżistenza antimikrobijotika.

    2.2.6. Appoġġ tan-networking tal-laboratorji (L-Artikolu 3(2)(a), l-Anness, punt 2.4)

    Din l-azzjoni hi immirata li tappoġġja networking u koperazzjoni bejn il-laboratorji Ewropej; u li tippromwovi assigurazzjoni ta' kwalità, implimentazzjoni ta' skemi ta' akkreditazzjoni u standardizzar tal-metodi tal-laboratorju sabiex jiżguraw komparabbiltà tad-data. Priorità se tingħata lill-assigurazzjoni ta' kwalità esterna ta' laboratorji mikrobijoġiċi, titjib fil-kwalità, stima ta' profiċjenza u skemi ta'akkreditazzjoni biex jiġu żviluppati networks ta' laboratorji ta' referenza u jżidu l-kapaċitajiet tal-laboratorji tas-saħħa pubblika.

    2.2.7. Bini ta' kapaċita' (L-Artikolu 3(2)(a), l-Anness, punt 2.2)

    Din l-azzjoni hi immirata biex issaħħaħ il-koperazzjoni fuq livell tal-Komunità billi jiżviluppaw u jestendu lejn il-pajjiżi kandidati, applikanti u mill-EEA/EFTA fil-kapaċita Ewropea li jipprovdu esperti tas-saħħa pubblika meta jagħmlu rispons. Hi immirata li tipprovdi taħriġ, metodoloġija komuni u esperjenza mill-qrib fl-epidemjoloġija investigattiva, approċċ sħih għas-saħħa pubblika u metodi ta' teknika u analizi moderni ta' laboratorju.

    2.3. Determinanti ta' saħħa

    Li jsir xogħol dwar id-determinanti kbar tas-saħħa huwa ta' potenzal kbir biex titnaqqas il-problema tal-mard u jkun hemm promozzjoni tas-saħħa tal-popolazzjoni ġenerali. Determinanti ta' saħħa jistgħu jiġu kategorizzati bħala mġieba u stil ta' ħajja personali, influwenzi fi ħdan il-Komunitàjiet li jistgħu isostnu jew iħassru s-saħħa, kundizzjonijiet ta' għajxien u xogħol u aċċess għas-servizzi tas-saħħa u kundizzjonijiet soċjo-ekonomiċi ġenerali, kulturali u ambjentali.

    Xogħol effettiv fuq sejħiet ta' determinanti ta' saħħa għal varjeta' ta'atteggjamenti. Għal ċertu determinanti, atteggjament lejn sitwazzjonijiet ġie pruvat li jkun partikolarment effettiv. Per eżempju, l-ħolqien ta'ambjenti ta' appoġġ fil-Komunitàjiet jista' jsaħħaħ il-kapital soċjali u jiffaċilità l-imġieba kif xieraq għas-saħħa. Is-servizzi għall-ħarsien tas-saħħa huma kemm kontributuri importanti għas-saħħa, kif ukoll mezzi ta' promozzjoni tas-saħħa u prevenzjoni ta' mard. B'mod simili, l-enfasi fuq is-sitwazzjonijiet ta' saħħa individwali kultant tista' tkun l-aħjar mod kif jintlaħqu riżultati konkreti. Madankollu, jkun aħjar jekk id-determinanti usa tas-saħħa jiġu trattati permezz ta' inizjattivi ta' politika fuq livell iktar ġenerali.

    Hemm żewġ għanijiet għall-azzjoni tal-Komunità f'dan il-qasam. L-ewwelnett, li jinkoraġġixxu u jappoġġaw l-iżvilupp ta'azzjoniiet u networks għall-ġbir, provvediment u skambju ta' informazzjoni sabiex issir stima u żvilupp tal-politika, strateġiji u miżuri tal-Komunità bil-għan li jiġu stabbiliti interventi effettivi immirati li jieħdu ħsieb tad-determinanti tas-saħħa. It-tieni nett, li jippromwovu u jistimulaw l-isforzi tal-pajjiżi f'dan il-qasam, per eżempju, billi jiżviluppaw proġetti innovattivi li jservu ta'eżempji ta' prattika effettiva.

    Il-prinċipji li ġejjin japplikaw għall-azzjonijiet imniżżla hawn taħt. L-ewwelnett, fejn possibli, l-esperjenza gwadanjata mill-programmi preċedenti tas-saħħa pubblika tal-Komunità u l-iffinanzjar preċedenti taħt dan il-programm se jintuzaw biex wieħed jibni fuqhom. It-tieni, il-fatturi soċjo-ekonomiċi huma raġuni importanti għall-varjazzjoni fl-istat ta' saħħa madwar l-Ewropa. Minbarra l-azzjonijiet speċifiċi meħuda f'dan il-qasam (kif spjegat f'2.3.9 hawn taħt), dawn il-fatturi se jiġu kunsidrati fl-azzjonijiet kollha mirati li jkollhom x'jaqsmu ma' determinanti tas-saħħa li huma relattati ma' l-istil ta' ħajja. Fl-aħħarnett, jittieħed kont ta' l-atteggjamenti lejn iċ-ċiklu tal-ħajja – u b'mod partikolari l-problemi relattati mal-popolazzjoni anzjana – meta jindirizzaw determinanti tas-saħħa.

    Il-prioritajiet identifikati għall-2004 huma li ġejjin:

    DIPENDENZA

    2.3.1. Tabakk (L-Artikolu 3(2)(b), l-Anness, punt 3.1)

    Inkoraġġiment u appoġġ tal-miżuri li jikkontrollaw it-tabakk u mezzi ta' prevenzjoni tat-tabakk.

    2.3.1.1. Prevenzjoni u waqfien mit-tipjip

    1. Politika u l-aħjar prattiċi fuq il-waqfien tat-tipjip u edukazzjoni fuq is-saħħa

    2. Promozzjoni ta' strateġiji immirati biex jipproteġu l-popolazzjoni fir-riskju tat-tipjip passiv

    3. Promozzjoni ta' strateġiji biex jitneħħa t-tipjip min-norma, inklużi strateġiji u miżuri biex titnaqqas il-prevalenza tat-tipjip

    4. Promozzjoni tar-rwol pozittiv li l-professjonisti fil-kura tas-saħħa jista' jkollhom f'politika ta' prevenzjoni u l-waqfien mit-tipjip

    Dawn l-azzjonijiet se jiġu żviluppati b'kordinazzjoni ma' l-attivitajiet li għaddejjin fl-istruttura tal-Fond tat-Tabakk tal-Komunità, biex jevitaw duplikazzjoni u joħolqu sinerġija.

    2.3.1.2. Miżuri leġislattivi

    Programm leġislattiv dettaljat huwa parti mill-istrateġija totali tal-Kummissjoni biex tqis it-tipjip bħala determinant importanti tas-saħħa. Sa l-aħħar ta' l-2004, dan il-programm leġislattiv jinkludi l-eżami tal-possibilta' ta' strument leġislattiv fil-futur fuq ingredjenti u deċiżjonijiet/regolamenti tal-Kummissjoni fuq metodi ta' miżuri, twissija ta' saħħa flimkien ma‘ immarkar u traċċar.

    Barra minnhekk, il-Kummissjoni trid tagħmel rapport fuq l-applikazzjoni tad-Direttiva' tal-Prodotti tat-Tabakk [30].

    Il-Kummissjoni se ssegwi mill-qrib l-implimentazzjoni tad-Direttiva tar-Riklamar tat-Tabakk [31] u tipproponi l-emendi neċessarji fid-Direttiva.

    Barra minn hekk, wara li firmat il-Konvenzjoni ta' Struttura tal-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk, il-Kummissjoni tieħu sehem b'mod attiv fix-xogħlijiet tal-grupp intergovernattiv li jkun imwaqqaf bi skop miftuħ biex jipprepara l-ewwel sessjoni tal-konferenza tal-partijiet.

    Hemm bżonn li tiġi stabbilita u dokumentata bażi xjentifika solida għal kull strument legali fil-qasam tal-kontroll tat-tabakk. Barra minhekk, ix-xogħol preparatorju għall-legislatura futura għandu bżonn jiġi ntensifikat. Għal dawn ir-raġunijiet, għandhom jittiehdu azzjonijiet fl-oqsma li ġejjin, inkluż għas-sejħiet għall-offerti:

    1. Kollezzjoni ta' data legali, pariri xjentifiċi u tekniċi għal

    - l-elaborazzjoni ta' proposta għal ingredjenti għal kordinazzjoni kompleta max-xogħol fuq ingredjenti li diġà qed iseħħu fiċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunt tal-Kummissjoni,

    - preparazzjoni tad-Deċiżjonijiet/regolamenti fuq il-metodi ta' kejl,

    - preparazzjoni ta' Deċiżjoni/regolamenti fuq twissijiet dwar is-saħħa,

    - preparazzjoni ta' Deċiżjoni/regolamenti fuq immarkar/traċċar.

    2. Analizzar tal-legislazzjoni ta' l-Istati Membri rigward l-isponsorjar fil-jew tal-medja stampata u s-servizzi tas-soċjetà ta' l-informazzjoni bil-għan li jippromwovu prodotti tat-tabakk.

    3. Stima tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri rigward ir-riklamar indirett u l-isponsorjar ta' l-avvenimenti jew l-attivitajiet mingħajr effetti li ma jkunux limitati mill-fruntieri.

    2.3.2. Alkohol (L-Artikolu 3(2)(b), l-Anness, punt 3.1)

    Sabiex jikkumbattu l-problemi soċjali u ta' saħħa kawżati mill-alkoħol, li hu wieħed mill-aktar determinanti tas-saħħa importanti fil-Komunità, prattici ta' riklamar għandhom jiġu indirizzati billi jagħmlu stima ta' l-infurzar ta' liġijiet nazzjonali u regolazzjoni awtomatika fuq ir-riklamar u l-bejgħ ta' xorb alkoholiku fl-Istati Membri.

    2.3.3. Drogi (L-Artikolu 3(2)(b), l-Anness, punt 3.1)

    Sabiex tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2003 fuq il-prevenzjoni u t-tnaqqis ta' dannu relattat mas-saħħa assoċjata mad-dipendenza fuq id-droga, l-iżvilupp ta' inventarju ta'attivitajiet b'koperazzjoni ma' l-EMCDDA [32] se jkompli.

    Proposti li jinvolvu atteggjament lejn stil ta' ħajja li jindirizza abbuż ta' kull sustanza bil-potenzal għal vizzju, speċjalment f'postijiet ta' divertiment (eż. nightclubs) u ħabsijiet se jiġu mħeġġa. Enfasi speċifika se tingħata lill-azzjonijiet li jiżviluppaw l-aħjar prattiċi, tixrid ta' informazzjoni u titjib ta' komunikazzjoni f'dawn l-oqsma permezz ta' metodi moderni ta' komunikazzjoni.

    SAĦĦA POŻITTIVA

    2.3.4. Ikel u attività fiżika (L-Artikolu 3(2)(b), l-Anness, punt 3.1)

    L-iżvilupp ta' xogħol biex tiġi identifikata l-aħjar prattika ta' xogħol u l-progress ta' strateġiji koerenti fuq l-ikel u l-attività fiżika fil-Komunità, li għandu jipprovdi rakkomandazzjonijiet u appoġġ lill-Istati Membri. L-enfasi se tkun fuq miżuri innovattivi u atteggjamenti biex jitjiebu d-drawwiet ta' dieta, piż żejjed u ħxuna, u drawwiet ta'attività fiżika fil-gruppi kollha tal-popolazzjoni.

    Fl-2004, l-azzjonijiet li ġejjin jistgħu jiġu appoġġjati:

    1. identifikar, networking u tixrid ta' l-aħjar prattika fuq strateġiji u azzjonijiet li jaħdmu kontra l-piż żejjed u l-obesità;

    2. identifikar, networking u tixrid ta' l-aħjar prattika fuq strateġiji u azzjonijiet li jappoġġjaw l-attività fiżika;

    3. inklużi aspetti ta' ikel u attività fiżika fis-sillabi ta' taħriġ lill-għalliema, professjonisti fis-saħħa u ħaddiema fir-ristoranti/lukandi.

    Għandu jkun hemm enfasi fuq evalwazzjoni proprja tar-riżultati ta' l-interventi.

    2.3.5. Saħħa sesswali u riproduttiva (L-Artikolu 3(2)(b), l-Anness, punt 3.1)

    Filwaqt li wieħed iżomm f'rasu l-informazzjoni mis-sistema ta' moniteraġġ tas-saħħa, għandhom jiġu żviluppati strategiji ta' promozzjoni ta' saħħa u jiġu definiti l-aħjar prattiċi biex jindirizzaw edukazzjoni sesswali (tqala fl-adoloxxenti, ippjanar tal-familja) u l-prevenzjoni ta' mard li jittieħed sesswalment bħal HIV/AIDS, inkluż konsiderazzjoni ta' l-approċċ fl-iskejjel u dawk immirati lejn gruppi speċifici.

    2.3.6. Saħħa mentali (L-Artikolu 3(2)(b), l-Anness, punt 3.1)

    Il-programm tal-promozzjoni tas-saħħa appoġġja serje ta' proġetti u interventi relattati mas-saħħa mentali u l-Kunsill addotta Konklużjonijiet dwar il-promozzjoni tas-saħħa mentali [33].

    Ukoll, fis-sezzjoni ta' l-informazzjoni tas-saħħa fil-programm kurrenti tas-saħħa pubblika, grupp speċifiku ta' ħidma ġie stabbilit biex jiffoka fuq ġbir u tixrid ta' data u informazzjoni relattata mas-saħħa mentali.

    Filwaqt li wieħed jibni fuq l-aħjar prattiċi eżistenti, l-iżvilupp ta' strateġiji għall-implimentazzjoni ta' interventi f'sitwazzjonijiet relevanti immirati biex jippromwovu s-saħħa mentali ser ikun appoġġjat finanzjarment, b'enfasi li jiġu evitati s-suwiċidji u d-dipressjoni. Ser ikun emfasi speċifiku fuq mard relattat ma' disturbi tal-prattiċi ta' l-ikel (anoressja, bulimja) u l-prevenzjoni tagħhom fiż-żgħażagħ, kif ukoll ħolqien ta'ambjent ta'appoġġ (inkluża l-promozzjoni tas-saħħa mentali fil-familji).

    2.3.7. Prevenzjoni ta' korriment (L-Artikolu 3(2)(b), l-Anness, punt 3.1)

    Il-korrimenti huma sfida kbira u kawża ta' mewt u invalidità partikolarment qalb it-tfal, l-adolexxenti u l-anzjani. Fl-2004, għandu jsir inventarju bażat fuq provi ta' l-aħjar prattika u politika effiċjenti.

    DETERMINANTI SOĊJALI U AMBJENTALI

    2.3.8. Determinanti tas-saħħa fl-ambjent (L-Artikolu 3(2)(b), l-Anness, punt 3.1)

    Ix-xogħol fuq id-determinati tas-saħħa fl-ambjent għandu jikkunsidra l-istrateġija Ewropea għas-saħħa u l-ambjent kif stabbilit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Ġunju 2003 [34].

    Għanda tingħata priorità fl-2004 lill-azzjonijiet li jappoġġaw l-iżvilupp ta' politika u strateġiji favur is-saħħa u l-ambjent, u l-integrazzjoni ta'affarijiet li jikkonċernaw is-saħħa u l-ambjent f'politika tal-Komunità f'oqsma oħra. Ser ikun hemm enfasi speċjali fuq il-provvediment ta' pariri u ħila esperta biex jiġu żviluppati attivitajiet, inkluż xogħol leġislattiv u inizjattivi oħrajn fuq aspetti ta' saħħa relattati ma' l-ambjent, b'mod partikolari t-tniġġiz ta' l-arja (inkluż it-tniggiz ta' l-arja ta' ġewwa) u elettromanjetiżmu [35].

    2.3.9. Determinanti soċjo-ekonomiċi tas-saħħa (L-Artikolu 3(2)(b), l-Anness, punt 3.2)

    Id-determinanti soċjo-ekonomiċi ser jibqgħu priorità kbira fil-programm. Fl-2004, ix-xogħol se jibqa' appoġġjat għal:

    1. identifikar ta' strateġiji effettivi biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi fis-saħħa u l-impatt ta' determinanti soċjo-ekonomiċi fuq is-saħħa f'każi speċifiċi u għal gruppi ta' nies li huma partikolarment affettwati, b'mod partikolari min hu eskluż soċjalment, minoritajiet u emigranti;

    2. żvilupp ta' xogħol fuq strateġiji li jindirizzaw l-effetti fuq is-saħħa tal-qgħad u kundizzjonijiet prekarji ta' xogħol.

    2.3.10. Promozzjoni ta' saħħa f'ċirkustanzi partikolari (L-Artikolu 3(2)(b), l-Anness, punt 3.5)

    1. Promozzjoni ta' saħħa fl-iskejjel permezz tan-network Ewropew ta' skejjel li jippromwovu s-saħħa b'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, Kunsill ta' l-Ewropa u l-WHO. L-enfasi se tkun sabiex l-iskejjel kollha jibbenefikaw mix-xogħol li qed jiġi żviluppat u l-aħjar prattika min-network, itejbu l-firxa tan-network u jiżviluppaw aktar l-aħjar prattiċi f'oqsma konkreti.

    2. Tiġi promossa s-saħħa fuq il-post tax-xogħol billi wieħed isaħħaħ in-networking u l-kollaborazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet relevanti. Jiġu żviluppati strateġiji ta'implementazzjoni li jiffukaw fuq l-Iżvilupp sostenibbli tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol u titjieb l-implimentazzjoni f'setturi ekonomiċi varji fl-IStati Membri, skond mudelli magħrufa ta' l-aħjar prattiku tal-promozzjoni tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol. Issir enfasi partikolari fuq il-ħolqien ta' ambjent bla duħħan fuq il-post tax-xogħol.

    2.3.11. Taħriġ fis-saħħa pubblika (L-Artikolu 3(2)(b), l-Anness, punt 3.6)

    Fl-2004, ser tingħata priorità lill-koperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet edukattivi fuq il-kontenut ta' korsijiet ta' taħriġ u l-appoġġ ta' żvilupp ta' korsijiet ta' taħriġ komuni għall-Ewropa fil-qasam tas-saħħa pubblika, billi wieħed jibni fuq inizzjattivi bħall-programm ta' Masters Ewropew fis-saħħa pubblika u l-programm ta' taħriġ għall-epidemjoloġija intervenzjonali (EPIET).

    2.3.12. Prevenzjoni ta' mard (L-Artikolu 3(2)(b), l-Anness, punt 3.1)

    Se ssir analiżi komprensiva kif ukoll inventarju u żvilupp futur ta' linji gwida preżenti u rakkomandazzjonijiet ta' l-aħjar prattika u perspettivi għall-kunsiderazzjoni futura ta' mard b'relevanza għas-saħħa pubblika, bħall-kanċer [36], mard kardjovaskolari u d-dijabete, mibnija fuq il-progress ta' programmi antiki tas-saħħa pubblika.

    [1] Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li taddotta program ta'azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) (ĠU L 271, tad-9.10.2002, p. 1).

    [2] Proposta' għar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u Kontroll ta' Mard (COM(2003) 441 finali - COD (2003) 174).

    [3] Deċiżjoni Nru 1513/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 (ĠU L 232, tad-29.8.2002, p. 1).

    [4] ĠU C 243, ta' l-10.10.2003, p. 85. Link għat-tielet sejha FP6 dwar riċerka orjentata lejn l-ippjanar ta' politika fuq CORDIS: http://fp6.cordis.lu/fp6/call_details.cfm?CALL_ID = 83.

    [5] Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2002 li taddotta program ta'azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) (ĠU L 271, tad-9.10.2002, p. 1).

    [6] Ammont indikattiv, skond l-approvazzjoni ta' l-Awtorità ta' l-Estimi Finanzjarji.

    [7] Proposta' għar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u Kontroll ta' Mard (COM(2003) 441 finali - COD (2003) 174).

    [8] Ammont indikattiv: din il-figura hija ammont massimu u tiddependi fuq l-ammont effettiv tal-kontribut imħallas mill-pajjiżi kandidati.

    [9] Proposta' għar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u Kontroll ta' Mard (COM(2003) 441 finali - COD (2003) 174).

    [10] Deċiżjoni Nru 1513/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 (ĠU L 232, tad-29.8.2002, p. 1).

    [11] Deċiżjoni Nru 1513/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 (ĠU L 232, tad-29.8.2002, p. 1).

    [12] Proposta' għar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u Kontroll ta' Mard (COM(2003) 441 finali - COD (2003) 174).

    [13] Deċiżjoni Nru 1513/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 (ĠU L 232, tad-29.8.2002, p. 1).

    [14] Deċiżjoni Nru 1513/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 (ĠU L 232, tad-29.8.2002, p. 1).

    [15] Proposta' għar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u Kontroll ta' Mard (COM(2003) 441 finali - COD (2003) 174).

    [16] Deċiżjoni Nru 1513/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 (ĠU L 232, tad-29.8.2002, p. 1).

    [17] Deċiżjoni Nru 1513/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 (ĠU L 232, tad-29.8.2002, p. 1).

    [18] Kull waħda minn dawn il-perċentwali tvarja sa limitu ta' 20 %.

    [19] Proposta' għar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u Kontroll ta' Mard (COM(2003) 441 finali - COD (2003) 174).

    [20] Deċiżjoni Nru 1513/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 (ĠU L 232, tad-29.8.2002, p. 1).

    [21] Deċiżjoni Nru 1513/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 (ĠU L 232, tad-29.8.2002, p. 1).

    [22] Proposta' għar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u Kontroll ta' Mard (COM(2003) 441 finali - COD (2003) 174).

    [23] Deċiżjoni Nru 1513/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 (ĠU L 232, tad-29.8.2002, p. 1).

    [24] Deċiżjoni Nru 1513/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 (ĠU L 232, tad-29.8.2002, p. 1).

    [25] Id-Deċiżjoni nru 645/96KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Marzu 1996 li adottat programm ta'azzjoni Komunitarja dwar Promozzjoni, Informazzjoni, Edukazzjoni u taħriġ sanitarji, fil-kwadru ta' azzjoni fil-qasam ta' saħħa pubblika (1996/2000) (ĠU L 95, tas-16.4.1996, p. 1).

    [26] Id-Deċiżjoni Nru 2367/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 202 dwar il-programm statistiku Komunitarju 2003 sa 2007 (ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 1.)

    [27] Ir-Riċerka Ewropea dwar is-Saħħa permezz ta' intervisti hija qasam ta' azzjoni biex jiġu provduti statistiċi u indikaturi għall-Istati Membri għall-pajjiżi li jaderixxu, għall-pajjiżi li japplikaw u għall-pajjiżi EFTA/ŻEE. Din l-informazzjoni tista tkun ibbażata fuq intervisti.

    [28] Id-Deċiżjoni Nru 2119/1998/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Settembru 1998 illi tistabbilixxi xibka ta' sorveljanza epidemjoloġika u kontroll ta' mard li jittieħed fil-Komunità (ĠU L 268, tat-3.10.1998, p. 1).

    [29] Ara http://europa.eu.int/comm/health/index_en.htm.

    [30] Id-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet u regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-manifattura, preżentazzjoni u bejgħ ta' prodotti tat-tabakk (ĠU L 194, tat-18.7.2001, p. 26).

    [31] Id-Direttiva 2003/33/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet u regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar ir-riklam u l-patronaġġ ta' prodotti tat-tabakk (ĠU L 152, ta' l-20.6.2003, p. 16).

    [32] Ċentru ta' monitoraġġ Ewropew dwar drogi u dipendenza fuq id-drogi.

    [33] Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Novembru 1999 (ĠU C 86, 24. 3200, p. 1).

    [34] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew - Strateġija Ewropea ambjentali u sanitarja (COM(2003) 338 finali).

    [35] L-Azzjonijiet jkunu marbutin b'mod partikolari mar-reviżjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE tat-12 ta' Lulju 1999 dwar il-limitazzjoni ta' kemm il-pubbliku in ġenerali jiġi espost għall-kampi elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz) (ĠU L 199, tat-30.7.1999, p. 59).

    [36] Proposta għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-i screening tal-kanċer (COM(2003) 230 final).

    --------------------------------------------------

    Top