This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0102
2004/102/EC: Commission Decision of 26 January 2004 approving contingency plans for the control of avian influenza and of Newcastle disease (Text with EEA relevance) (notified under document number C(2004) 110)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2004 li tapprova pjani ta’ kontinġenza għall-kontroll tal-marda ta’ l-għasafar u l-marda Newcastle (notifikata bid-dokument numru K(2004) 110)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2004 li tapprova pjani ta’ kontinġenza għall-kontroll tal-marda ta’ l-għasafar u l-marda Newcastle (notifikata bid-dokument numru K(2004) 110)Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 30, 4.2.2004, p. 22–24
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 25/04/2004; Imħassar b' 32004D0402
Official Journal L 030 , 04/02/2004 P. 0022 - 0024
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Jannar 2004 li tapprova pjani ta’ kontinġenza għall-kontroll tal-marda ta’ l-għasafar u l-marda Newcastle (notifikata bid-dokument numru K(2004) 110) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2004/102/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/40/KEE tad-19 ta’ Mejju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għall-kontroll ta’ l-influwenza ta’ l-għasfar [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 17(4) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda Newcastle [3], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003, u b’mod partikolari l-Artikolu 21(4) tagħha, Billi: (1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/680/KE tat-30 ta’ Ottubru 2000 tapprova pjani ta’ kontinġenza għall-kontroll ta’ l-influwenza ta’ l-għasafar u l-marda Newcastle [4] ġiet sostanzjalment emendata [5]. Fl-interessi taċ-ċarezza u r-razzjonalità l-imsemmija deċiżjoni għandha tiġi kodifikata. (2) L-influwenza ta’ l-għasafar u l-marda Newcastle huma mard li t-tnejn jeffettwaw l-ispeċi ta’ l-għasafar. (3) Il-kriterji li għandhom jiġu applikati waqt it-tħejjija ta’ pjan ta’ kontinġenza għall-kontroll ta’ l-influwenza ta’ l-għasafar u l-marda Newcastle huma stabbiliti fl-Anness VI li jinsab mad-Direttiva 92/40/KEE u fl-Anness VII li jinsab mad-Direttiva 92/66/KEE, rispettivament. (4) Il-kriterji għall-pjani ta’ kontinġenza elenkati f’dawk iż-żewġ annessi huma identiċi. (5) Il-miżuri ta’ kontroll tal-mard li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ tifqigħa ta’ influwenza ta’ l-għasafar jew tal-marda Newcastle isegwu l-istess prinċipji u jinvolvu l-istess produtturi tat-tjur, operaturi ta’ biċċeriji u impjanti ta’ rendering, veterinarji fil-qasam u laboratorji ta’ dijanjosi. Huwa għalhekk possibbli li jitħejja pjan ta’ kontinġenza li jkopri fl-istess waqt l-influwenza ta’ l-għasafar u l-marda Newcastle. (6) L-Istati Membri bagħtu għall-approvazzjoni ċittadini pjani nazzjonali ta’ kontinġenza li jelenkaw u jispeċifikaw il-miżuri li għandhom jitwettqu fil-każ ta’ tifqigħa ta’ l-influwenza ta’ l-għasafar u l-marda Newcastle. (7) Wara eżami dawn il-pjani jaderixxu mal-kriterji preskritti u jippermettu li jintlaħaq l-għan mixtieq suġġett għall-implimentazzjoni effettiva. (8) L-Istati Membri għandhom iwettqu studji tax-xenarji u eżerċizzi simultanji sabiex jassiguraw l-effettività tal-pjani. (9) L-Istati Membri għandhom l-obbligu li jaġġornaw il-pjani fuq bażi regolari. (10) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-pjani ta’ kontinġenza għall-kontroll ta’l-influwenza ta’ l-għasafar u l-marda Newcastle mibgħuta mill-Istati Membri elenkati fl-Anness I huma approvati. Artikolu 2 Id-Deċiżjoni 2000/680/KE hija mħassra. Kull referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jiftiehmu bħala referenzi għal din id-deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fis-26 ta’ Jannar 2004. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 167, 22.06.92, p. 1. [2] ĠU L 122, 16.05.03, p. 1. [3] ĠU L 260, tal-5.9.1992, p. 1. [4] ĠU L 281, 07.11.00, p. 21. [5] Ara l-Anness II li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni -------------------------------------------------- L-ANNESS I Il-Belġju Id-Danimarka Il-Ġermanja Il-Greċja Spanja Franza L-Irlanda L-Italja Il-Lussemburgu L-Olanda L-Awstrija Il-Portugall Il-Finlandja L-Isvezja Ir-Renju Unit -------------------------------------------------- L-ANNESS II Deċiżjoni mħassra bl-emenda tagħha Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/680/KE | (ĠU L 281, tas-7.11.2000, p. 21) | Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/525/KE | (ĠU L 190, tat-12.7.2001, p. 24) | -------------------------------------------------- L-ANNESS III Tabella ta’ korrelazzjoni Deċiżjoni 2000/680/KE | Din id-Deċiżjoni | Artikolu 1 | Artikolu 1 | — | Artikolu 2 | Artikolu 2 | Artikolu 3 | L-Anness | L-Anness I | — | L-Anness II | — | L-Anness III | --------------------------------------------------