Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0067

    Id-Decizjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Jannar 2004 li temenda għat-tieni darba d-Deċiżjoni 2000/807/KE biex tikkunsidra t-tibdil fir-reġjuni fl-Olanda (notifikata taħt dokument numru K(2003) 5312)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 13, 20.1.2004, p. 43–43 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2005; Impliċitament imħassar minn 32005D0176

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/67(1)/oj

    32004D0067



    Official Journal L 013 , 20/01/2004 P. 0043 - 0043


    Id-Decizjoni tal-Kummissjoni

    tas-6 ta’ Jannar 2004

    li temenda għat-tieni darba d-Deċiżjoni 2000/807/KE biex tikkunsidra t-tibdil fir-reġjuni fl-Olanda

    (notifikata taħt dokument numru K(2003) 5312)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2004/67/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1982 dwar in-notifikazzjoni ta’ mard ta’ l-annimali fil-Komunità [1] u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

    Billi:

    (1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/807/KE [2] tistipula l-forma kodifikata u l-kodiċi għan-notifikazzjoni ta’ mard ta’ l-annimali skond id-Direttiva 82/894/KEE.

    (2) Matul l-iżvilupp tal-pjani tagħha ta’ eradikazzjoni ta’ mard ta’ l-annimali, l-Olanda aġġustat ir-reġjuni tal-pajjiż tagħga. Il-fruntieri tar-reġjuni l-ġodda ġew stabbiliti, sabiex ikun aktar faċli li jiġi kontrollati fil-każ ta’ xi tifqigħa. L-aġġustament tar-reġjuni fl-Olanda jeffettwa s-Sistema ta’ Notifikazzjoni tal-Mard ta’ l-Annimali (ADNS) preskritta fid-Deċiżjoni 2000/807/KE. Ir-reġjuni l-ġodda (kompartimenti) għandhom għalhekk jisostitwixxu dawk presenti fl-ADNS.

    (3) Id-Deċiżjoni 2000/807/KE għandha għalhekk tiġi hekk emendata.

    (4) Sabiex tiġi protetta l-konfidenzalità ta’ l-informazzjoni trasmessa, l-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni m’għandux jiġi pubblikat.

    (5) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness V li jinsab mad-Deċiżjoni 2000/807/KE huwa emendat skond l-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta’ Jannar 2004.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmulha fi Brussell, fis-6 ta’ Jannar 2004.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 378, 31.12.82, p. 58. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

    [2] ĠU L 326, tat-22.12.2000, p. 80. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2002/807/KE (ĠU L 279, tas-17.10.2002, p. 50).

    --------------------------------------------------

    Top